Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18170 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Safar/Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 mill-Ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #18475 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm facilitators jagħdmu mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Kemm hija t-talba pendenti minn studenti għall-facilitators?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18478 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17934?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18493 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bighi — Ċentru għar-Restawr

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 14368, jista' l-Ministru jagħti lista komprensiva ta' dak li ntefaq s'issa għaċ-Ċentru għar-Restawr Bighi u każ b'każ tingħata n-nefqa li saret?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-infieq li sar direttament miċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr f'Bighi sat-30 ta' Ġunju 2000 laħħaq is-somma ta' madwar Lm526,000. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija napprezza jekk l-Onor. Membru jippreċiża x'jifhem bil-frażi "każ b'każ" biex inkun nista' nikkonsidra x'tagħrif għandi nitlob.
Leg 9 PQ #18242 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18410 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Rapport - Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu għar-rapport li għamlu dwar il-PBS Dr. Cannataci u Prof. S. Chircop?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-ħlas sar lid-Dipartiment konċernat ta' l-Universita` u mhux lill-individwi, filwaqt li t-tagħrif mitlub jinsab publikat fir-Rapport li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra "Redefining the Role of Public Broadcasting in Malta".
Leg 9 PQ #18412 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EU — Programmin - Fondi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18116?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Progress Report No.1 (January-June 2000) ta' l-EUPU u Stqarrija għall-Istampa li fihom it-tagħrif mitlub. Il-fondi ġew votati fl-Estimi 2000.
Leg 9 PQ #18413 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Konsulenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11156, jista' l-Ministru jgħid il-persuni msemmija x'konsulenza taw s'issa u kemm tħallsu ta' din il-konsulenza?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tagħrif mitlub jinsab miġbur fir-risposti għal domandi 17573, 17417 u 10721. Fil-każ ta' r-Rev Prof Peter Serracino Inglott, s'issa, ma jieħu ebda remunerazzjoni.
Leg 9 PQ #18004 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Fl-iskejjel liċenzjati biex joperaw f'Malta fejn hemm il-maġġoranza assoluta ta' tfal huma ċittadini Maltin, jista' jgħid jekk ir-reliġjon, storja ta' Malta suġġetti simili għandhomx jiġu mgħallma bil-lingwa Maltija? Fl-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC il-karti għal dawn huma bil-Malti jew biż-żewġ lingwi? Jista' jgħid jekk fil-futur qarib hux se jkun hemm xi tibdil fil-mod u l-lingwa li bihom se jsiru l-karti għal dawn l-eżamijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

B'referenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija , nirreferi lill-Onor. Membru għal dak li jgħid il-Kurrikulu Nazzjonali, paġna 104. "Kull skola għandu jkollha strateġija għat-tagħlim tal-lingwi. Huwa rrikmandat li l-ilsna jiġu mgħallma permezz ta' dak l-ilsien stess, li barra l-Malti anki l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon u l-PSD jiġu wkoll mgħallma bil-Malti, u l-oħrajn (barra l-ilsna barranin) bil-Ingliż. Rikmandat ukoll li jkun hemm progrmmi ta' tisħiħ fejn meħtieġa għall-ilsna uffiċjali ta' Malta, u l-użu tal-code switching fil-każi fejn l-Ingliż joħloq problemi kbar". Informat li l-eżamijiet għaċ-Ċertifikat ta' l-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES) li jsiru bil-Malti u bl-Ingliż huma: L-Istudji Ambjentali L-Istudji Soċjali It-Tagħlim Reliġjuż Fil-livell intermedju taċ-Ċertifikat tal-Matrikola s-suġġetti li jsiru biż-żewġ lingwi huma: L-Oqsma ta' l-Għerf It-Tagħlim Reliġjuż Fil-livell avvanzat taċ-Ċertifikat tal-Matrikola l-uniku suġġett li jsir bil-Malti u bl-Ingliż huwa: It-Tagħlim Reliġjuż Il-Bord tal-Matsec qiegħed jirrevedi s-sillabi in vista tal-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid.
Leg 9 PQ #18203 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dottorat fil-Mediċina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17737?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` ta' Malta bħalissa ma toffrix kors fil-Mediċina Veterinarja. Hemm bosta suġġetti oħra li l-Universita` ma toffrix korsijiet fihom. Mhux possibbli li l-Universita` toffri l-korsijiet fis-suġġetti kollha immaġinabbli li wieħed ikun jixtieq isegwi. Naturalment kulħadd jista' jagħżel liema suġġett jixtieq jistudja iżda bħal kull għażla oħra fil-ħajja, kollox għandu l-prezz tiegħu. L-istudenti jafu liema korsijiet jistgħu jsegwu fl-Universita` tagħha fejn ma jħallsu xejn. L-għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti fil-livell Post-Sekondarju jew fl-Universita` huma ggvernati mill-Avviż Legali 162 ta' l-1999 u mhux l-istudenti kollha li jattendu l-Universita` jieħdu dawn l-għotjiet jekk ma jissodisfawx il-kwalifiċi ta' dan l-Avviż Lrgali. L-Artiklu tal-Kostituzzjoni li għalih għamel riferenza l-Onor. Membru fit-tieni parti tad-domanda tiegħu, qatt ma kien u ma jistgħax ikun interpretat kif qed jissottometti hu. Il-pajjiż dejjem għaraf u wettaq l-obbligu tiegħu li jipprovdi edukazzjoni sa l-ogħla livell lil studenti kapaċi u meritevoli. L-Istat dan jagħmlu mhux biss billi joffri edukazzjoni b'xejn fl-iskejjel tiegħu, imma wkoll kif tipprovdi l-Kostituzzjoni, permezz ta' scholarships u provvedimenti oħra.
Leg 9 PQ #17323 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Restawraturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid itteħditx id-deċiżjoni li r-restawraturi tal-pittura li kienu jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Mużewijiet jiġu ttrasferiti għaċ-Ċentru Malti tar-Restawr f'Bighi kif ukoll jgħid x'inhi l-miżata li qiegħda tintalab biex f'Bighi entita' tingħata servizz li qabel kien jingħata minn dipartiment tal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa issa ma ttieħdet ebda deċiżjoni fuq ir-restawratur tal-pittura li kienu jaħdmu fi ħdan id-Dipartiment tal-Mużewijiet. Informat ukoll li dawn iżda informalment urew ix-xewqa tagħhom li jibdew jaħdmu maċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi u din ix-xewqa qiegħda tiġi kkunsidrata wkoll fl-isfond ta' ristrutturazzjoni eventwali fid-Dipartiment tal-Mużewijiet. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Membru għall-parti rilevanti tat-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 16767.
Leg 9 PQ #17324 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jintalab l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern bħala ħlas għal xogħol ta' legar li dan qiegħed jordna liċ-Ċentru Malti għar-Restawr f'Bighi filwaqt li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi b'mod dettaljat x'inhuma r-rati għas-servizzi kollha li jingħataw mill-istess ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa ċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi ma' rċieva ebda talba mingħand in-Nutar tal-Gvern għal kwalunkwe tip ta' xogħol. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Membru għall-parti rilevanti tat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16767.
Leg 9 PQ #17338 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Premises

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet, clubs, jew organizzazzjonijiet li għandhom premises fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali? Fuq liema kriterji ngħataw u kemm hu l-ħlas dovut f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet li qed jagħmlu użu minn premise fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali huma: Għaqda Ħlas fis-sena (1) Amateur Swimming Association Lm 600 (1) Malta Volleyball Association Lm 600 (1) Malta Squash Rackets Association Lm 300 (1) Malta Waterpolo Referees Association Lm 150 (1) Kunsill Malti għall-Isport Lm 500 (1) Kumitat Olimpiku Malti Lm 900 (1) Tigne Judo Club Xejn (1) Swimming Promotion Unit Xejn (1) Sports & Human Performance Centre MOC Xejn (1) Mr J. Woods - Information Technology Lm 500 (2) Mrs B. Peterson - Chiropractor Lm 500 (2) Mrs P Bonello - Psychologist Lm 300 (2) Edwards Sports Ltd Lm 600 (3) Dance Workshop Ltd Lm3,000 (1) Dawn l-għaqdiet/individwi ġew allokati l-premises wara li saret talba individwali u ġie kkunsidrat il-każ. (2) Il-premises ġew allokati wara li ħareġ avviż għal persuni/ għaqdiet li huma nteressati li jikru spazju fil-Kumpless tal-Pixxina. (3) Il-premises ġie allokat fuq proposal li rċieva l-Management Board tal-Pixxina wara li dehru avviżi fil-gazzetti. Hemm ukoll 'catering concession', Gallop Dragon Ltd li ngħatat wara sejħa għall-offerti. Il-ħlas huwa ta' Lm25 kuljum.
Leg 9 PQ #17417 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarju tagħhom mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi ta' l-istess ministeru filwaqt li jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra dawn jitħallsu fix-xahar kif ukoll xi trasferiment ta' fondi jagħmel l-istess dipartiment u għal liema individwi lill-entitajiet oħra bħala flus f'salarji jew allowances f'każ fejn individwi huma on secondment, on loan, jew inkella t-trasferiment uffiċjali tagħhom ikun għadu ma sarx?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17689 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati spiċċaw mill-impjieg tagħhom mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija minn Settembru 1999 sal-lum? X'kienu r-raġunijiet li spiċċaw? Kif ġiet ri-organizzata l-funzjoni li kellhom dawk li spiċċaw? Kemm hemm jaħdmu mal-Kunsill illum u x'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1999 sal-lum, ebda impjegat tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST) ma spiċċa mill-impieg. * Kien hemm iżda qbil reċiproku bejn il-Kunsill u l-konsulent li kien ġie ingaġġat bħala Koordinatur part-time tan-Network tal-Bioteknoloġija li l-kuntratt ta' dan il-konsulent ma jiġġeddidx aktar f'Mejju ta' din is-sena, wara li kien għalaq fit-28 ta' Frar, 1998, u kien baqa' jiġġedded xahar b'xahar. Id-dmirijiet tal-Koordinatur issa qed jitwettqu mill-Assistent Koordinatur part-time ta' l-istess network. * Fis-6 ta' Marzu 2000, l-impjegat tas-Servizz Pubbliku li kien ġie sekondat biex iservi ta' Kap Eżekuttiv ta' l-MCST intalab jirrapporta lura għax-xogħol regolari tiegħu fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Id-dmirijiet ta' Kap Eżekuttiv bħalissa qed jitwettqu mill-Assistent Personali tal-Kap Eżekuttiv. * Dan l-aħħar, l-uffiċjal li kien jieħu ħsieb l-accounts tal-MCST wera l-intenzjoni tiegħu li jitlaql-impieg. Qed isiru arranġamenti biex din il-funzjoni tibda titwettaq minn kumpanija ta' accounts u m'hemmx il-ħsieb li tiġ impjegata persuna oħra. Minbarra dawk li ssemmew aktar'il fuq, il-Kunsill jimpjega wkoll Koordinaturi ta' Networks - li minnhom wieħed huwa part-time u tnejn huma sekondati minn entitajiet oħra, Assistent Koordinatur, Manager għall-Proġett ta' Villa Bighi, xufier/messaġġier u charwoman part-time. Imbagħad hemm Segretarja tal-Kap Eżekuttiv li hija sekondata mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, billi dik li ddaħlet f'din il-kariga kienet ġiet sekondata ma' l-Uffiċċju tal-President fl-1997.
Leg 9 PQ #17859 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Victor Tedesco Stadium

Question

Kif beħsiebu jgħin il-Gvern fit-tkomplija ta' xogħlijiet fil-Victor Tedesco Stadium, Ħamrun?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Segretarju Parlamentari kellu diversi talbiet minn għand il-Ħamrun Spartans sabiex il-Gvern jgħinhom fit-tlestija tal-football ground. Dawn it-talbiet kienu għal xogħlijiet li jinkludu tlestija tas-seating, Press Room u fencing. Id-Dipartiment bħalissa qiegħed jistudja kif jista' jgħin sabiex dawn ix-xogħlijiet jitwettqu.
Leg 9 PQ #18179 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Raħal Ġdid — Hypogeum

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiftaħ il-Hypogeum Temple f'Raħal Ġdid, peress li għadu magħluq minkejja l-ħafna wegħdiet li kellu jiftaħ dalwaqt?

Response (GALEA, LOUIS)

Fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #18267 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward vakanzi ta' għalliema fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fil-livell: (a) primarju; (b) sekondarju - suġġett b'suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li bħalissa għadu għaddej l-eżerċizzju tal-"Classification" għadu kmieni wisq biex tkun tista' tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #17823 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Vokazzjonali — Principal designate

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħa ta' l-isteering committee ttieħdet id-deċiżjoni għar-reklamar għas-sejħa għall-post ta' designate principal għall-Kulleġġ Vokazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-deċiżjoni għar-reklamar għas-sejħa għall-post ta' Designate Principal għall-Kulleġġ Vokazzjonali ttieħdet fil-laqgħa li saret fis-7 ta' April 2000. Inkisbu wkoll l-approvazzjoni meħtieġa mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u mill-Management and Personnel Office.
Leg 9 PQ #17878 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola San Ġużepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola sekondarja tas-subien San Ġużepp qed tintbagħat fil-bini ta' l-iskola tas-snajja' fil-Marsa, post żgur mhux addattat, meta tfal bħal dawk li jmorru f'San Ġużepp għandhom bżonn ambjent iżjed stimolanti u interessanti flok diżutli, mitluqa u żdingat biex iżjed jitfagħhom lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Nassigura lill-Onor. Membru li l-ambjent fl-iskola fil-Marsa la kien, u aktar u aktar mhux ser ikun, diżutli, mitluq u żdingat. Rappreżentanti ta' l-istaff ta' l-iskola sekondarja ta' San Ġużepp f'Kordin kienu ġew mistiedna biex huma ukoll jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar il-bżonnijiet ta' l-iskola sekondarja. Diġa' qed isir ħafna xogħol biex din l-iskola ssir aktar stimolanti u interessanti. Fil-fatt qed isir xogħol ta' tibjid ma' kullimkien; qed isiru toilets ġodda kemm għat-tfal u kemm għall-istaff; u qed isir ukoll facelift tal-worksops kollha.