Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18189 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-544 student mill-iskejjel tal-gvern li ma qgħadux għall-eżami tal-junior lyceum, kemm hemm subien u kemm hemm bniet u kemm minn Malta u kemm minn Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-544 student mill-iskejjel tal-gvern li ma qagħdux għall-eżami tal-Junior Lyceum kienu: Subien Bniet Malta 328 191 Għawdex 24 1
Leg 9 PQ #18190 Sitting 359 2000-07-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qgħadu studenti għall-eżami tal-junior lyceum mill-iskejjel: (1) tal-gvern; (2) tal-Knisja; (3) privati, separatament f'Malta u f'Għawdex u organizzati bniet u subien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum kienu:- Bniet Subien 1a) Stat Primarji Malta 1718 1714 Għawdex 190 183 1b) Stat Sekondarji Malta 59 59 Għawdex -- -- 2) Tal-Knisja Malta 210 328 Għawdex 45 43 3) Privati Malta 124 59 Għawdex -- --
Leg 9 PQ #18112 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi eżercizzju biex ikun hemm razzjonalizzazzjoni tal-bini ta' l-iskejjel tal-gvern biex jiġu amalgamati studenti ta' skejjel bħalissa mferrxin fi skejjel differenti? Fil-każ li qed isir dan l-eżerċizzju, f'liema qafas ta' terms of reference qed isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix għal kollox ċara l-mistoqsija meta tgħid "razzjonalizzazzjoni tal-bini ta' l-iskejjel tal-gvern biex jiġu amalgamati studenti ta' skejjel bħalissa mferrxin fi skejjel differenti". Fl-eżerċizzju li kien sar ftit tas-snin ilu, il-kors fil-livell sekondarju beda jingħata kollu fi skola waħda, ħlief meta l-istudenti kienu jagħżlu li jsegwu kors fi Skola tas-Snajja' meta kellhom jitilqu skola sekondarja jew Junior Lyceum biex imorru fi Skola tas-Snajja' wara l-ewwel tliet snin. Bir-riforma li se titwettaq fil-livell sekondarju minn Settembru 2000, l-istudenti se jkunu jistgħu jagħżlu t-Teknoloġija mingħajr il-bżonn li jħallu l-iskola sekondarja wara tliet snin biex jerġgħu jibdew fi skola oħra u b'hekk il-kors sekondarju jsir f'żewġ skejjel differenti. Fadal l-iskola sekondarja taż-Żurrieq li takkomoda biss studenti fl-ewwel tliet snin tal-kors sekondarju. Meta tinbena l-iskola sekondarja l-ġdida fin-naħa t'isfel ta' Malta dawn l-istudenti wkoll ikunu jistgħu jgħaddu kors sekondarju sħiħ ta' ħames snin fi skola waħda. Il-Kulleġġ Vokazzjonali għandu jnaqqas it-tixrid ta' l-istudenti fi skejjel differenti, uħud minnhom żgħar fejn l-istudenti jitilfu l-vantaġġi tal-kuntatt ma' studenti li qed isegwu korsijiet fl-istess livell fi skejjel oħra. Il-Kulleġġ Vokazzjonali, bżat fil-Kumpless ta' Corradino, se jġib flimkien il-maġġoranza assoluta tal-korsijiet fil-livell post-sekondarju. Wieħed jista' jgħid li r-razzjonalizzazzjoni tal-bini ta' l-iskejjel hu proċess kontinwu skond il-bżonnijiet u l-possibilitajiet li jinħolqu matul is-snin.
Leg 9 PQ #18113 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna studenti fl-aħħar sena ta' l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'għeluq din is-sena skolastika: (1) fil-junior lyceum; (2) fil-govt. area sec. schools; (3) fl-iskejjel tas-snajja'; (4) fl-iskejjel sekondarji oħra; (5) fl-iskejjel tal-Knisja; (6) fl-iskejjel privati f'Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fl-aħħar tas-sena ta' l-edukazzjoni tagħhom f'din is-sena skolastika huwa kif ġej. Junior Lyceums 1,818 Skejjel Sekondarji 1,255 Skejjel tas-Snajja' 598 Skejjel tal-Knisja 1,332 Skejjel Indipendenti 286
Leg 9 PQ #18114 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 1999-2000 kemm kellna studenti li wara li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'Ottubru 1999 bdew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom: (1) f'istituzzjonijiet governattivi; (2) f'istituzzjonijiet tal-Knisja; (3) f'istituzzjonijiet privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti, li bdew xi kors f'xi waħda mill-Istituzzjonijiet Post-Sekondarji fis-sena skolastika 1999-2000, huwa 4656. Minn dawn: 4256 bdew kors f'istituzzjoni governattiva 304 bdew kors f'istituzzjoni tal-knisja 96 bdew kors fi skejjel indipendenti. Informat ukoll li b'danakollu, mhux neċessarjament li dawn l-istudenti jkunu spiċċaw l-Iskola Sekondarja f'Ġunju 1999. Xi wħud ikunu bdew jaħdmu, tlequ xogħol u ġew lura jistudjaw. Oħrajn jagħmlu xi sena jieħdu l-privat jattendu l-evening classes jew Giovanni Curmi Higher Secondary School biex iġibu l-entry qualifications meħtieġa.
Leg 9 PQ #18115 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif provdut mill-bord tal-Matsec kemm kellna studenti f'Mejju, 2000 li qagħdu għas-suġġetti differenti tas-Sec minn: (1) junior lyceum; (2) area secondary; (3) trade schools; (4) skejjel tal-Knisja; (5) skejjel privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istatistika mitluba mill-Onor. Membru titlob ħafna riċerka ddettaljata taħt ħames kategoriji differenti u taħt it-tletin suġġett differenti offruti mill-Bord tal-Matsec. Xogħol biex tinġabar l-informazzjoni mitluba ma jistax jieħu preċedenza fuq xogħol ieħor urġenti. L-informazzjoni mitluba tinġabar fi żmien opportun u titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #18147 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18036 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assoċjazzjonijiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż huma maħsuba li se jkopru l-fondi li ngħataw lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien minn fondi għall-assoċjazzjonijiet sportivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kienet saret talba għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali Tarxien sabiex jiġi rranġat il-Ġnien Joanne li kien fi stat ta' abbandun u peress li dan il-ġnien huwa ċentru ta' rikreazzjoni għall-komunita` u ż-żgħażagħ ta' madwar, is-Segretarjat Parlamentari intervjena mal-Ministeru ta' l-Ambjent u flimkien mal-Kunsill Lokali Tarxien, ix-xogħol neċessarju inqasam bejn dawn it-tlett entitajiet. L-ispiża tas-Segretarjat Parlamentari kienet ta' Lm4,520. Ta min jgħid li mal-Kunsill Lokali Tarxien kienu bdew taħditiet sabiex tiġi ffurmata Għaqda Sportiva Lokali li tiġbor fiha l-għaqdiet sportivi kollha tal-lokal.
Leg 9 PQ #18039 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tracer study

Question

Jista' jsir tracer study li jipprova jesplora kif marru l-istudenti li għaddew mill-eżamijiet tal-Junior Lyceum fl-1995 meta ġew biex jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC f'Mejju 2000 fis-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Matematika? Xi gradi kienu ġabu fl-1995 u xi gradi ġabu f'dawn is-suġġetti f'Mejju 2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu maħsub li d-Dipartiment tal-Kurrikulu, permezz ta' l-Educational Assessment Unit, taħdem fuq proġett bħat-Tracer Study. Dan se jkun parti mir-riċerka li din il-Unit qed tagħmel dwar l-Eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum u l-effetti tiegħu fuq it-tagħlim ġenerali u fuq l-istudenti partikolari. Informat li l-MATSEC Support Unit ma għamel ebda "tracer study" fuq studenti li daħlu l-Junior Lyceum fl-1995. (Madanakollu nafu bi studenta fil-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni li qed tagħmel studju ta' din in-natura fuq Junior Lyceum partikulari).
Leg 9 PQ #18137 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #18476 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Psychologists

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm illum hawn psychologists jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Kemm kien in-numru ta' studenti li kull psychologist kellu jlaħħaq miegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa d-Diviżjoni għandha Psikologu wieħed, waqt li hemm 4 jattendu kors fl-Universita` bħala Trainee Psychologists. Il-Psikologu li għandna jrid ilaħħaq mal-każi kollha, li jiġu offruti lilu.
Leg 9 PQ #18503 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Investigazzjonijiet interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet interni li kienu qed isiru fil-PBS dwar l-għajbien tal-video li saret lil Dom Mintoff waqt il-programm vice-versa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ta' Inkjesta maħtur mill-PBS biex jinvestiga l-każ imsemmi u jevalwa s-sitwazzjoni preżenti ta' sigurta` ta' materjal awdjoviżiv tal-Kumpanija għadu għaddej bix-xogħol tiegħu. Il-Bord għadu ma ssottomettix ir-rapport tiegħu lill-Bord tad-Diretturi.
Leg 9 PQ #18528 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Premises

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17338, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għaqdiet jew organizzazzjonijiet oħrajn li qed jagħmlu użu minn xi spazju fil-Pixxina Nazzjonali? Jista' jgħid ukoll fuq liema kritierji s-Sur J. Woods ingħata dan l-ispazju? Kien hemm persuni oħrajn li xtaqu xi spazju u għal xi raġuni jew oħra ma ġewx akkomodati? X'benefiċċju qed igawdu l-għaqdiet sportivi bis-servizzi mogħtija mis-Sur Woods? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandu s-Sur J. Woods?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li diġa' tajt għall-Mistoqsija msemmija u għall-mistoqsijiet supplimentari li weġibt verbalment fuqha.
Leg 9 PQ #18558 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Valletta — Salinos Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li s-Salinos Ground fil-Belt Valletta jingħata wiċċ b'artificial turf?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li intlaħaq ftehim sabiex il-Valletta Football Club jiffinalizzaw ix-xogħol li nbeda snin ilu fis-Salinos Ground sa sitt xhur oħra. Qabel isir ix-xogħol tal-kisi bit-turf artifiċjali għandu jsir xogħol biex jiġi nstallat floodlighting. Kif jitlesta dan ix-xogħol jibda x-xogħol fuq il-wiċċ tal-pitch. Huwa maħsub li sa l-aħħar tas-sena 2000 il-Lm25,000 ivvutati fil-budget għas-Salinos Ground jingħataw lill-Valletta Football Club u l-aħħar pagament skond il-ftehim jingħadda s-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #18575 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studju fin-Nursing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm il-possibbilta' li studenti Maltin ikomplu l-istudji tagħhom fin-Nursing fil-livell ta' certificate (jew ekwivalenti)? Konxju l-Ministru li jekk dan ma jseħħx numru ta' studenti Maltin ma jkunux jistgħu ikomplu bl-istudji tagħhom f'din il-materja tant meħtieġa għas-servizz tas-saħħa tal-pajjiż?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitli fl-20 ta' Lulju u ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-infomrazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18013 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qiegħed isir fil-pixxina nazzjonali minn ħaddiema tax-xogħlijiet pubbliċi? X'se tkun l-ispiża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li qed isir mill-ħaddiema tad-diviżjoni tax-xogħlijiet fil-Pixxina Nazzjonali huma dawk konnessi mal-finishing u upgrading ta' l-"Intermediate level" fil-block prinċipali fil-Pixxina. Dan ix-xogħol qed isir biex żona oħra li kienet f'Shell Form tiġi utilizzata. L-istima ta' dan ix-xogħol kif indikat mid-diviżjoni tax-xogħlijiet hija ta' Lm20,000. Din il-figura hi għall-materjal pero` ma tinkludix pagi/salarji u o/time tal-ħaddiema li jaħdmu fuq il-proġett u xogħol tal-'plumbing'. Barra dan ix-xogħol qed isir ukoll xogħol biex jiġi rilokat in-Nursery tas-Sliema Wanderers. Din l-ispiża hija koperta mill-Ministeru ta' l-Ambjent.
Leg 9 PQ #18014 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm intuża fuel biex tissaħħan il-pixxina nazzjonali? X'kien l-ammont ta' flus li tħallas/jew għad irid jitħallas? X'inhu l-ħlas tal-VAT? Il-pixxina nazzjonali tikkwalifika għar-rifużjoni tal-VAT fuq il-fuel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-bidu tas-sena, intużaw 300,067 litri ta' pitrolju biex tissaħħan il-Pixxina Nazzjonali. Dawn swew Lm37,508. Il-Pixxina Nazzjonali ma tħallasx VAT fuq dan il-pitrolju.
Leg 9 PQ #18015 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal post temporanju ta' uffiċjal tal-pubbliċita'/marketing fil-pixxina nazzjonali li s-sejħa għalqet jumejn ilu? Qabel ma saret sejħa pubblika għal dan il-post, kien hemm kuntatti ma' l-ETC għall-mili ta' dan il-post? X'inhi r-raġuni li dan il-post huwa wieħed ta' tlett xhur, meta post bħal dan jista' jkun ta' utilita' kbira matul is-sena sħiħa? X'salarju qed jiġi offrut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hamm għaxar (10) applikazzjonijiet għas-sejħa għal servizzi ta' konsulenza dwar pubbliċita`/marketing. Peress li dan mhux kintratt ta' xogħol kienx hemm bżonn ta' permess mill-Employment and Training Corporation. Il-konsulenza għandha twassal għal studju speċifiku, liema studju għandu jingħata lit-tmexxija l-ġdida prevista għall-faċilitajiet sportivi ta' l-Universita`, sabiex jevalwaha u jaddottha. Is-somma li ser titħallas hija ta' Lm1,000 darba waħda.
Leg 9 PQ #18130 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Mejju, 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet irċevew?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra