Jista' l-Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 hu u s-Segretarju Parlamentari kienu msiefra fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għann taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar l-ewwel sitt xhur tas-sena 1999, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8004.
Għall-aħħar sitt xhur tas-sena 1999, l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid, minbarra l-ħlas ta' Lm15 fis-siegħa sa massimu ta' Lm15,000 fis-sena, Dr Joe Cannataci qed jitħallas ukoll is-salarju normali tiegħu bħala senior lecturer fl-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Dr Cannataci għadu jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala senior lecturer fl-Universita` ta' Malta u għalhekk għadu jitħallas is-salarju assoċċjat ma dik il-pożizzjoni.
Dr Cannataci jitħallas sa massimu ta' 15-il siegħa fil-ġimgħa xogħol għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni waqt iż-żmien tat-tagħlim u għal numru aktar ta' siegħat skond il-ħtieġa waqt il-vakanzi, dejjem sa massimu ta' Lm15,000 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux konsulatazzjoni mal-kunsill lokali qabel ma għadda l-ground tax-Schreiber lill-MFA għal 25 sena? Min hu responsabbli mit-tindif tal-ħitan tad-dawra tal-ground imsemmi li preżentament huma mimlija ħaxix ħażin b'perikolu għar-residenti?
Jaf li l-iskola sekondarja ta' Ġuże' D'Amato u l-iskola primarja A u B ma għandhom ebda post għar-rikreazzjoni tat-tfal u li l-ground imsemmi huwa biss tefa' ta' ġebla 'l bogħod minnhom? Dawn intalbu jħallsu xi spejjeż mill-MFA biex jużaw il-ground?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid għalfejn il-ħitan kollha ta' least wing Old Naval Hospital, Bighi, il-Kalkara, il-MCR li nfetaħ fit-3 ta' Mejju, 2000 qed jinbarax mill-ġdid? Min kien kesa l-ħitan qabel il-ftuħ? Min qed jagħmel ix-xogħol issa?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18443 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm intnefqu flus meta ġie rranġat l-east wing Old Naval Hospital ta' Bighi, il-Kalkara fl-ewwel fażi ta' restawr taċ-ċentru? Minn min sar ix-xogħol? Min kien il-perit? Kemm tħallas il-kuntrattur?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18442 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid fiex se jkun jikkonsisti bini ġdid li qed isir wara ta' Villa Bighi, "l-MCR", fil-Kalkara? X'inhu n-numru tal-permess mill-Planning Authority? Min hu l-kuntrattur? Min hu l-perit?
Jista' l-Ministru jid x'kienet ir-raġuni li ftit taż-żmien ilu fil-Malta Racing Club xi membri tal-kumitat amlu x-xool li s-soltu jsir mill-bookmakers?
Kienet diskussa fil-kunsill din il-materja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta l-Klabb beda jorganizza t-tiġrijiet tas-sajf li jsiru fuq perjodu ta' 6 jew 7 ġimgħat, tlieta mill-bookmakers iddeċidew li ma jagħmlux xogħol ta' bookmakers waqt dawn it-tiġrijiet u t-tnejn l-oħra offrew figura baxxa ħafna.
Minħabba li kienet meħtieġa azzjoni mmedjata, iċ-Chairman iddiskuta l-każ ma' xi membri tal-Kumitat u ġie deċiż li "odd betting" isir mill-Klabb. Dan ix-xogħol sar minn membri li għandhom esperjenza f'dan ix-xogħol bis-sorveljanza ta' membri oħra tal-Kunsill.
Dan ix-xogħol sar darba biss peress li ftit ġranet wara ntlaħaq ftehim ma' tlieta mill-bookmakers li aċċettaw li jaħmdmu waqt it-tiġrijiet tas-sajf.
B'referenza all-mistoqsija parlamentari numru 16527, jista' l-Ministru jid meta saru l-laqat li qed jinad li saru b'mod regolari? Min attenda al dawn il-laqgħat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li normalment il-Kumitat tal-Malta Racing Club jiltaqa' darba fil-ġimgħa. Kienet saret laqgħa fil-5 ta' Ġunju u ftit taż-żmien wara, fit-18 ta' Ġunju intemm l-istaġun normali tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Il-Kumitat reġa' ltaqa' fit-30 ta' Ġunju biex jiġu diskussi t-tiġrijiet tas-sajf. Ma sarux aktar laqgħat wara din id-data għaliex ma kienx hemm urġenza ta' xogħol. Il-Kumitat jerġa' jibda jiffunzjona regolarment wara li jiġi maħtur il-Kumitat il-ġdid fi ftit ġimgħat oħra.
Jista' l-Ministru jid kemm intefqu flus f'safar mill-Malta Racing Club? Min siefer u x'kienet ir-raġuni li għaliha siefru? Xi gwadann sar permezz ta' dan is-safar all-Malta Racing Club?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn l-1 ta' Lulju u t-30 ta' Ġunju intefqet is-somma ta' ftit aktar minn Lm4,000 f'safar.
Is-safar li sar mill-membri tal-Kumitat tal-Malta Racing Club dejjem kien minħabba parteċipazzjoni f'attivitajiet internazzjonali mtella' mill-Union Europenne du Trot li l-Klabb huwa membru tiegħu. L-U.E.T. torganizza kampjonati darba f'sena kemm għall-ġerrejja professjonali kif ukoll għall-apprendisti.
Barra minn hekk ikun hemm xi laqgħat tal-kungressi ta' l-Union Europenne du Trot li għalihom jattendu uffiċjali tal-Klabb. Il-preżenza ta' dawn il-membri f'dawn il-laqgħat hija importanti kemm biex l-istess membri jaġġornaw ruħhom ma' dak li qiegħed isir u wkoll biex Malta jkollha l-opportunita` titfa' l-vot tagħha f'ċertu deċiżjonijiet importanti bħal dik ta' l-aħħar laqgħa li saret il-Ġermanja u li fiha sar tibdil fl-Istatut.
Il-Malta Racing Club jieħu sehem ukoll f'kampjonati li jsiru kull sena f'Ruma u Moska.
Il-membri li siefru kienu Kenneth Vella, Piju Saliba, Lucienne Cassar, Ray Mifsud, Alfred Ciangura, Randolph Camilleri u Simone Zammit Endirch.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rendikont finanzjarju tal-Malta Racing Club? Jista' jgħid ukoll min huma l-awdituri tal-Malta Racing Club?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li s-sena finanzjarja tal-Malta Racing Club tagħlaq fit-30 ta' Ġunju, l-accounts tagħhom għadhom ma ġewx 'audited'. Għalhekk m'huwiex possibbli li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. L-awdituri tal-Klabb huma R.S. Attard.
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu ^mid-dipartiment sabiex studenti li jagħżlu li jieħdu l-Latin bħala suġġett jiġu ^effettivament mgħallma dan u mhux jiġu disważi, bħalma ġara fi snin oħra, milli ^jieħdu dan taħt l-iskuża li l-klassi se tiġi maqsuma?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18364 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara li jiġu nforzat ħajt ta' triq li d-dettalji dwarha qed jidhru separtament peress li jmissu ma' l-oqbra ta' Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Raħal Ġdid, u li l-inkwilini ma jistgħux imissuh minħabba l-valur storiku tiegħu?
Jistgħu ħaddiema tad-dipartiment jieħdu l-azzjoni meħtieġa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li temmew b'suċċess il-korsijiet tagħhom fil-kulleġġ Madre Teresa?
F'liema oqsma?
X'possibbilitajiet se jkollhom issa li biċ-ċertifikat li kisbu jkomplu għall-korsijiet fl-Institute of Health Care?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li temmew il-kors b'suċċess fil-Kulleġġ Madre Teresa kien ta' erba' u sebgħin (74). Minn dawn, tletin ikkwalifikaw biex ikomplu kors li jwassal għal Diploma u sbatax għal ċertifikat fl-'Institue of Health Care'.
Id-disa' studenti li ma kwalifikawx ser jerġgħu joqogħdu għall-eżamijiet f'Settembru.L-istudenti li jikkwalifikaw ser ikollhom kull opportunita` li jkomplu għall-korsijiet kemm li jwasslu għal Diploma kif ukoll li jwasslu għal ċertifikat fl-'Institute of Health Care'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jkun hemm bżonn iżjed flus ivvotati fil-qasam ta' l-edukazzjoni għas-sena 2001 biex jibda jiġi mplimentat il-kurrikulu nazzjonali minħabba r-riżorsi ġodda li jitlob biex jitwettaq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għadu kmieni biex wieħed jagħti t-tagħrif mitlub minħabba li x-xogħol tal-Kumitat Gwida dwar Tfassil ta' pjan għall-implimentazzjoni għadu ma ġiex finalizzat fil-forma ta' abbozz għad-diskussjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li qgħadu għall-eżamijiet tal-Matsec din is-sena; (1) fil-livell avanzat; (2) fil-livell intermediate; u kemm studenti f'kull suġġett: (a) mill-qasam tal-gvern; (b) mill-qasam tal-Knisja; (c) mill-qasam tal-privat; u (d) għal rashom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li l-istatistika mitluba titlob ħafna riċerka ddettaljata tista' tinġabar fi żmien opportun u titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid liema partijiet, spazji u faċilitajiet fil-Kavallier ta' San Ġakbu se jitmexxew (1) mill-privat kompletament; (2) mill-privat bi sħubija mal-gvern; u (3) mill-gvern biss?
Xi proċeduri se jiġu segwiti, sejħiet għall-offerti, eċċ., għall-għażla tal-prrivat li jrid jinvolvi ruħu fil-Kavallier ta' San Ġakbu?
Response (GALEA, LOUIS)
Kull fejn il-privat ser jiġi mistieden jipparteċipa f'aspetti kummerċjali tal-proġett, dan ser isir bil-proċedura ta' sejħiet għal offerti, iżda tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija tingħata f'xi Seduta oħra meta s-sitwazzjoin tkun definita b'mod aktar ċar.