Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7213 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Kumpanija – kap eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex Kap Eżekuttiv jew xi ħadd ieħor f’kariga ekwivalenti? Jekk iva min hu l-Kap Eżekuttiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-kumpanija ma għandiex Kap Eżekuttiv. Ix-xogħol tal-Kap Eżekuttiv qiegħed isir miċ-Chairman tal-istess kumpanija.
Leg 12 PQ #7263 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ Pixxina f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern relatati mal-bini ta’ Pixxina f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li fis-sena 2011 il-Gvern Nazzjonalista kien ħabbar b’ħafna pompa li kellu jinvesti €6.2 miljun biex tinbena pixxina u baqa’ ma sar xejn minkejja li l-Ministru ta’ qabli Giovanna Debono kienet wiegħdet li tlesti l-proġett fi żmien 22 xahar, dan il-gvern beda jħares bis-serjetà lejn dan il-proġett u jara kif jista’ jitwettaq fiż-żmien li ġej għaliex nemmnu li f’Għawdex għandu jkollna pixxina ta’ livell għoli li tista’ tattira avvenimenti nazzjonali u internazzjonali. Għaldaqstant qed nagħmlu l-pjani tagħna bil-għaqal ħalli l-proġett ikun vijabbli u fl-aħjar interess ta’ kulħadd.
Leg 12 PQ #7264 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

GFA – għajnuna lill-klabbs Għawdxin

Question

B’referenza għal ftehim li l-Gvern iffirma mal-GFA ftit tal-ġranet ilu, kif indikat fi stqarrija maħruġa mid-DOI (numru 140043), jista’ l-Ministru jgħid jekk is-somma ndikata tinkludix ukoll l-għajnuna li klabbs Għawdxin kien jieħdu mill-vot tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ma huwiex il-Ministeru responsabbli mill-ftehim imsemmi.
Leg 12 PQ #7117 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6949, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-sejħiet għall-offerti li hemm bħalissa fis-suq għal xogħlijiet bħala parti mill-proġett taċ-Cittadella – ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet taċ-Cittadella u fl-liema stadju jinsabu dawn is-sejħiet?

Response (REFALO, ANTON)

Is-sejħiet għall-offerti li hemm bħalissa fis-suq għal xogħlijiet bħala parti mill-proġett taċ-Cittadella – ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella huma kif imniżżla fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7118 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — iċ-Cittadella – xogħlijiet ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għat-tender numru CT3086/2013 – xogħlijiet ta’ restawr ta’ faċċati ta’ bini fiċ-Cittadella u kemm kien il-valur ta’ kull offerta li ġiet sottomessa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li intefgħu ħames offerti għal din is-sejħa. Il-valur ta’ kull offerta huwa kif jidher hawn taħt; Road Construction Co. Ltd €648,430.60 Agius Stone Works (Restoration JV) €455,182.28 Joe Grima €434,702.70 MC Restauri di Corrada Miloro €546,316.80 Gaulos Conservation €397,790.66
Leg 12 PQ #7119 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — iċ-Cittadella – servizz ta’ moniteraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għat-tender numru CT3079/2013 – provista ta’ servizzi ta’ moniteraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Cittadella u kemm kien il-valur ta’ kull offerta li ġiet sottomessa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li intefgħet offerta waħda għat-tender numru CT3079/2013 – provvista ta’ servizzi ta’ monitoraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Ċittadella li l-valur tagħha kien ta’ €46,754.55.
Leg 12 PQ #7120 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa jew kemm hu stmat li se jiswa l-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li qed jiġi implimentat fiċ-Cittadella taħt ERDF 39 – restawr u riabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex li kien jikkonsisti fil-konsolidazzjoni tal-blat li fuqu hija mibnija ċ-Cittadella u r-restawr tal-ħitan tal-fortifikazzjonijiet taċ-Cittadella? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevolli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #6909 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6377. L-informazzjoni mit-30 ta’ Novembru 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014 tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7051 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 12 PQ #7109 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – sejħiet għall-postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6946 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti? Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex? Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s’issa u meta ġew mimlija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7113 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko-Għawdex — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6950 u jgħid kemm kien il-vot ta’ Eko-Għawdex għas-sena 2013? Jista’ jgħid kif intuża dan il-vot u xi proġetti u inizjattivi saru b’dan il-vot? Jista’ jagħti deskrizzjoni ta’ kull proġett u kemm sewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infumat li l-vot oriġinali msemmi kien jammonta għal €2 miljuni u li matul is-sena din is-somma ġiet riveduta għal €1,886,979.51. Sal-aħħar tas-sena, il-fondi disponibbli kienu ntefqu kollha fuq proġetti u inizzjattivi marbuta mal-Viżjoni EkoGħawdex kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7114 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti Kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6942 u jgħid liema proġetti, inizjattivi u programmi kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea qed jitwettqu jew se jibdew matul is-sena 2014 f’Għawdex? Jista’ jagħti lista tagħhom, deskrizzjoni fiex jikkonsistu u kemm se jiswa kull proġett, inizjattiva jew programm?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikklarifika l-mistoqsija u jagħmilha aktar speċifika billi l-maġġoranza tal-proġetti ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea huma mwettqa fuq medda ta’ snin.
Leg 12 PQ #6951 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko Għawdex — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-vot ta’ Eko-Għawdex għas-sena 2014? Jista’ jgħid xi proġetti u inizjattivi huma maħsuba li jsiru matul is-sena 2014 permezz ta’ dan il-vot?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab nfurmat li l-vot imsemmi jammonta għal €1,410,000. Jiena nfurmat ukoll illi hu ppjanat li jitkomplew proġetti mibdija u jinbdew oħrajn ġodda fil-qafas ta’ l-erba’ pilastri tal-Viżjoni Eko-Għawdex; li huma l-Ekonomija, l-Ambjent, l-Iżvilupp Soċjali u l-Kultura u l-Identità.
Leg 12 PQ #7030 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — inventarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6365 u jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum f'kull uffiċċju ta' kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tiegħu, kemm inxtraw oġġetti li ddaħħlu fl-inventarji rispettivi u kemm kien il-valur tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-inventarji updated ta' kull sezzjoni jew uffiċċju ta' kull dipartiment?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7031 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6378 u jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm kien il-ħlas f'overtime lill-impjegati f'kull dipartiment u entità separati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont l-ammont ta' overtime li tħallas kull xahar għal kull dipartiment u entità?

Response (REFALO, ANTON)

Bhalma kienet il-prassi ghal mistoqsijiet simili fil-legislatura li għaddiet, ma nħossx li għandi nuza r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.
Leg 12 PQ #7085 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – attivitajiet tal-festi nazzjonali — kumitat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kumitat fi ħdan il-Ministeru tiegħu huwa inkarigat mill-attivitajiet tal-festi nazzjonali f'Għawdex u minn min hu kompost dan il-kumitat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Kumitat inkarigat mill-attivitajiet tal-festi nazzjonali f’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex hu l-Kumitat Ċelebrazzjonijet Nazzjonali u Reġjonali u huwa kompost minn dawn il-membri; Rev. Dr. Joe Gauci – Chairman Kevin Scibereas – D/Chariman Dr. Tonio Portughese – Membru Austin Camilleri – Membru Dr. Alfred Grech – Membru Joseph Haber – Membru Dr. Aaron Attard Hili – Membru Mary Gauci – Membru Frank Cassar – Membru Carmel Zammit – Membru Fabienne Grech – Membru Charlie Hili – Membru Clifford Galea – Membru Rachael Galea – Membru Josette Cremona – Segretarja.
Leg 12 PQ #6894 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 12 PQ #6945 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet fuq toroq arterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet fuq toroq arterjali f’Għawdex hu ppjanat li jsir matul is-sena 2014 u x’tip ta’ xogħlijiet hu mistenni li jsir?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-preżent ix-xogħlijiet fuq toroq arterjali li huma ppjanati li jsiru mill-Ministeru għal Għawdex fis-sena 2014 huma: it-tkomplija tar-rikostruzzjoni ta’ Triq San Lawrenz, San Lawrenz; asfaltar u xogħol ta’ drenaġġ f’partijiet minn Triq Għajn Qatet, Victoria; asfaltar f’parti minn Triq it-Tiġrija, Nadur; u asfaltar fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fix-Xagħra.
Leg 12 PQ #6946 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – sejħiet għall-postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti? Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex? Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s’issa u meta ġew mimlija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6948 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru fiċ-Ċittadella f’Għawdex matul l-aħħar għaxar snin li kienu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema proġetti saru li kienu finanzjati minn fondi oħra? Jista’ jagħti d-dettalji fiex kien jikkonsisti kull proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li hemm zewġ proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li qegħdin jiġu implimentati fiċ-Ċittadella: ERDF 39 Restawr u riabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex – li kien jikkonsisti fil-konsolidazzjoni tal-blat li fuqu hija mibnija ċ-Ċittadella u r-restawr tal-ħitan tal-fortifikazzjonijiet taċ-Ċittadella. ERDF246 Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella – li jikkonsisti f’numru ta’ xogħlijiet għar-riabilitazzjoni tal-parti nterna taċ-Ċittadella. Barra minn dawn, kien hemm ukoll il-proġett tal-Masterplan taċ-Ċittadella li kien finanzjat mill-Mekkaniżmi Finanzjarji ta’ l-Area Ekonomika Ewropea (EEA Financial Mechanisms) li għalih ikkontribwew il-pajjiżi tal-Iżlanda, Liechtenstein u n-Norveġja.