Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkummissjonat survey mill-Ministeru tiegħu jew mill-Gozo Channel dwar in-nollijiet tal-Gozo Channel u priority boarding għal min iħallas iżjed? Jekk iva, min għamel dan is-survey u kemm sewa? Jista’ jgħid jekk il-Gozo Channel hiex qed tikkunsidra li tintroduċi noll ġdid u għola għal dawk li jkunu jridu jirriservaw post fuq il-vapur għal vettura tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġie kkummissjonat studju dwar priority boarding li għadu mhux finalizzat. Il-kumpanija li ġiet ikkummissjonata b’dan l-istudju hija PriceWaterhouseCoopers.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Gozo Channel għandiex policy dwar priority boarding? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja ta’ din il-policy fuq il-Mejda tal-Kamra?
Ix-Xagħra (Għawdex) — Vjal it-Tmienja ta’ Settembru - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex isir ix-xogħol fuq Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fix-Xagħra, Għawdex? Meta se jibda x-xogħol fuq it-triq u meta hu mistenni li jitlesta? X’ser ikun jinkludi x-xogħol li mistenni jsir fuq din it-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li qiegħed jiġi ppreparat id-dokument għas-sejħa għall-offerti għax-xogħol li jinvolvi bdil tal-mains tal-ilma u resurfacing tat-triq. Jiena nfurmat ukoll li x-xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar kwart ta’ din is-sena u li mistenni jieħu tliet xhur biex ikun komplut.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern dwar il-kunċett ta’ eko-Għawdex? Dan il-Gvern qed jaħdem fuq policy ġdida ta’ eko-Għawdex u jekk iva fiex wasal il-proċess?
Response (REFALO, ANTON)
Il-viżjoni ekoGħawdex għadha titqies bħala Strateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli Lokali għall-gżira. Jiena nfurmat li filwaqt li qed jitkomplew proġetti mibdija u jinbdew inizjattivi ġodda, qed jitħejja abbozz għal Pjan t’Azzjoni għas-snin li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna lill-kunsilli lokali Għawdxin u lill-NGOs Għawdxin matul is-sena 2012 u s-sena 2013 mill-fondi ta’ eko-Għawdex? Jista’ jagħti lista tal-proġetti li saru f’dawn is-snin mill-kunsilli lokali u l-NGOs f’Għawdex u kemm ngħatat għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex għal kull proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Jiena infurmat li il-Kunsilli Lokali u l-NGOs Għawdxin irċevew l-ammont ta’ €827,746.90 matul is-sena 2012 u €217,029.87 fl-2013 mill-fondi ta’ ekoGħawdex. Qed inpoġġi l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7497, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-kuntratt tas- Segretarju Permanenti preċedenti ġie mwaqqaf u inghata hatra fi Skala 3. Il-Kuntratti tad-Director Tourism and Econmic Development u dak ta’ Director EU Affairs (li nbidel u sar Director Programme Implementation) ghalqu u harget sejha ghall-applikazzjonijiet. Irrizulta li fiz-zewg kazi gew mahtura persuni ohra u mhux dawk li kienu jokkupaw il-kariga taht il-kuntratt li ghalaq. Ma kien hemm l-ebda tibdil f’xi Top Management Positions fil-kumpanija Gozo Channel. Informazzjoni relatata mal-ingaġġ ta’ uffiċċjali f’Top Management Positions fil-Ministeru għal Għawdex mid-9 ta’ Marzu sal-preżent qed tingħata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x’sistema ta’ passaġġ għad-drenaġġ qed tintuża hekk kif dan jasal fejn il-heliport? Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn qed jgħaddi d-drenaġġ mill-heliport 'il quddiem?
Response (REFALO, ANTON)
Peress li s-sistema tad-drenaġġ taqa’ fir-responsabilità tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tinfetaħ it-triq illi tagħti minn Putirjal għall-parking, li issa ilha magħluqa minn ferm qabel il-Milied?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol neċessarju biex tinfetaħ t-triq illi minn Putirjal twassal għal-parkeġġ tar-Rabat ser isir minn Transport Malta. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għal Għawdex – trasferiment ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm trasferimenti saru minn fergħa għall-oħra jew minn dipartiment għall-ieħor fi ħdan il-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-fergħa u d-dipartimenti minn fejn ġew trasferiti u l-fergħa u d-dipartiment għal fejn ġew trasferiti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa matul is-sena 2013 taħt kull item of expenditure f’Għawdex sew kapitali kif ukoll rikorrenti? Kemm kien l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li baqa’ ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għall-ieħor matul is-sena? Jekk fl-affermattiv, minn liema għal liema items saru dawn it-trasferimenti? X’ kien l-ammont ta’ kull trasferiment u f’liema data sar kull trasferiment?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner daħal f’Għawdex matul is-sena 2013 u kemm-il passiġġier kien hemm fuq dawn il-cruise liners? Jista’ jgħid kemm hemm cruise liners konfermati li se jagħmlu waqfa f’Għawdex matul is-sena 2014?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid taħt ir-responsabilità ta’ min jaqgħu dawn it-toroq segwenti (1) Triq Sant Antnin f’Għajnsielem; (2) Triq iż-Żewwieqa bejn Għajnsielem u l-Qala, (3) Triq l-Imġarr li twassal minn Nadur sa Għajnsielem; u (4) it-triq li twassal mix-Xewkija sal-Qala? Jista’ jgħid f’kull waħda minn dawn it-toroq liema xogħlijiet hemm ippjanat għas-sena 2014?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Ministru għal Għawdex. Jiena nfurmat ukoll li huwa ppjanat li jsir xogħol ta’ asfaltar fit-triq li twassal mix-Xewkija sal-Qala kif ukoll xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Ir-Rabat (Għawdex) – Triq Borg Olivier – Irranġar ta’ Ħajt tal-Parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7361 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-ħajt tal-parkeġġ li hemm fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat (Għawdex), liema ħajt jinsab fuq in-naħa ta’ wara ta’ dan il-parkeġġ, jiġifieri fi Triq San Ġu¿epp Labre, isirlu x-xogħlijiet meħtieġa peress li l-istess ħajt jidher li hu fi stat imminenti li jiġġarraf?
Response (REFALO, ANTON)
Peress li l-parkeġġ imsemmi fil-mistoqsija huwa responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-post nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-misoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7051 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-lista qed tingabar u se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-klabbs tal-football Għawdxin li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja diretta mill-Ministeru għal Għawdex bejn l-2008 u Marzu 2013 u fl-istess waqt jistax il-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw dawn l-għajnuniet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Meja tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm bżonn ħafna riżorsi biex jiġbor kemm tħallas overtime mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta’ Marzu sal-lum f’kull dipartiment jew entità separata li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Dan ifisser li dawn id-dipartimenti u entitajiet ma jżommux records ta’ kemm ikunu ħallsu overtime? Dan ifisser li dawn id-dipartiment u entitajiet m’għandhomx sistema kompjuterizzata li turi kemm tħallas overtime? Ma jaħsibx li huwa fl-interess pubbliku li jkun magħruf kemm tħallas f’overtime, u li l-ebda spiża ma tiġġustifika li l-pubbliku ma jkunx jaf din l-informazzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Nterpellant li ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 7031 ġaladarba mhux qed jiġġustifika t-talba tiegħu. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li Ministri fil-Leġiżlatura ta’ qabel ma kienux jaħsbu li hu fl-interess pubbliku li tingħata din l-informazzjoni sakemm ma jkunx hemm raġuni speċifika.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6942 u 7114 li ma ġewx imwieġba, jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti, inizjattivi jew programm kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea:
a) Se jibdew jitwettqu f’Għawdex matul is-sena 2014; u
b) Diġà bdew fis-snin ta’ qabel però se jitkomplew matul is-sena 2014?
Jista’ jagħti deskrizzjoni qasira tal-proġett/inizjattiva jew programm li se jibda fis-sena 2014 jew se jitkompla matul l-istess sena, u kemm se jiswa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-lista ta’ dawk l-proġetti kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u li kien jew għadu responsabbli għalihom il-Ministeru għal Għawdex. Rigward dawk il-proġetti jew inizjattivi li qegħdin jiġu mwettqa ġewwa Għawdex minn entitajiet jew Ministeri oħra u li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jistaqsi lill-Ministru konċernat.