Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24283 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – talbiet pendenti għall-estensjonijiet ta’ farms

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal dawk li huma estensjonijiet ta' farms/irziezet tal-bdiewa sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lilli mill-Awtorita tal-Ippjanar hija hawn annesa: Sena Total 2012 12 2013 14 2014 11 2015 32 2016 11
Leg 12 PQ #25280 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Land Reclamation fil-baħar – applikazzjonijiet pendenti

Question

Billi bosta drabi kien hemm referenzi għal dak li jikkonċerna land reclamation fil-baħar ta' madwarna, jista' l-Prim Ministru jaġġorna l-Kamra dwar in-numru ta' applikazzjonijiet li hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew approvati jew rifjutati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorità m'għandha l-ebda applikazzjonijiet pendenti kif ukoll applikazzjonijiet li ġew approvati jew rifjutati.
Leg 12 PQ #25365 Sitting 387 2016-05-10 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat – Triq Ġorġ Borg Olivier — dawl

Question

Jista’ l-Prim Ministru responsabbli mill-enerġija jieħu azzjoni minnufih sabiex id-dwal fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta li ilhom mitfija għal diversi ġranet jiġu rranġati mill-ħsarat li għandhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat illi l-Enemalta plc rċeviet l-ewwel rapport dwar il-ħsarat imsemmija fil-jiem li għaddew u sad-data li daħlet din il-mistoqsija, l-imsemmija ħsara kienet diġa’ rranġata. L-Enemalta plc tixtieq tfakkar li diffikultajiet jew ħsarat dwar id-dawl fit-toroq u f’postijiet pubbliċi, iridu jiġu rrapurtati lill-Kunsilli Lokali responsabbli mill-inħawi kkonċernati. Meta l-Kunsilli Lokali ma jkunux jistgħu iwettqu t-tiswijiet huma stess, dawn jikkuntattjaw lil Enemalta plc permezz ta’ proċedura stabbilita’ biex tingħata l-għajununa mill-aktar fis.
Leg 12 PQ #25273 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – art fejn kien hemm il-miżbla tal-Qortin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 23401 u jgħid meta l-Kummissarju tal-Artijiet għadda l-art fix-Xagħra, Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla tal-Qortin, lill-Enemalta? Jista' jgħid b’liema kundizzjonijiet għaddiet din l-art u jippreżenta kopja tal-ftehim jew kuntratt li sar bejn il-Kummissarju tal-Artijiet u l-Enemalta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissarju ta’ l-Artijiet u l-Korporazzjoni Enemalta b’ seħħ mill-25 t’Awwisu 2014, daħlu fi ftehim għal-ħamsa u għoxrin sena, biex il-kumpanija tu¿a l-arja ’l fuq minn ħames metri (5m) minn wiċċ l-imsemmija art, bil-kundizzjonijiet kif imni¿¿la fi skrittura privata transunta fl-Atti tan Nutar Keith German tal-25 t’Awwissu 2014. Estrat ta’ dan il-ftehim qed jiġi hawn anness: Land in Xaghra Gozo in the limits of ‘ Il-Qortin t’Ghajn Damma’, measuring approximately twenty two thousand nine hundred twenty eight square metres (22,928 sm), bounded on all sides by property of Government of Malta, as shown bordered in red on Plan Property Drawing Number two thousand and fourteen underscore five hundred thirty one (P.D. No, 2014_2015). Herby being attached to this Agreement and marked as Document ‘E’. The fee attributed for this site amounts to eleven thousand four hundred sixty four Euros (€11,464) per annum. L-msemmi dokument qed jitpoġġa fuq l-Medja tal-Kamra.
Leg 12 PQ #25278 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – tiswijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25071, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar, kemm saru spezzjonijiet s’issa, u x’ġie deċiż li għandu jsir dwar il-postijiet spezzjonati, mill-istess Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Liema kienu l-każijiet li ġew spezzjonati s’issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li s’issa saru tmien spezzjonijiet u ma jidhirx li hemm bżonn xogħol addizzjonali fuq dak li hemm diġà. L-ispezzjonijiet saru fil-postijiet imsemmija hawn taħt: 1. Triq il-Ħarifa, quddiem Splash Restaurant 2. Triq Patri Ġużepp Calleja, quddiem Snow Drop 3. Triq Luiġi Preziosi, quddiem Jane 4. Triq Luiġi Preziosi, quddiem St Mary 5. Triq iċ-Ċern, quddiem Moko 6. Triq Salvatore Borġ, quddiem numru 7 7. Triq is-Sajjied, quddiem Clean & Clean 8. Triq Ananija, quddiem Marigold Court.
Leg 12 PQ #25279 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – bini ta’ proġetti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25068, billi fir-risposta jingħad li l-Awtorità tal-Ippjanar ma żżommx statistika tal-ispezzjonijiet, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt l-Awtorità tagħmilx spezzjonijiet jew le, u jekk le kif qed jiġi assigurat li l-kundizzjonijiet tal-permessi qed jiġu osservati? Billi d-dikjarazzjonijiet mitluba mill-Awtorità tal-Ippjanar jikkonċernaw l-istat ta' quddiem il-bini li jkun qed jiġi mibni, kif qed jiġi assigurat li ħsarat oħra li jsiru fl-inħawi tal-proġetti li jkunu qed jinbnew, fil-fatt qed jiġu mħarsa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif diġa spjegat fil-Mistoqsija Parlamentari 25068, il-garanzija bankarja tiġi rilaxxjata meta l-Awtorità tal-Ippjanar tirċievi konferma mingħand il-Kunsill Lokali tal-lokalità rispettiva illi t-toroq/bankini li jmissu mas-sit suġġett għall-żvilupp ġew irranġati, jekk kien hemm bzonn, għall-istat oriġinali li kienu. Għalhekk tali spezzjonijiet isiru mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Leg 12 PQ #24272 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi ta’ barrieri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm permessi ta’ barrieri, f'liema lokalità u kemm okkupaw art, sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili mill-Awtorita tal-Ippjanar, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #25269 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – ħaddiema mas-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23257 u jgħid kemm kienu l-ħaddiema li bdew jaħdmu mas-settur pubbliku f'Għawdex fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum? F'liema grad u f'liema dipartiment ġew ingaġġati? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Għawdxin trasferiti minn Malta għal Għawdex fis-settur pubbliku f'kull waħda mis-snin indikati hawn fuq u x'inhu l-grad tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex fil-perjodu indikat mill-Onor Interpellant kien ta’ 214 : 97 fl-2013, 85 fl-2015, 24 fl-2015 u 8 fl-ewwel erba xhur tal-2016. B’kuntrast fl-aħħar legislatura kollha n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex kien ta’ 120. Dan ifisser li fl-ewwel tlett snin biss tal-amministrazzjoni pre¿enti n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex kien 44% ikar mill-aħħar legi¿latura sħiħa tal-amministrazzjoni preċedenti. Hija priorita’ ta’ din l-amministrazzjoni li kemm jista’ jkun, ħaddiema Għawdxin jibqgħu jaħdmu f’Għawdex stess. Għal dan il-għan din l-amministrazzjoni għandha programm sħiħ ta’ ħolqien ta’ impjiegi, anke fi ħdanha stess, kif jikkonfermaw dawn il-figuri. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Ministeru kkonċernat għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu.
Leg 12 PQ #23974 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Project Malta – Financial Statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22429 fejn il-mistoqsija kienet biex jippubblika l-aħħar sett ta’ Financial Statements ta’ Projects Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija pubblika.
Leg 12 PQ #23975 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemed – Financial Statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22430 fejn il-mistoqsija kienet biex jippubblika l-aħħar sett ta’ Financial Statements tal-Enemed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22430 (tnejn u għoxrin elf, erba’ mija u tletin).
Leg 12 PQ #23976 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – Ġenerazzjoni tal-Elettriku — spiża

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża (per Kwh) tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-Enemalta fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt informat mill-kumpanija EneMalta plc li l-informazzjoni li qed tintalab għandha valur kummerċjali, u skont il-prassi tal-istess kumpanija fl-aħħar snin, din l-informazzjoni ma kenitx issir pubblika. Is-sitwazzjoni ma nbidlitx.
Leg 12 PQ #25147 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità — Regolatur tal-barrieri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hi l-awtorità uffiċjali responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-barrieri u ċjoè liema hi dik l-awtorità li tiddikjara barriera bħala exhausted?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25145 (ħamsa u għoxrin elf, mija, ħamsa u erbgħin).
Leg 12 PQ #25148 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Planning Authority – video dwar il-qasma tal-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża totali tal-video illi l-Planning Authority ħarġet biex tirreklama l-qasma tal-MEPA, liema video jinsab ukoll fuq il-website www.pa.org.mt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-ispiża totali tammonta għal € 4500, VAT mhux inkluża.
Leg 12 PQ #25222 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament peress li għandha xi problema fuq il-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ huwa solvut.
Leg 12 PQ #25235 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Esproprjazzjoni ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23780 u 23402 u jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini saret f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ x' kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f'kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #25236 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern — persuni minn Għawdex maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23776 u jgħid min huma l-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista jgħid f'liema Bord huma maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub rigward l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.
Leg 12 PQ #25250 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi — Ħsejjes ta’ livelli għolja – każ ta’ individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23355 datata s-17 ta’ Frar 2016, jista' l-Prim Ministru jindikali xi żviluppi kien hemm wara li kont ġejt infurmat li l-każ qiegħed ikun segwit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministeru tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #25251 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament għaliex għandha problema bil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ttieħdu l-provvedimenti meħtieġa sabiex il-każ jiġi solvut.
Leg 12 PQ #25253 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema fuq meter tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament minħabba li għandu problema fuq meter tad-dawl?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-klijent ġie kkuntatjat u ggwidat dwar kif jista’ jirċievi s-servizz li jixtieq, skont il-proċeduri ta’ Enemalta plc.
Leg 12 PQ #25255 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kontroll fuq il-kuntratturi li qed iwettqu x-xogħol

Question

Billi skont it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25072 jirriżulta li sar xogħol f'isem l-Enemalta fi Triq l-Isponoż, San Pawl il-Baħar, liema xogħol ħalla tħarbit sħiħ fuq il-post, jista' l-Prim Ministru jassigura li l-Enemalta tieħu l-passi neċessarji biex dan ix-xogħol ħażin li sar fuq is-sistema tagħha, jiġi rranġat, b'mod li t-trinka li saret, ma tħallix il-post kif inhu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25072 (ħamsa u għoxrin elf, tnejn u sebgħin), ix-xogħlijiet imsemmija ma sarux mill-Enemalta plc.