Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3367 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Att dwar l-Immigrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki, gradi u x'xogħol se jagħmlu f'Malta dawk in-nies li ħarġilhom permess biex joqogħdu Malta skond l-artikolu 7 ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap 217) Nru. 951 li dehret fuq il-gazzetta tal-Gvern ta' Malta bin-numru 9186?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dawk il-barranin li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellanti huma persuni li għandhom permess biex joqogħdu Malta (residence permit holders). Dawn il-persuni ma jistgħux jaħdmu hawn Malta. 14.01.99
Leg 9 PQ #3437 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jara li meta l-pulizija tressaq u takkumpanja persuni fil-qorti b'xi akkuża ma ddaħħalhomx mill-bieb prinċipali tal-Qorti qisha xi media event u tagħmel show bihom? Jistgħu jiddaħħlu mill-entratura ta'wara l-qorti kif kien jiġri qabel, partikolarment għal raġunijiet ta' sigurta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li nħareġ digriet mill-Qorti dwar is-suġġett tal-Mistoqsija li qed jintalbu aktar kjarifiki dwaru. 14.01.99
Leg 9 PQ #2878 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri li spiċċaw mill-korp

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija grad grad matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm kien in-numru ta' pulizija li daħlu fil-korp matul l-istess perijodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 13.01.99
Leg 9 PQ #2879 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk il-postijiet vakanti fil-Korp tal-Pulizija grad grad fil-mument?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' vakanzi, skond il-'complement' approvat, fil-Korp tal-Pulizija, fil-preżent u grad bi grad hu kif ġej : Supretendenti 11 Spetturi 8 Surġent Maġġur ta' l-Ewwel Klassi 1 Surġenti Maġġuri 14 Surġenti 23 Kuntistabbli 40 TOTAL 97 13.01.99
Leg 9 PQ #2927 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Splużjonijiet fil-barrieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pulizija ntalbet tinvestiga jekk sarux splużjonijiet fil-barrieri qrib it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra fl-aħħar tliet xhur? Fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija? X'kienu l-konklużjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-10 ta' Diċembru 1998, l-Aġent Direttur tal-Mużewijiet, kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex isiru nvestigazzjonijiet ħalli jiġi stabbiilit jekk kienx sar użu ta' splussiv fil-barrieri qrib it-tempji ta' l-Imnajdra u Ħaġar Qim. Dawn l-investigazzjonijiet għad m'humiex konklużi. 13.01.99
Leg 9 PQ #2953 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2163?

Response (BORG, TONIO)

Rigward it-tagħrif mitlub fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2163, għal perijodu 5 ta' Settembru, 1998, sa l-10 ta' Novembru, 1998, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1271 f'Seduta 26. Għal kumplament tal-perijodu ndikat fil-Mistoqsija ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 12.01.99
Leg 9 PQ #2869 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu Malta? F'liema setturi qegħdin nisa jew irġiel? X'eta' għandhom? X'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellanti għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 621 u Nru 2585, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub fil-Mistoqsija. Ta' min jinnota li fl-ewwel Tnejn ta' kull xahar, id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni jippubblika lista ta' dawk il-persuni barranin li għandhom permess biex jaħdmu f'pajjiżna li fiha jiġi ndikat l-isem tal-persuna, il-professjoni jew xogħol li jagħmel, ma' min jaħdem u d-data sa meta hi valida l-liċenzja. 11.01.99
Leg 9 PQ #2890 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Talbiet mill-kunsilli lokali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1525, jista' l-Ministru jwieġeb fid-dettall dwar dawn it-talbiet li saru mill-1 ta' Jannar, 1998? Jista' jgħid ukoll fejn dawn it-talbiet ġew aċċettati jew rifjutati?

Response (BORG, TONIO)

Ma għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2449 f'Seduta 31. 11.01.99
Leg 9 PQ #2913 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi għal bini

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward talba għal permess ta' bini f'art agrikola ferm tajba magħrufa bħala Dun Lanza ġewwa Ħaż-Żabbar (PA 6643/98)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-rapport dwar l-applikazzjoni PA 6643/98 ġie ffinalizzat u ser jintbagħat lill-applikant/perit fil-ġranet li ġejjien. Ir-rapport qiegħed jirrakkomanda dan l-iżvilupp li qiegħed fil-konfini ta' żvilupp kif indikat fi skema 56 tal-Pjan Regolatur ta' l-1988. Din iż-żona hija għal 'terraced houses' b'għoli ta' żewġ sulari. 11.01.99
Leg 9 PQ #3005 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Refuġjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li bihom refuġjat jista' jibqa' residenti f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li persuna f'Malta li tiġi dikjarata bħala refuġjata mill-U.N.H.C.R. tiġġeddilha l-visa minn żmien għal żmien biex tkun tista' tibqa' f'Malta sakemm titlaq lejn il-pajjiż li jaċċettha biex tgħix fih. 11.01.99
Leg 9 PQ #3023 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Żurrieq — Triq ta' Ciantar - Permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija qiegħed jirrifjuta li jikkollabora ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex il-fond fi Triq ta' Ciantar, fiż-Żurrieq fejn qiegħed jiġi konness reat, jiġi magħluq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kkollaborat dejjem ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn jidħol rapporti li saru dwar dan il-każ. Barra minn dan, il-persuna liċenzjata itellgħet il-Qorti mill-Pulizija u ġiet liberata. 11.01.99
Leg 9 PQ #3054 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

UE — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1730, jista' l-Ministru jgħid dawn il-persuni li għandhom employment licence x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 621 f'Seduta 20, Nru 2585 f'Seduta 34 u Nru 2869 f'din l-istess Seduta. 11.01.99
Leg 9 PQ #2849 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kriminalita' — Addoloxenti/żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi mfassla u jittieħdu inizjattivi flimkien mal-ministeri l-oħra tal-politika soċjali u ta' l-edukazzjoni biex niffaċċjaw il-problemi ta' addoloxxenti u ż-żgħażagħ li qabdu minn kmieni ħafna t-triq tal-kriminalita'?

Response (BORG, TONIO)

Saru diversi laqgħat bejn Sedqa u l-pulizija dwar l-aħjar metodi ta' prevenzjoni li wieħed jista' jieħu. F'dawn il-laqgħat l-pulizija jgħaddu l-esperjenzi tagħhom li żgur jgħinu biex jitfasslu inizjattivi ġodda f'dan il-qasam. 21.12.98 (am)
Leg 9 PQ #2859 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħatra ta' surġenti

Question

B'riferenza għall-interviews li saru bejn Jannar u Frar 1998 għal ħatra ta' surġenti u għar-riżultati li ħarġu fis-sajf 1998, jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-madwar 90 pulizija li għaddew?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 351 f'Seduta 6. 21.12.98 (am)
Leg 9 PQ #2827 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Imdina — Rave party

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi applikazzjoni biex lejlet l-ewwel tas-sena d-dieħla jsir rave party fil-Bacchus Restaurant fl-Imdina?

Response (BORG, TONIO)

Le, ma saret l-ebda applikazzjoni lill-Pulizija biex isir Rave Party lejlet l-ewwel tas-sena fil-post indikat mill-Onor. Interpellant. 19.12.98 (am)
Leg 9 PQ #2786 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Post tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jara li d-diversi lmenti tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex ma ssirx ħsara tas-soqfa tal-post li għadhom kif inbiddlu din is-sena stess jingħataw widen? Jista' l-Ministru jiżgura li d-Dipartiment ta' l-Artijiet li huwa responsabbli li jara li r-residenti jżommu mal-kondizzjonijiet tal-kirja, jagħmel xogħlu f'dan il-każ peress li tpoġġew żewġ tankijiet fuq il-bejt (minflok fuq travi) li qed jikkawżaw ħsara lis-saqaf imsemmi, minbarra skart u żibel fuq l-istess saqaf?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, mill-file tad-Dipartiment ta' l-Artijiet ma jirriżultax li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għamlet xi lment dar ħsara li tista' ssir fis-soqfa li għadhom kif inbidlu din is-sena. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Artijiet ser jagħmel l-ispezzjonijiet u jieħu l-azzjoni meħtieġa jekk ikun il-każ. 18.12.98 (pm)
Leg 9 PQ #2838 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Nutara pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li f'Għawdex hemm Nutara Pubbliċi li għalkemm ilhom jaħdmu 'l fuq min 16-il sena b'danakollu m'huma rappreżentati bl-ebda volum ta' xogħolhom fuq l-ixkafef ta' l-Arkivju Nutarili fir-Rabat? Jekk fl-affermattiv, dan in-nuqqas (li jmur kontra l-interessi kemm tal-komparenti fuq l-atti u testmenti relattivi kif ukoll tal-pubbliku li jenħtieġlu jaqrahom) ifisser li ebda volum minn tagħhom ma kien ġie eżaminat mill-Qorti tar-Reviżjoni skond il-liġi? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru tal-Ġustizzja jordna li l-affari tiġi normalizzata kemm jista' jkun malajr?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li f'Għawdex hemm Nutar Pubbliku wieħed, li ilu aktar minn sittax il-sena jaħdem, iżda m'hu rappreżentat b'ebda volum fl-Arkivji Nutarili fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern f'Għawdex. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat. 18.12.98 (pm)
Leg 9 PQ #2765 Sitting 43 1998-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjoni 6493/98

Question

Il-Bord tal-HAC ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar meta se jlesti l-evalwazzjoni ta' l-iżvilupp dwar l-applikazzjoni 6493/98 għall-bdil ta' użu minn uffiċini professjonali għal skola tal-lingwa Ingliża f'Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Heritage Advisory Committee ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iddiskuta l-applikazzjoni PA 6493/98 fil-15 ta' Diċembru, 1998. 18.12.98 (2pm)
Leg 9 PQ #2767 Sitting 43 1998-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjoni 6511/97

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi pproċessata l-applikazzjoni 6511/97 fl-istadju ta' appell quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-estensjoni tal-bini ta' St. Elizabeth Convent School fi Triq Manwel Dimech, Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hu mistenni li jinstema' mill-Bord ta' l-Appelli ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fis-26 ta' Jannar, 1999. 18.12.98 (2pm)
Leg 9 PQ #2768 Sitting 43 1998-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjoni 4241/95

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni 4241/95 għall-bini ta' skola sekondarja f'Tal-Balal, f'San Ġwann, jista' l-Ministru jgħid meta hija mistennija d-deċiżjoni dwarha mill-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jifhem il-Ministru li d-dewmien lil din l-applikazzjoni qed toħloq tbatija lill-amministraturi, ġenituri, għalliema u studenti li jridu jmorru f'dik l-iskola?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li din l-applikazzjoni hija suġġetta għal Environment Impact Assessment (EIA) skond Sezzjoni 1.1 (ii) tal-Policy and Design Guidance on Environmental Impact Assessment in Malta (May 1994). Id-deċiżjoni biex isir dan l-EIA kif ukoll Traffic Impact Statement (T.I.S.) ittieħdet fis-16 ta' Lulju, 1998, waqt laqgħa tal-Bord ta' l-Awtorita'. It-terms of reference għall-EIA kienu ukoll approvati mid-Dipartiment ta' l-Ambjent skond il-proċedura attwali. L-ewwel draft ta' l-EIS ġie sottomess lill-Awtorita' fis-26 ta' Awissu, 1998, filwaqt li l-ewwel draft ta' t-TIS ġie sottomess fis-27 ta' Awissu, 1998. L-Awtorita' analizzat dawn iż-żewġ rapporti skond il-prattika u bagħtet il-kummenti lill-applikant fl-14 ta' Settembru, 1998. It-TIS kellu bżonn jiġi rivedut filwaqt li mill-EIA beda jirriżulta li l-art in kwestjoni setgħet kienet żgħira wisq biex takkomoda l-iskola proposta. L-applikant kien għalhekk mitlub li jiċċekkja li l-bini propost setgħa fiżikament joqgħod fuq din l-art. Fil-laqgħa li saret fit-2 ta' Diċembru, 1998, sar qbil li ssir proposta ġdida li tinkludi l-iżvilupp fuq sit akbar sabiex jiġu akkomodati l-faċilitajiet neċessarji. Sal-lum l-Awtorita' għadha qed tistenna li dawn ir-rapporti jiġu emendati u risottomessi għall-kunsiderazzjoni tagħha u tad-Dipartiment ta' l-Ambjent. L-Awtorita' tkun tista' tieħu deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni wara li jiġu sottomessi kemm l-EIA u t-TIS, u wara li ssir public hearing dwar il-proġett. 18.12.98 (2pm)