Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8043 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Containers

Question

Sena b'sena mindu beda jopera l-Freeport, jista' l-Ministru jgħid: (1) x'kien il-volum ta' containers maħduma u x'kien id-dħul relatat ma' dan ix-xogħol; (2) x'kienet l-ispiża operazzjonali tal-Freeport; (3) x'kien l-ammont tad-dejn kull sena; (4) ma' liema kumpanniji għandu kuntratt il-Freeport u x'inhu l-valur ta' kull kuntratt u għal liema volum ta' xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles kull sena tippubblika l-Accounts tagħha u kopja ta' l-istess titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għad-dispożizzjoni ta' l-Onorevoli Membri. L-informazzjoni li qed tintalab għall-ewwel tlitt partijiet tal-mistoqsija jinsabu fl-imsemmija Accounts. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma nħossx li għandha ssir pubblika.
Leg 9 PQ #8079 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Cardphones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il cardphone hemm (tal-Maltacom) f'Raħal Ġdid, Gudja, Tarxien, Marsa u Sta. Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' cardphones li l-Maltacom għandha fil-lokalitajiet imsemmija huwa kif ġej: Raħal Ġdid 18 ġewwa u 17 barra Gudja - ġewwa u 3 barra Tarxien 3 ġewwa u 8 barra Marsa 51 ġewwa u 14 barra Santa Luċija 1 ġewwa u 7 barra Total 73 ġewwa u 49 barra
Leg 9 PQ #8157 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Xiri ta' ajruplani

Question

Minħabba l-mistoqsijiet li kienu qamu dwar ix-xiri u l-prezz tax-xiri ta' l-ajruplani RJ Avroliners mill-Air Malta, jista'l-Ministru, fl-interess pubbliku, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-esperti barranin fl-avjazzjoni? X'passi se jieħu l-gvern fir-rigward tal-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8158 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi wara rapporti li dehru fil-ġurnali dwar allegat direttur ġdid ta' l-Enemalta li jista' jkollu konflitt ta' interess peress li qed jiġi allegat li għandu kumpanija interessata f'kuntratti ta' l-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7815, id-Diretturi kollha ta' l-Enemalta, mingħajr eċċezzjoni, imxew mal-Kodiċi ta' Etika għal Diretturi ta' Bordijiet fis-settur pubbliku u għaldaqstant għarrfu bil-miktub lill-Korporazzjoni dwar l-interessi tagħhom. Peress li f'dan il-każ il-provvediment tal-Kodiċi ta' Etika ġew osservati, ma' kienx hemm raġuni għaliex għandhom jittieħdu xi passi. Tajjeb jingħad li l-proċedura adottata f'dan il-każ hija l-istess waħda li ġiet adottata miċ-Chairman ta' qabel meta ġew ittrattati każijiet simili.
Leg 9 PQ #8267 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Ex Chief Executive

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'raġunijiet ta l-ex chief executive tal-Korporazzjoni Enemalta (Mr Arthur Tua) meta ddeċieda li jitlaq mill-Korporazzjoni Enemalta? Veru li dan ma kienx qed isib ko-operazzjoni mill-bord il-ġdid maħtur mill-Gvern Nazzjonalista?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ex Chief Executive tal-Korporazzjoni Enemalta irriżenja għal raġunijiet personali. Ma jirriżultalix li l-Bord tal-Korporazzjoni kellu x'jaqsam ma' din ir-riżenja.
Leg 9 PQ #8268 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi membru fil-bord tal-Korporazzjoni Enemalta li għandu kumpannija privata li qed titfa' offerti għal tenders li joħorġu mill-istess korporazzjoni? Jekk hu hekk, il-Ministru ma jaħsibx li dan jammonta għall-konflitt ta' interess?

Response (BONNICI, JOSEF)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija fl-affermattiv. Dan id-direttur, bħad-diretturi kollha tal-Korporazzjoni Enemalta, iddikjara bil-miktub kull interess li għandu f'xi intrapriża li jista' jkollha xi xogħol mal-Korporazzjoni. Din il-proċedura hija mitluba mill-Kodiċi ta' Etika għad-Diretturi ta' Bordijiet fis-Settur Pubbliku. Barra minn hekk, dan id-direttur, bħal kull direttur ieħor, għandu l-obbligu li jiddikjara l-interess tiegħu u jastjeni minn kull deċiżjoni tal-Bord li b'xi mod tkun relatata ma' xi interessi tiegħu.
Leg 9 PQ #8269 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Interim From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhux se jieħdu l-arretrati dovuti lilhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8270 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandhiex xi skeda dwar kif u meta se jintbagħtu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qed jintbagħtu bħalissa jkopru perjodu ta' erba' xhur u nofs li jibdew fi Frar tas-sena l-oħra. Hu mistenni li l-kontijiet ikomplu jintbagħtu kull xahrejn sakemm jintbagħtu l-kontijiet pendenti.
Leg 9 PQ #8271 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Human Resources Manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Human Resources Manager fil-Korporazzjoni Enemalta qed ikollha tħabbat wiċċha ma' boycott mhux uffiċjali minn executives oħrajn? X'qed isir biex din is-sitwazzjoni titranġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jeżisti ebda bojkott fil-konfront tal-Human Resources Manager tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #8272 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu kontijiet tad-dawl u l-ilma ġimgħa b'ġimgħa mill-aħħar ta' Mejju, 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8281 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Segretarju Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'karozza qiegħed juża s-Segretarju Parlamentari l-Onor. George Hyzler? Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari Hyzler kienx qiegħed jagħmel użu minn karozza differenti sa xi żmien ilu? Jekk jirriżulta li l-karozza tas-Segretarju Parlamentari nbidlet, jista' jgħid il-karozza li kienet tintuża minnu xi żmien ilu minn min qed tintuża? Jista' jgħid ukoll il-karozza preżenti: 1) kemm inxtrat; 2) jekk inxtrat ħarġietx sejħa offerta; 3) jekk hijiex mikrija; 4) jekk mikrija, mingħand min; 5) Jekk mikrija, x'ammont qed jitħallas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8293 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Buġibba — Bay Square

Question

Jista' l-Ministru jara li l-arloġġ li jinsab f'Bay Square, Buġibba ma jibqax jinżamm jaqra b'siegħa 'il quddiem? Jista' jara wkoll li l-brazzi li hemm fil-pjazza u madwar jitnaddfu minn ġewwa peress li minħabba f'hekk qed jitbaxxa l-qawwa tad-dija tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arloġġ u l-brazzi msemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-Enemalta iżda taħt dik tal-Kumitat ta' Azzjoni ta' Buġibba.
Leg 9 PQ #8328 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Xbiex — Provvista ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nhar il-21.6.99 u t-22.6.99 kien hemm diversi partijiet f'Ta' Xbiex H.E. li kienu bla ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-sospensjoni fil-provvista ta' l-ilma fil-post imsemmi kienet dovuta minħabba ħsarat fis-sistema tad-distribuzzjoni.
Leg 9 PQ #8422 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq il-Kappuċċini - Arblu tad-dawl

Question

Possibbli jittieħdu passi biex skond mistoqsija preċedenti tiegħi jitbiddel arblu tad-dawl li kien se jaqa' fi Triq il-Kappuċċini, Żabbar u jiġu shifted il-wires tad-dawl ma' l-arblu l-ġdid għaliex dawn xorta għadhom imdendlin u ta' periklu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #7906 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2770 peress li ilni sitt xhur nistenna tweġiba mit-18 ta' Diċembru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fl-1995 il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp kienet qiegħda ddaħħal sistema ġdida ta' kompjuterizazzjoni fl-accounts u għalhekk inħasset il-ħtieġa li taqleb mis-sistema tal-'Bulk Payment System' għas-sistema tat-TX 35. Biex tikkonferma ma' l-esiġenzi tas-sistema mitluba mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali, il-korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp imliet il-formoli NI 13, id-dokument li għalih qed issir referenza, għal kull impjegat li kellha l-Korporazzjoni f'dak iż-żmien. Dan sar wara kjarifika li ntalbet apposta bil-miktub mingħand id-Dipartiment għas-Servizzi Soċjali. Il-fondi kollha li baqgħu jinqatgħu sal-lum mis-salarju ta' dan l-impjegat u ta' l-impjegati l-oħra kollha bħala l-kontribuzzjoni tal-bolla, jitħallsu regolarment kull xahar lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Kif jidher hawn fuq, il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp dejjem osservat il-liġi bir-reqqa u għalhekk m'hemmx ħtieġa li jittieħdu l-ebda passi.
Leg 9 PQ #7909 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Popeye Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ingħata Popeye Village, Anchor Bay għaxar snin ilu u lil min? X'inhu l-ammont li jitħallas mill-operaturi kull sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Kumpless ta' Popeye Village, Anchor Bay kien inkera għaxar snin ilu lil Bonnici Brothers. Taħt dan l-Operating Agreement huma jħallsu s-somma ta' Lm2,500 fix-xahar.
Leg 9 PQ #7955 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Telefonati għal barra

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-Maltacom qed tibqa' tinsisti ma' l-abbonata, li isimha qed jintbagħat separatament, biex tħallas l-ammont ta' Lm723.31 li allegatament saru minnha jew minn membri tal-familja tagħha f'six calls barra minn Malta, meta dawn b'diversi affidavit xehdu li qatt m'għamluhom? Jista' l-Ministru jara li l-Maltacom tkun aktar sensittiva f'każi bħal dawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jifhem li din mhix kwistjoni li l-Maltacom tkun aktar sensittiva. Il-kumpanija hija fid-dover li tiġbor flusha, aktar u aktar wara li dan il-każ ġie investigat minn żewġ bordijiet u cioe' mill-Billing Contestation Board u mill-Appeals Contestation Board, dan ta' l-aħħar bord indipendenti u li d-deċiżjoni tiegħu hija finali. Iż-żewġ bordijiet daħlu fid-dettal dwar dan il-każ u t-tnejn waslu għall-istess konklużjoni, jiġifieri li l-kont għandu jiġi mħallas mill-klijenta. Rigward l-affidavit, ta' min jinnota li dan sar mill-klijenta biss u mhux mill-membri l-oħra li jgħixu fid-dar. Jekk il-klijenta tħoss li mhix f'pożizzjoni li tħallas il-kont kollu f'daqqa, nissuġġerixxi li tm,għur il-Maltacom sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa biex il-ħlas isir f'numru ta' pagamenti.
Leg 9 PQ #8065 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi dovuta l-Korporazzjoni Enemalta bħala ħlasijiet għal kontijiet tas-servizzi tad-dawl u l-ilma minn: (a) dipartimenti tal-gvern; (b) korporazzjonijiet; (ċ) kumpanniji privati; (d) ċittadini komuni; u (e) soċjetajiet soċjali u sportivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8085 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Vjal il-Ħaddiema - Dwal

Question

Peress li ili snin nitlob li tiddawwal Vjal il-Ħaddiema fir-Rabat, Malta ħalli jiġu evitati ħafna mill-inkonvenjent għall-pedestrians u sewqan, jista' l-Ministru jinformani x'ġara minn dawn it-talbiet? Peress li ftit tal-jiem ilu ttajjar tifel ta' 12-il sena f'din it-triq min fuq iż-zebra crossing, jista' l-Ministru urġentement jipproċedi u ċioe' japprova l-iżviluppi meħtieġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.