Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Tal-Papa, Birżebbuġa taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa? Jekk din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, meta għandu l-ħsieb il-Kunsill li jagħtiha t-tarmak biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih? Għaliex f'toroq oħra fil-madwar ingħataw it-tarmak u din it-triq għada fi stat diżastruż?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa informa lill-Ministru li meta l-istess Kunsill jkun f’pożizzjoni finanzjarja aħjar ikun jista’ jagħmel it-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Iż-Żurrieq – Zuntier tal-Knisja Parrokkjali – irranġar ta’ bozza
Question
Jista’ l-Ministru jara li bozza li tinsab fuq iż-zuntier tal-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq fi Triq P.P. Saydon li ilha aktar minn erba’ xhur mitfija tiġi rranġata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li ntbagħat rapport dwar din il-bozza lill-Enemalta sabiex titranġa.
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - pelican crossing
Question
Jista' l-Ministru jitlob lill-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar biex jieħu l-passi neċessarji ħalli fi Triq San Pawl, in-naħa tal-Veċċja, x'imkien qrib iż-żewġ bus stops li hemm qabel tibda t-telgħa, tkun tista' ssir zebra crossing, possibliment pelican crossing, biex in-nies li joqogħdu fl-inħawi jkunu jistgħu jaqsmu mingħajr periklu żejjed għalihom, kif ukoll għas-sewwieqa li jkunu għaddejjin minn hemm hekk?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra, l-għaliex l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Kunsilli lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — proġetti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-proġetti li dwarhom il-kunsilli lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar taw il-fehmiet tagħhom għall-applikazzjonijiet li kien hemm pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? F'liema laqgħat tal-kunsill ta' dawn il-loklaitajiet, kienet deċiża l-pożizzjoni li ttieħdet dwar dawn l-istess proġetti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
12-il Distrett Elettorali — proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għaddejjin bħalissa fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali, liema proġetti huma koordinati mill-kunsilli lokali rispettivi? Għal kull wieħed minn dawn il-kunsilli liema proġetti oħra wkoll finanzjati mill-Unjoni Ewropea huma diġà approvati, iżda għadu ma nbediex ix-xogħol fuqhom? Liema proġetti oħra saru l-applikazzjonijiet għalihom, iżda għadu ma ġiex deċiż x'se jiġri mill-istess applikazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-bylaws li kienu approvati mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali, matul l-aħħar sentejn, u li ġew approvati wkoll fil-livell ta' Gvern Ċentrali? Meta ġew ippublikati dawn l-istess bylaws, f'kull każ b'mod differenti? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-istess bylaws?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni li ghandu d-dipartiment, f’dawn l-aħħar sentejn ma kien hemm ebda talba minn xi Kunsill Lokali tat-tnax il-distrett għall-pubblikazzjonijiet ta’ Bye- Laws.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' restawr għaddejjin bihom il-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali? Meta nbeda x-xogħol ta' restwar f'kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali rispettivi li attwalment il-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u tan-Naxxar mhux għaddejin bi proġetti ta’ restawr waqt li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għaddej b’żewġ proġetti ta’ restawr. Dawn huma fuq il-Ġiebja tad-Dejma, li beda f’April 2014 u l-Istruttura tal-Erba’ Mwieżeb, li beda f’Marzu 2014.
San Pawl il-Baħar, in-Naxxar u l-Mellieħa – xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’xogħlijiet ta’ natura infrastrutturali huma mistenni li jseħħu matul it-12-il xahar li ġejjin, għal kull waħda mil-lokalitajiet li hemm fit-12-il distrett elettorali u ċjoè fil-Mellieħa, fin-Naxxar, u f’San Pawl il-Baħar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpelalnt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-infomazzjoni mitluba hekk kif miġbura mill-Kunsilli Lokali kkonċernati.
Dipartiment responsabbli mill-Kunsilli Lokali – passi kontra l-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’passi jieħu d-Dipartiment responsabbli mill-Kunsill Lokali meta jirriżulta li jkun hemm informazzjoni żbaljata li tingħata fir-risposti parlamentari li jsiru dwar xogħlijiet jew funzjonijiet li suppost ikunu qed iwettqu l-kunsilli lokali? Kemm kien hemm każijiet fejn id-dipartiment kellu jieħu passi fil-konfront ta’ xi kunsilli partikolari, matul din is-sena? Liema kienu l-kunsilli involuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali kollha jagħmlu l-għalmu kollu tagħhom biex iwieġbu fil-ħin għall-mistoqsijiet parlamentari bl-aktar mod immedjat u korrett, minkejja l-pressjoni kbira tal-ħin. Tali instanti fejn Kunsill Lokali jagħti informazzjoni skorretta huma remoti. Infurmat ukoll iżda li dan l-aħħar kien hemm żewġ każijiet fejn Kunsill Lokali ta informazzjoni skorretta fit-tweġibiet tiegħu bl-informazzjoni għall-mistoqsijiet parlamentari. Dawn kienu jirrigwardjaw lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li, wara li nġibditlu l-attenzjoni, wieġeb li dan sar bi żvista. Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġibed l-attenzjoni tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar fiż-żewġ każijiet. Id-Dipartiment wissieh biex jagħti attenzjoni xierqa biex l-informazzjoni li jgħaddi tkun korretta u li għandu jivverifika tali informazzjoni qabel jibgħatha biex jiġi formulat l-abbozz tat-tweġiba Parlamentari.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali — vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-vetturi kollha mikrija jew leased mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament lil kull dipartiment tal-Gvern, awtorità, korporazzjoni jew kwalunkwe entità governattiva oħra fid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jindika wkoll, f’kull każ, saritx sejħa pubblika għall-offerti u jekk le, jgħid għaliex le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perijodu msemmi inkrew 9 karozzi mingħand il-kumpanija msemmija.
Dawn il-kirjiet saru kollha skont il-proċeduri finanzjari tas-servizz pubbliku.
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li tiġi mwaqqfa kummissjoni ta’ esperti legali u psikjatriċi sabiex dak li jgħid il-Kodiċi Kriminali dwar id-definizzjoni ta’ x’inhu stat ta’ ġenn (demenza) ikun aġġornat għal żmenijietna, sabiex jirrifletti l-avvanzi kbar li għamlet il-psikjatrija mill-1854, li hi d-data li magħha għadu marbut il-Kodiċi Kriminali tagħna, tant li ma hemm ebda konsiderazzjoni ta’, per eżempju, diminished responsibility?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ġenn fil-kamp legali huwa differenti mill-ġenn fil-kamp mediku/psikjatriku. Normalment fil-kamp mediku it-tabib jiċċertifika l-istat tal-kapaċità mentali tal-individwu, filwaqt li fil-kamp legali kriminali d-deċiżjonijiet li jittieħdu huma dwar l-intenzjoni u l-abiltà tal-individwu dak li jgħidulu l-liberu arbitru, meta tieħu konjizzjoni tal-istat tal-kapaċita’ mentali.
Reviżjoni tħalli impatt fuq il-Kodiċi Kriminali u numru ta’ liġijiet oħra. Il-Gvern hu dejjem dispost li jistudja modi kif is-sistema legali tagħna taġġorna ruħha maż-żminijiet.
Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Furjana, Marsa, Ħamrun, Pieta u Santa Venera — fondi
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9938, jista' l-Ministru jagħti wkoll l-informazzjoni marbuta mas-snin 2013 u 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura mingħand id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Tal-Papa, Birżebbuġa taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa? Jekk din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, meta għandu l-ħsieb il-Kunsill li jagħtiha t-tarmak biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih? Għaliex f'toroq oħra fil-madwar ingħataw it-tarmak u din it-triq għada fi stat diżastruż?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpelalnt li l-informazzjoni għadha qed tinġabar mill-Kunsill Lokali kkonċernat u li r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Mitħna, iż-Żurrieq hix imdaħħla fil-programm ta' xogħol ta' resurfacing li se ssir f'din il-lokalità? Kemm hu stmat li jiswa dan ix-xogħol? Meta hu pprogrammat li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li Triq il-Mitħna mhix imdaħħla fil-programm ta’ xogħol ta’ resurfacing li ser isiru matul din is-sena kalendarja. Intant l-aħħar stima li għandu l-Kunsill Lokali għal xogħol ta’ resurfacing ta’ din it-triq, datata 2010, tammonta għal €169,387.09.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' ħaddiema li hemm mal-kunsilli lokali tas-7 u 12-il distrett elettorali? Minbarra l-ħaddiema li huma direttament impjegati mal-kunsilli lokali rispettivi, wieħed wieħed, jista' jagħti wkoll tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema li għalkemm jaħdmu fil-lokalitajiet imsemmija, lokalità lokalità, qed jitħallsu minn dipartimenti oħra tal-gvern u mhux mill-kunsilli lokali? Kemm ilhom jaħdmu ma' dawn il-kunsilli l-ħaddiema li ġejjin minn dipartimenti oħra, u minn liema dipartimenti oħra ġejjjin?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ ċirkolari elettronika maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba bl-informazzjoni miġbura tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni ġie pospost is-seminar li kellu jsir fil-5 ta' Lulju b'rabta mal-Vot 16 u dan meta l-istess seminar kien ġie kkonfermat anke fl-aħħar laqgħa tal-kumitat responsabbli mill-Vot 16 li saret it-Tnejn 16 ta' Ġunju?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li s-seminar b'rabta mal-Vot 16 ġie pospost minħabba raġunijiet loġistiċi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda proposta għas-seminar pospost b'rabta mal-Vot 16 u jekk hux f'pożizzjoni li jindika d-data l-ġdida meta dan se jsir u jekk hux se jkun hemm bdil fl-istess aġenda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġenda għadha m’hijiex redatta.
San Pawl il-Baħar – Triq Għajn Rażul u Trejqet Toni Fenech
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9470, billi fir-risposta kien hemm li l-kaxxi tal-parking fi Triq Għajn Rażul u Trejqet Toni Fenech, San Pawl il-Baħar diġà nżebgħu, jista' l-Ministru jassigura li l-linji mitluba jinżebgħu fiż-żewġ toroq imsemmija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infumat li l-infomazzjoni kontenuta f’ PQ 9470 waslet għand il-Ministeru mingħand il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u ġiet riprodotta fit-tweġiba għall- istess PQ (9470). Wara din id-domanda (10073) id-Dipartiment għall-Gvern Lokali għamel il-verifiki tiegħu fejn irriżulta li:
A: Fi Triq Għajn Rażul hemm sinjali adekwati
B: Fi Trejqet Toni Fenech ma hemmx sinjali għaliex qatt ma kien hemm talba għalihom.
Id-Dipartiment insista mall-Kunsill Lokali biex:
A: Jagħmel is-sinjali tal-parkeġġ fi Trejqet Toni Fenech
B: Jagħti attenzzjoni aktar fit-tweġibiet li jagħti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ressaqx xi suġġerimenti partikolari għal dak li jikkonċerna l-inħawi magħrufa bħala l-Fortizza Campbell, fl-inħawi ta' Selmun, limiti tal-Mellieħa? Jekk iva, x'kienu s-suġġerimenti li saru u xi studji partikolari saru dwar dawn l-istess inħawi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qeda tinġabar mill-Kunsill Lokali tal- Mellieħa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikolari għal dak li jikkonċerna l-possibilità li jiġi stallat funikular li jgħaqqad il-Mellieħa mal-Bajja tal-Għadira jew xi spazju ieħor fl-istess inħawi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għat-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar mill-Kunsill Lokali kkonċernat.