Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24327 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Produzzjoni tal-ilma għat-tisqija riċiklat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ilma għat-tisqija riċiklata mill-impjanti tad-drenaġġ f'pajjiżna sena b’sena mill-2012 sal-lum? Kemm swiet fi flus l-ispiża sena b'sena għal dan l-ilma riċiklat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ispiża annwali tvarja skont: · l-ammont ta’ drenaġġ ittrattat kif ukoll l-ammont mibgħut għat-tisqija, · il-kwalita’ ta’ drenaġġ ittrattat, · liema ġibjuni jintlew skont id-domanda, · in-numru ta’ ġimgħat fis-sena b’domanda għall-ilma, u · l-manuntenzjoni skedata fis-snin rispettivi. Il-medja ta’ spiża annwali għal dawn is-snin kienet ta’ €1.68 miljuni.
Leg 12 PQ #24328 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tiswijiet f’ġibjuni għall-ħażna tal-ilma tax-xorb

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’dawn l-aħħar tliet snin jekk sarux xi tiswijiet f’ġibjuni għall-ħażna tal-ilma tax-xorb? Fejn qegħdin dawn il-ġibjuni u kemm sewa flus kull ġibjun?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi f’dawn l-aħħar tlett snin saret tiswija tal-ġibjun ta’ Pembroke li swiet €21,155.58 (wieħed u għoxrin elf, mija, ħamsa u ħamsin Ewro u tmienja u ħamsin ċenteżmu).
Leg 12 PQ #24329 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħażna u produzzjoni tal-ilma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kibret il-ħażna tal-ilma f'dawn l-aħħar tliet snin kif ukoll il-produzzjoni tagħha? X'qed isir b'mod konkret biex dan l-ilma kollu ma jibqax imur il-baħar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika għal-liema tip ta’ ilma qed jirreferi peress li l-mistoqsija mhux ċara.
Leg 12 PQ #24330 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bowsers reġistrati li jġorru ilma tax-xorb

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bowsers li jġorru ilma tax-xorb li huma reġistrati ma' xi awtorità li taqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu rreġistrati miegħu 22 vettura li jġorru ilma li hu tajjeb għax-xorb.
Leg 12 PQ #24331 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bowsers reġistrati li jġorru ilma għat-tisqija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bowsers li jġorru ilma għat-tisqija li huma reġistrati ma' xi awtorità jew dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu rreġistrati miegħu 163 vettura li jġorru ilma mhux tajjeb għax-xorb.
Leg 12 PQ #24332 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħruġ tal-permess tal-bowsers biex iġorru l-ilma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet marbuta mal-ħruġ tal-permess tal-bowsers biex dawn iġorru kemm ilma għax-xorb kif ukoll ilma tat-tisfija? X'moniteraġġ isir mill-Ministeru tiegħu biex jara li dawn il-kondizzjonjiet ikunu miżmuma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li jimponi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma mal-ħruġ ta’ liċenzja għall-ġarr tal-ilma kemm għal skop ta’ bejgħ lill-konsumatur kif ukoll għall-użu personali.
Leg 12 PQ #25617 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24762 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull kaz ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija b’mod separat.
Leg 12 PQ #25618 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24763 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif relatat mal-ewwel kumpanija msemmija fil-mistoqsija tiegħu . Ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija l-oħra.
Leg 12 PQ #25619 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24764 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-individwu msemmi.
Leg 12 PQ #25620 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24760 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija b’mod separat.
Leg 12 PQ #25621 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24761 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif relatat mal-ewwel kumpanija msemmija fil-mistoqsija tiegħu. Ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija l-oħra.
Leg 12 PQ #25622 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24765 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-individwu msemmi.
Leg 12 PQ #25632 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ta’ Xbiex – Triq l-Imradd – servizzi tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jsiru s-servizzi tad-drenaġġ fi Triq l-Imradd f’Ta’ Xbiex, peress li t-triq ma tistax tingħata t-tarmak qabel jsiru s-servizzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi x-xogħol huwa mistenni li jibda dalwaqt.
Leg 12 PQ #25678 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Manikata – Sqaq Ħarruba — każ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (159/14) dwar il-kwistjoni relatata ma' Sqaq Ħarruba bejn ir-residenti u l-Kunsill Lokali liema sqaq jinsab fil-lokalità tal-Manikata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab informat li l-proceduri tal-appell inkwistjoni, Appell Numru 159/14, għadhom pendenti quddiem it-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar u skont l-ahhar seduta tas-26 t’April, 2016 il-każ ġie mholli għal deċizjoni b’fakulta ta’ sottomissjonijiet finali mill-partijiet. It-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, bħala entita’ quasi-gudizzjarja ma jistax ikun soġġett għall-kontroll jew direzzjoni ta’ xi persuna jew awtorita’. F’dan ir-rigward it-Tribunal mhux f’pozizzjoni u lanqas huwa opportun ghall-istess Tribunal li b’xi mod jikkummenta, jesprimi jew jinforma dwar fatti, jew provi li setgħu tressqu jew ma tressqux quddiemu fid-dawl tal-principji ta’ fair hearing u process gust.
Leg 12 PQ #25679 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Manikata – Sqaq Ħarruba – Studju dwar l-impatt tat-traffiku

Question

B'rabta mal-każ li preżentament jinsab quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (159/14), jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-istess tribunal għandux għad-dispożizzjoni tiegħu studju dwar l-impatt tat-traffiku fil-lokalità tal-Manikata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 25678.
Leg 12 PQ #25698 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema – survey fuq il-parking

Question

Wara li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema bagħat kopja tas-survey dwar il-parking f Tas Sliema lill-Prim Ministru, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi għandhom jittieħdu fid-dawl ta’ dan biex Tas-Sliema tkun ikkalkolata bħall-bliet oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #24326 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjant ta’ Sant’Antnin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ ta’ Sant’Antnin jitwaqqaf milli jkompli jaħdem? Jekk dan hu fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li dan isir?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt informat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-operat tal-impjant ta’ Sant’Antnin bħala impjant għat-tisfija tad-drenaġġ, tieqaf meta x-xogħol fuq l-impjant għall-produzzjoni tal-ilma għall-agrikoltura u fuq l-infrastruttura relatata jitlesta.
Leg 12 PQ #25602 Sitting 394 2016-05-25 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema – shift allowance

Question

Jista ' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li bdew jaħdmu bil-ġurnata normali ta' xogħol wara li ġew mislufa ma’ xi entità oħra, u baqgħu jieħdu x-shift allowance li kienu jieħdu qabel?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-kumpanija msemmija li l-ħaddiema tagħha ġew redeployed mal-entitajiet tal-Gvern b’shift patterns differenti addattati għan-natura tax-xogħol li jaħdmu. Il-ħaddiema ġew placed f’areas fejn qed jagħmlu xogħol produttiv.
Leg 12 PQ #24123 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp fil-Belt Valletta – permessi maħruġa mill-MEPA

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23888 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ permessi li nħarġu mill-MEPA għal żvilupp fil-Belt Valletta fl-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #24124 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt Valletta – stabbilimenti ta’ divertiment u bars

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23889 u jaġġorna l-informazzjoni mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 22320 dwar stabbilimenti ta’ divertiment, bars jew postijiet simili li għandhom permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li joperaw tali attivitajiet fil-Belt Valletta sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet, Full Development Applications, li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati ma’ stabbilimenti ta’ divertiment u bars fil-Belt Valletta wara li ngħatat it-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari nru 22320.