Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema management positions qed jagħmel referenza.
Is-Sannat – Triq is-Sannat – xogħol ta’ re-surfacing
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7140, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq Sannat, is-Sannat huwiex se jsir matul is-sena 2014 peress li fir-risposta naqas li jwieġeb għal dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proċess relatat ma Triq Sannat, fis-Sannat diġà inbeda.
Victoria (Għawdex) – Triq Għajn Qatet — xogħlijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7135, jista’ l-Ministru jgħid liema parti minn Triq Għajn Qatet se tiġi asfaltata? Jista’ jgħid kemm-il offerta ntefgħet u kemm kien il-valur ta’ kull offerta li ġiet sottomessa għal dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-parti li se tiġi asfaltata testendi mill-junction ma' Triq San Duminku sal-junction ma Triq it-8 ta’ Diċembru. Jiena nfurmat ukoll li kien hemm żewġ offerti b’valuri ta’ iżjed minn €100,000 kull waħda.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7118, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħatat it-tender li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq xogħlijiet ta’ restawr ta’ faċċati ta’ bini fiċ-Ċittadella? Meta hu mistenni li jibda dan ix-xogħol u meta mistenni li jitlesta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-tender għal xogħlijiet ta’ restawr ta’ faċċati ta’ bini fiċ-Cittadella CT3086/2013 ġiet mogħtija lill-kumpanija Gaulos Conservation. Ix-xogħol mistenni jibda’ sal-aħħar ta’ Jannar 2014 u mistenni li jitlesta fi żmien sena.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7121, jista’ l-Ministru jgħid kif inhu mistenni li jintefqu aktar minn €14-il miljun fuq il-proġett għall-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Masterplan taċ-Ċittadella? Kemm tenders inħarġu biex jitwettaq dan il-proġett? Min xeħet l-offerta għal kull sejħa li saret? Kemm kien il-valur ta’ kull offerta u min ġie magħżul?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għal dak li ġie rraportat fil-media dan l-aħħar, fejn kelliem għall-Ministeru għal Għawdex ġie kkwotat li qal li qed isir xogħol ta’ tindif madwar il-konfini tal-Heliport f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment jew entità tal-Gvern qed twettaq dan ix-xogħol u n-numru ta' ħaddiema involuti f'dan ix-xogħol? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika s-sit li qed jiġi mnaddaf?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tindif madwar il-konfini fil-Heliport f’Għawdex qiegħed isir mill-Forzi Armati ta’ Malta b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex, il-Minsiteru tat-Turiżmu u l-Ministeru ta’ l-Intern. Jiena nfurmat ukoll li bħalissa hemm tlett ħaddiem involuti f’dan ix-xogħol. Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika s-sit li qed jiġi mnaddaf.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stat jinsab t-torri ta’ de Redin ġewwa x-Xlendi u jekk hemm bżonn ta’ tiswijiet jistax jindika x’inhuma u meta se jsiru?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7120, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru għal Għawdex fir-restawr u riabilitazzjoni tas-swar taċ-Ċittadella?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proġett ERDF 39 – restawr u riabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex kien immexxi mid-Direttorat tar-Restawr fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u llum taħt il-Ministeru tat-Turiżmu. Il-Ministeru għal Għawdex ipprovda għajnuna permezz ta’ servizzi ta’ technical officers u perit f’diversi fażijiet tal-proġett.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6377. L-informazzjoni mit-30 ta’ Novembru 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014 tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – impjegati li bbenefikaw minn miżuri family friendly
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati nisa u rġiel fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li matul is-sena 2013 ibbenefikaw minn xi miżura family friendly? Liema kienu dawn il-miżuri family friendly li bbenefikaw minnhom dawn l-impjegati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Proġetti Kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti, inizjattivi u programmi kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea saru f’Għawdex matul is-sena 2013? Jista’ jagħti lista tagħhom u kemm sewa kull proġett, inizjattiva jew programm?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikklarifika l-miqstosija tiegħu u jagħmilha aktar speċifika billi l-maġġoranza tal-proġetti ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea huma mwettqa fuq medda ta’ snin.
In-Nadur (Għawdex) – Triq Għajn Qasab – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitkompla x-xogħol fuq it-tieni parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur wara li sentejn ilu tlesta x-xogħol fuq l-ewwel parti ta’ din it-triq li twassal sal-bajja tar-Ramla?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li għal issa ma hux ippjanat li jitkompla x-xogħol fuq it-tieni parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur din is-sena.
Għawdex — Marsalforn - studji dwar protezzjoni tal-bajja
Question
B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 6785 u 6689, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jippubblika r-rapport jew partijiet minnu dwar l-istudju li ġie kkummissjonat mill-Gvern preċedenti dwar l-effett tal-maltemp fil-bajja ta’ Marsalforn? Ma jaħsibx il-Ministru li b’dan in-nuqqas tiegħu qed imur totalment kontra l-wegħda espressa u ċara tal-Gvern li jifforma parti minnu hu li jkun Gvern trasparenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandix xi nżid mar-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari 6785 u 6689.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B ‘referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jiosta’ l-Ministru jgħid kemm sewa jew kemm hu stmat li se jiswa l-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li qed jiġi implimentat fiċ-Cittadella taħt ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-masterplan taċ-Cittadella – li jikkonsisti f’numru ta’ xogħlijiet għar-riabilitazzjoni tal-parti interna taċ-Cittadella? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella huwa stmat li jiswa € 14,584,500. Ix-xogħol fuq dan il-proġett huwa mistenni li jinbeda fil-ġranet li ġejjin. Il-proġett huwa mistenni li jitlesta sa’ Ġunju 2015. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti moghtija għall-mistoqsijiet 7117, 7118 u 7119.
Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa l-proġett tal-masterplan taċ-Cittadella li kien finanzjat mill-Mekkaniżmi Finanzjarji tal-Area Ekonomika Ewropea (EEA Financial Mechanisms)? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett? Jista’ jpoġġi sommarju ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proġett tal-Masterplan taċ-Cittadella b’kollox sewa €315,656 . Ix-xogħol fuq il-preparazzjoni tal-Masterplan sar mill-Kumpanija Politecnica Ingegneria ed Architettura ta’ Modena. Ix-xogħol fuq dan il-proġett tlesta f’April 2010.
L-offerti li ntefgħu għal dan ix-xogħol inkluża l-VAT kienu kif imniżżla hawn taħt;
1 Prince Research Consultants Ltd €352,500
2 Politechnica Ingegneria ed Architettura €316,800
3 ADI Associates €322,140
4 Cittadella Urban Renewal Consortium €342,200
5 Valerio Schembri Protect Workshop Ltd €265,500
6 Mangion, Mangion & Partners €349,870
7 ABC Appalti Bonifiche €335,400
8 Heritage Enterprise Consultancy LTD €244,197.22
9 EMDP €318,600
Il-Masterplan qieghed jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Lawrenz (Għawdex) – Triq San Lawrenz — xogħlijiet
Question
B’referenza għar-risposta tiegħu tal-mistoqsija parlamentari 6945 jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir fi Triq San Lawrenz, San Lawrenz, Għawdex? Fiex wasal il-proċess fuq dan ix-xogħol? Inħarġu t-tenders? Se jkun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej u jekk iva kemm se jkun l-ammont ta’ kofinanzjament? Kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol kollu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fi Triq San Lawrenz, San Lawrenz fadal ir-rikostruzzjoni tal-parti ta’ triq quddiem ta’ Dbieġi u li nħargu l-offerti u sar ix-xogħol sal-junction ta’ Triq ir-Rokon. Jien infurmat ukoll li mhux ser ikun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej u li x-xogħol fuq dan il-kuntratt mistenni li jiġi jiswa €669,999.00 .
Victoria (Għawdex) – Triq Għajn Qatet — xogħlijiet
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6945 jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li se jsir fi Triq Għajn Qatet, Victoria, Għawdex, hux se jkun fuq it-tul tat-triq kollha u hux se jsir l-asfaltar tat-triq kollha? Fiex wasal il-proċess fuq dan ix-xogħol? Inħarġu t-tenders? Ser jkun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej, u jekk iva kemm se jkun l-ammont ta’ kofinanzjament? Kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol kollu fuq dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ asfaltar fi Triq Għajn Qatet Victoria se jsir fuq parti mit-triq u li nħarġu l-offerti għal dan l-asfaltar. Jien infurmat ukoll li qegħdin jiġu evalwati l-offerti u għalhekk il-valur mistenni tax-xogħol jiddependi mill-eżitu tal-evalwazzjoni. Mhux se jkun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej għal dan ix-xogħol.