Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25558 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet mhux proċessati mingħajr email address

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-Awtorità tal-Ippjanar mhux qiegħda tippermetti lil periti jagħtu l-email address tagħhom f'każ li l-applikant ma' jkollux email address u lanqas ma jkollu xi qarib jew ħabib li jista' juża l-email address tiegħu bil-konsegwenza li l-Awtorità qiegħda tirrifjuta li tipproċessa applikazzjonijiet li jkollhom l-email tal-applikant nieqes?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #24304 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Salinità tal-ilma prodott mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-livelli medji ta’ salinità tal-ilma prodotta mill-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ sena b’sena mill-2012 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-livelli medji ta’ konduttivita’ tal-ilma prodotta mill-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ mill-2012 sal-aħħar tal-2015 hija hekk: Ta’ Barkat Sewage Treatment Plant - 11608 Sant’Antnin Sewage Treatment Plant - 9571 North Sewage Treatment Plant - 5594 Gozo Sewage Treatment Plant - 3456
Leg 12 PQ #25490 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – ħaddiema mas-settur pubbliku

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25269, u peress li huwa l-Ministru responsabbli miċ-Ċivil, jista’ jgħid f’liema gradi u f’liema dipartiment ġew ingaġġati l-ħaddiema Għawdxin li bdew jaħdmu f’Għawdex matul is-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 sal-lum? Jista’ jgħid għall-istess perijodu, x’kien il-grad tal-ħaddiema Għawdxin taċ-Ċivil li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #25491 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — art

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24421 u 25230 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/ kuntratt li permezz tiegħu l-art fejn hemm l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għaddiet għand il-Malta Industrial Parks? Jista' jgħid għaliex l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għadda għand il-Malta Industrial Parks u jekk issa allura ż-żona tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hijiex ser tiġi meqjusa bħala Żona Industrijali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #25492 Sitting 391 2016-05-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Artijiet agrikoli barra ż-żona tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat artijiet agrikoli barra ż-żona preżenti tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġewx mitluba lura lill-bdiewa li kienu jaħdmuhom u ċjoe' biex dawn il-bdiewa joħorġu minn dawn l-artijiet? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjanta li turi l-artijiet li ġew mitluba lura lill-bdiewa li kienu jaħdmuhom? X'inhu l-iskop li dawn l-artijiet ittieħdu lura mingħand il-bdiewa u x'ser isir bl-istess artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #25406 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati tal-Gvern – talbiet partikulari lid-dipartiment tagħhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm il-każ kien hemm matul l-2015, ta' impjegati tal-Gvern li baqgħu ma' ngħatawx risposti għad-domandi li huma għamlu lid-dipartiment li jaħdmu miegħu għal talbiet partikulari, li baqgħu mhux imwieġba u li mbagħad fil-fatt ħadu risposti mingħand il-PPS dwar it-talba tagħhom? Minn liema dipartimenti kienu t-talbiet li ġew approvati mill-PPS wara li d-dipartiment konċernat ma' ta l-ebda risposta għat-talbiet li kienu saru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispjega aħjar il mistoqsija tiegħu.
Leg 12 PQ #25407 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sid ta’ proprjetajiet – ħlas ta’ kontijiet pendenti

Question

Billi qed jirriżulta li meta sid ta' diversi proprjetajiet ikollu kontijiet pendenti mal-ARMS, l-Enemalta taqta' (tissospendi) l-provvista tal-elettriku fi proprjetajiet li jkunu tal-istess sid, li jistgħu wkoll ikunu mikrija lil terzi persuni li jkunu ħallsu kull ċenteżmu dovut għall-konsum fil-proprjetà fejn huma jkunu qed joqogħdu b'kera, jista' l-Prim Ministru jassigura li f'każi bħal dawn id-dawl fil-proprjetajiet fejn il-kontijiet ikunu mħallsa kif dovut, fil-fatt ma' jinqatgħux, għaliex minflok qed ibati s-sid tal-proprjetà, qed ikun l-inkwilin li ma jkollu l-ebda tort, li fil-fatt qed ibati l-konsegwenzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li meta jkun hemm ammont mhux imħallas fuq kont partikolari, l-ewwel tinqata’ l-provvista tal-elettriku ta’ dan l-istess fond. Jekk jibqa’ ma jsirx il-ħlas dovut, is-servizz tal-elettriku ta’ propjetajiet oħrajn reġistrati fuq l-istess sid, jistgħu jiġu sospiżi minnufih, hekk kif għal snin sħaħ ilhom jipprovdu r-Regolamenti fuq il-Provvista tal-Elettriku.
Leg 12 PQ #25484 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Esproprjazzjoni ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23780, 23402 u 25235 u jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta’ art jew bini saret f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid f’kull każ x’kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f’kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-art? Jista’ jgħid f’kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f’kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #25486 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Main ġdid tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa’ Ta’ Ċenċ

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 25267 fejn qal li x-xogħol fuq il-main tal-ilma ġdid bejn Ħondoq ir-Rummien u Ta’ Ċenċ f’Għawdex u r-re-surfacing tat-toroq minn fejn għadda dan il-main kien oriġinarjament stmat li ser jiswa 6.17 miljun ewro, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif ix-xogħol li oriġinarjament kien stmat li ser jiswa 6.17 miljun ewro meta l-offerta għax-xogħol kollu ngħatat bil-prezz ta’ 4.15 miljun ewro lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet in kwistjoni ħarġu fis-suq kompetittiv b’open tender. Kien hemm kompetizzjoni qawwija fejn dan il-kuntrattur rebaħ it-tender b’offerta ta’ €4.1 miljun.
Leg 12 PQ #25487 Sitting 390 2016-05-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Main ġdid tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa’ Ta’ Ċenċ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ser jiswa iżjed minn dak stmat oriġinarjament ix-xogħol fuq il-main tal-ilma u re-surfacing minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta’ Ċenċ f’Għawdex u x’kienu l-varjazzjonijiet fuq l-istess xogħol? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu fuq il-partijiet tat-triq imsemmija li diġà kien hemm ċediment u ħsarat fihom minkejja li x-xogħol għadu kemm tlesta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet se jiġu jiswew inqas milli kienu stmati oriġinarjament għal dan il-proġett. Dan il-proġett ma kienx intiż biex jinbnew it-toroq iżda l-proġett huwa wieħed ta’pipeline tal-ilma bejn Ħondoq u Ta’ Ċenċ. Bħala parti minn dan il-proġett, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienu fl-obbligu li jagħtu wiċċ ġdid fit-triq li minnha għadda l-main tal-ilma. Il-kuntrattur, se jirranġa a spejjeż tiegħu dawk ix-xogħlijiet li saru u ma kienux skont it-termini tal-istess kuntratt.
Leg 12 PQ #25400 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta — Bord tal-Ilmenti - ilmenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva l-Bord tal-Ilmenti tal-Enemalta mwaqqaf skont Ċirkulari tal-Enemalta Nru. 60/2014? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-Bord ikkonkludiex ix-xogħol tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid meta dan il-Bord ippreżenta r-rakkomandazzjonijiet finali tiegħu lill-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta, u jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet bdewx jiġu mplimentati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li b’rabta ma’ Ċirkulari tal-Enemalta Numru 60/2014, il-Bord tal-Ilmenti rċieva 131 (mija, wieħed u tletin) ilment. Il-proċess qiegħed fi stadju finali.
Leg 12 PQ #25405 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — tiswijiet

Question

B'riferenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 24538 u 24184, u fid-dawl tal-fatt li suppost li l-Water Services Corporation qiegħda tevalwa, permezz ta' spezzjonijiet ġodda fuq il-post fejn ikunu saru l-interventi, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mil-lista twila li kienet sottomessa fil-Parlament iktar minn xahar ilu, fil-fatt reġgħu ġew spezzjonati? F'kull każ, x'kienu r-riżultati li nstabu fuq il-post, u f'liema każi sa issa, ittieħdu miżuri korrettivi biex jiġi msewwi x-xogħol li jirriżulta li ma jkunx sar sew fuq il-post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ispezzjonijiet mitluba għadhom għaddejjin.
Leg 12 PQ #25414 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta’ Fond

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema skop qed jintuża l-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ttieħed bħala possession and use b'dikjarazzjoni tal-President datata s-7 ta' Ottubru 1973 numru 854, item 38?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond li dettalji tiegħu ngħataw separatament qiegħed jiġi okkupat illegalment u qed jintuża bħala store. Fil-fatt id-Dipartiment Propjetà tal-Gvern diġa beda l-proċess biex jiżgombra lill-okkupant minn dan il-fond.
Leg 12 PQ #25415 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birżebbuġa — Rilokazzjoni ta’ ħażna tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-iżvilupp marbut mar-rilokazzjoni tal-ħażna tal-fuel f'Birżebbuġa miż-żona magħrufa bħala “31 ta' Marzu 1979” għal Ħas Saptan fil-limiti ta' Ħal Għaxaq, qed jiġi kkunsidrat li ma jkunx sottopost għall-studju dwar l-impatt ambjentali, minkejja l-impatti ambjentali li tali żvilupp se jkollu fuq is-sit propost?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li l-Enemed issottomettiet l-applikazzjoni għar-rilokazzjoni ta’ storage permezz ta’ użu tat-tankijiet eżistenti taħt l-art ġewwa Ħas Saptan. Minflok li dawn it-tankijiet jintużaw għall-bunkering ser jibdew jintużaw għas-suq lokali. Għaldaqstant ser jingħalaq id-depot tal-ħażna tal-fuel f’Birzebbuga wara aktar minn 25 sena ta’ wegħdiet mill-amministrazzjoni preċedenti. L-applikazzjoni ġiet sottomessa lill-Awtorità kompetenti għal review.
Leg 12 PQ #25417 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bengħajsa – rilokazzjoni ta’ ħażna ta’ fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn l-alternattiva f'Bengħajsa għar-rilokazzjoni tal-ħażna tal-fuel miż-żona magħrufa bħala “31 ta' Marzu 1979” mhijiex qed tkun ikkunsidrata meta din hija 'l bogħod miż-żoni residenzjali u hija art committed?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-kumpaija Enemed illi minn eżerċizzju li ghamlet, is-sit ta’ Bengħajsa ma nstabx li huwa l-aħjar sit għal diversi fatturi, fosthom li: huwa qrib wisq ta’ impjanti oħra ta’ ħa¿na ta’ fjuwils jew gas, u b’hekk il-periklu minflok ikun i¿olat pjuttost ikun qed jiżdied bi proporzjon logaritmiku; l-użu tal-art irid ikun ħafna aktar minn dak propost mill-Enemed peress li jkunu jridu jinbnew tankijiet ġodda kuntrarjament għas-sit li qed ikun propost mill-Enemed fejn hawn se jkunu qed jintużaw it-tankijiet eżistenti f’Ħas Saptan.
Leg 12 PQ #25422 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ilment fuq kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi nvestigat.
Leg 12 PQ #25426 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21785 u jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015 fil-qasam tal-enerġija? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din : EntitàAmmont Enemed€ 260.00Direct Order MECW/MEH€ 36,000.00Direct Order MRA€ 4,250.00Dircet Order Regulator for energy and water services € 4,021.25Direct Order WSC€ 32,051.75Direct Order
Leg 12 PQ #25445 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-Dawl u l-Ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema bil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-provvedimenti meħtieġa sabiex dan jissolva.
Leg 12 PQ #25366 Sitting 388 2016-05-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Triq Patri Ġużepp Calleja — bozza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta ġiet approvata bozza ġdida li madwar 14-il xahar ilu twaħħlet fi Triq Patri Ġużepp Calleja, San Pawl il-Baħar, li iżda għadha ma ġietx imqabbda mas-sistema tad-dawl tat-toroq? Jista’ jagħti tagħrif dwar x’wassal biex din il-bozza ma tinxtegħelx? Jista’ jagħti tagħrif dwar min talab l-istess awtorizzazzjoni għal din il-bozza, u min waħħal il-bozza fuq il-post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt mgħarraf li l-applikazzjoni għall-ikkonnettjar tal-lampi msemmija kellha tiġi kkanċellata wara li l-entita’ reponsabbli minn dawn il-lampi baqgħet ma ssottomettietx id-dokumenti u tagħrif tekniku meħtieg biex tkun tista’ ssir il-konnessjoni. Enemalta plc bagħtet diversi messaġġi lill-istess entita’ biex tfakkarha tgħaddi dawn id-dokumenti, iżda ma rċeviet l-ebda tweġiba.
Leg 12 PQ #25367 Sitting 388 2016-05-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – open plots

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm siti magħrufa bħala “open plots” fil-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar li tagħhom għandha record l-Awtorità tal-Ippjanar? X'passi ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar jew qabilha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex dawn il-plots jingħalqu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Awtorita ma żżommx records ta' siti magħrufa bħala “open plots”. Kif diġa ġie infurmat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 24623, magħmulha mill-istess Onor. Interpellant, l-Awtorità tal-Ippjanar ma titlobx lis-sidien ta' siti biex idawruhom bil-ħitan, peress illi ma hemmx regolamenti illi jeħtieġu li kull sit mhux żviluppat għandu jkun mdawwar bil-ħitan. Iżda, skont artikolu 99(1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp (2016), jekk il-ġmiel jew siwi ta’ xi żona huwa mħassar bid-dehra ta’ xi art, li tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ, l-Awtorità tista' titlob lis-sid jew l-okkupant tal-art sabiex jittieħdu dawk il-passi li hemm b¿onn biex titnaqqas il-ħsara. Il-fatt illi ma hemmx ħajt imdawwar ma' propjeta` ma jfissirx illi dik l-art qed tikkaw¿a xi ħsara lil-ġmiel jew siwi ta' dik iż-żona. Għalhekk, jekk sid l-art ineħħi dak li jkun qed jikkawża l-ħsara, ma hemmx bżonn li jinbnew xi ħitan, għalkemm mhux eskluż illi biex titneħħa l-ħsara jista' jkun li hemm bżonn jinbnew il-ħitan madwar is-sit.