B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8141, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Gozo Channel għandhiex policy dwar min għandu jkollu pass għall-priority boarding u min għandu jkollu pass biex jaqsam b’xejn? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja ta’ din il-policy fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel baqgħet tuża l-istess policy illi ilha tuża għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena, jiġifieri illi tagħti PRIORITY BOARDING lil dawn il-persuni kif indikat fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li għandhom pass biex jaqsmu b’xejn bejn Malta u Għawdex fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — impjegati b'kuntratt indefinit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7555, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-għajnuna mill-fondi tal-eko-Għawdex lill-Kunsilli Lokali u NGOs Għawdxin mis-sena 2012 għas-sena 2013 naqset bi kważi 75%, minn €827,746 għal €217,029?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7960.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7705.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali fis-segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-elezzjoni ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm kien hemm uffiċjali fis-Segretarjat tiegħu li rriżenjaw, ġew trasferiti, tneħħew jew biddlu l-grad tagħhom fl-istess segretarjat privat? Liema kienu dawk l-uffiċjali li rriżenjaw, tneħħew, ġew trasferiti jew biddlu l-grad tagħhom fl-istess Segretarjat Privat? X’kienet ir-raġuni għal kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm tliet riżenji li saru fuq raġunijiet personali. Dawn kienu assistent Segretarju Privat, Uffiċjal tal-Komunikazzjoni u membru tas-Secretarial Pool. Ċaqlieq ieħor kien jinvolvi lis-Segretarju Privat u liċ-Chief of Staff.
Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali 7096: Investments Incentives
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet biex jitħallsu fondi għas-sussidju lill-industrijalisti li joperaw f’Għawdex biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż żejda li għandhom fuq trasport u affarijiet oħra relatati u dan taħt il-Vot Kapitali 7096 Investments Incentives tal-Ministeru tiegħu li kienu pendenti sal-aħħar tal-2013 u għal kemm kienu jammontaw dawn it-talbiet? Kemm hu n-numru ta’ imprendituri li kien għad fadlilhom jitħallsu? Għal liema snin kienu dawn it-talbiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li kien hemm talbiet minn sitt kumpaniji li kienu pendenti fl-aħħar tas-sena 2013 u li t-talbiet jammontaw għal € 75,927 għas-sena 2012 u €177,424 għas-sena 2013.
Ministeru għal Għawdex – vetturi użati mis-segretarjat privat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm vetturi assenjati direttament mas-segretarjat privat tiegħu? X’inhi n-number plate ta’ kull vettura? Kemm intefaq fuel fuq kull vettura mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ vetturi assenjati direttament mas-segretarjat privat tiegħi u li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-21 ta’ Frar 2014 użaw fuel għall-ammonti ta’ €1,622.11 bejniethom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 7555 għaliex l-għajnuna mill-fondi ta’ eko-Għawdex li ngħatat lill-NGOs u kunsill lokali f’Għawdex matul is-sena 2012 kienet kważi erba’ darbiet aktar minn dik mogħtija matul is-sena li għaddiet (2013)?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-maġġior parti ta’ din l-għajnuna ingħatat fil-kuntest tal-iskemi ta’ finanzjament ta’ proġetti sostenibbli mill-Kunsilli Lokali u NGOs. Skont l-kuntratt oriġinali ta’ finanzjament, ħafna minn dawn il-proġetti tlestew fis-snin 2011 u 2012, u allura s-somma għal 2013 tirrifletti pagamenti li saru fuq parti minn dawk il-proġetti li ingħataw estensjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7558 u jgħid min huma l-konsulenti tiegħu llum u kemm qed jitħallas kull wieħed minn dawn il-konsulenti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti li ghandu llum il-Ministru huma l-istess li kellu skont il-mistoqsija parlamentari 2429.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma n-nies li għandhom pass maħruġ mill-kumpanija Gozo Channel biex jaqsmu b’xejn bejn Malta u Għawdex u min huma dawk li għandhom pass għall-priority boarding? Il-kumpanija Gozo Channel għandha policy dwar lil min għandhom jinħarġu dawn il-passes? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-entitlement huwa bħalma kien hemm fil-leġislatura ta’ qabel din.
Ir-Rabat (Għawdex) – extensive patching fi Triq Mons. Pietru Pace
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fi Triq Mons. Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex, qed isir extensive patching minflok re-surfacing? Meta hu ppjanat mill-Ministeru tiegħu li jsir re-surfacing ta’ din it-triq arterjali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li sar extensive patching fi Triq Mons. Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex peress li t-triq trid tiġi rikostruwita biex tkun tista’ tiġi asfaltata kompletament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li dan il-Ministeru ingaġġa 4 persuni fuq contract for service. Wieħed minnhom fuq bażi full-time waqt li l-oħrajn għandhom kuntratt li jkopri perjodu ta’ bejn 3 xhur u 6 xhur. Il-kundizzjonijiet tagħhom huma skont il-prassi governattivi.
Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħolijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fis-sena 2008, id-Direttorat għall-Eko Għawdex u Żvilupp Reġjonali ħallas lil ICON l-ammont ta’ €3,392.50 għall-iżvilupp ta’ l-Eco Gozo Consultation website. Dan is-servizz ingħata b’direct order wara l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti.
San Lawrenz (Għawdex) – Triq San Lawrenz — xogħlijiet
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7134, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq Triq San Lawrenz f’San Lawrenz u l-Għarb?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz San Lawrenz u Triq Franġisk Portelli fl-Għarb huwa ppjanat li jitlesta f’Mejju 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2008 sal-lum, kull sena, kemm kien hemm ħaddiema f’kull sezzjoni jew uffiċċju ta’ kull dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Fl-istess perjodu u f’ kull sena kemm kien hemm ħaddiema li rtiraw mis-servizz pubbliku u f‘liema grad kienu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 7448 u 7031, jista’ l-Ministru jgħid għaliex iħoss li mhux fl-interess pubbliku li jkun magħruf kemm intefaq f’overtime mill-Ministeru tiegħu? Ma jaħsibx il-Ministru li l-ħlas ta’ overtime minn fondi pubbliċi għandu jkun magħruf u huwa fl-interess pubbliku? Jista’ l-Ministru jgħid meta fil-leġislatura l-oħra kien hemm xi okka¿joni fejn ġiet mitluba informazzjoni fuq overtime li tħallas u din ma ngħatatx bl-iskuża li din mhix fl-interess pubbliku? Ma jaħsibx il-Ministru li bit-tweġibiet, jew aħjar bin-nuqqas li jagħti informazzjoni, qed jikser il-wegħda espressa ta’ trasparenza assoluta li saret qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw fil-leġislatura li għaddiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6139, 6140, 6142, 6143, 6144, 6145, 6146 u 6147.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jżommx statistika ta' cruise liners li jidħlu f'Għawdex u jekk le għaliex? Jista' jgħid x'involviment ikollu l-Ministeru tiegħu kull darba li jidħol cruise liner f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex jiġbor u jaġġorna din l-istatistika minn informazzjoni li jirċievi mingħand Transport Malta. Kull darba li jidħol cruise liners il-Ministeru jikkoordina mal-imsieħba kollha kkonċernati biex il-passiġġieri ta’ kull vapur ikunu milqugħa b’mod xieraq u s-servizzi kollha jkunu ikkordinati.