Il-Marsa – Triq il-Ħaddiema – twaħħil ta’ street lights
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex pjan li twaħħal lampi (street lights) fi Triq il-Ħaddiema fil-Marsa matul is-sena 2016? Jekk iva, meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Enemalta hija responsabbli biss mill-konessjoni tal-lampi mas-sistema tad-distribuzzjoni wara li jkunu jew installati mill-awtoritajiet kompetenti.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li l-Gvern qed idaħħal kull sena, mill-qbiela tar-raba’ li hija proprjetà pubblika, inkluż dik amministrata mill-Uffiċċju Konġunt mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar id-dħul li jdaħħal il-Gvern mir-raba’ hija kif jidher hawn taħt. Niġbed l-attenzjoni li dawn iċ-ċifri ma jinkludux ir-raba’ li hija amministrata mill-Uffiċċju Konġunt peress li dħul kollu li jiġi ġenerat mill-proprjeta’ amministrata mill-Uffiċċju Konġunt ma jiġix ikklassifikat separatament f’Revenue Charge Codes differenti, peress li din id-data għadha qed tiġi updated fis-sistema kompjuterizzata.
2012
2013
2014
2015
2016
€287,464
€222,641
€256,044
€265,811
€57,287
Sal-aħħar ta’ Mejju 2016
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm bdiewa li jaħdmu raba’ tal-Gvern bi qbiela, sena b’sena, mill-2011 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern għandu 9183 kont ta’ kirjiet agrikoli. Dan l-ammont ma jfissirx li dan huwa l-ammont ta’ bdiewa li jaħdmu raba’ tal-Gvern, peress li hemm kirjiet li jkunu imqabbla ‘in solidium’ lil aktar minn bidwi wieħed. Is-sistema kompjuterizzata ma żommx statistika dwar kemm hu l-ammont ta’ bdiewa li jaħdmu raba’ tal-Gvern bi qbiela iżda tagħti nformazzjoni biss dwar liem huma l-kirjiet agrikoli, kull kirja kemm titħallas u lil min hija mikrija biex ikunu jistgħu jinħarġu l-kontijiet għall-ħlas relattiv. Għaldaqstant, l-istatistika mitluba mill-Onorevoli Interpellant mis-sena 2011 sallum ma tistax tingħata.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25654 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u cjoè: Ftit taż-żmien ilu ġiet maħruġa multa ta' €950,000 lil CMA CGM fil-Freeport, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawn tħallsux, u kemm se jiġu allokati minnhom għat-tisbiħ ta' Birżebbuġa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Bi twegiba għal Mistoqsija Parlamentari nru 25798, il-Malta Freeport Terminals, bħala l-applikant għal permess numru PA 3859/14, li jkopri l-pozizzjonar tal-krejnijiet gewwa l-freeport f’Kalafrana, intalbet tħallas l-ammont ta’ €955,000 bħala kontribuzzjoni ghal Birżebbuġa Planning Fund. Dan il-fond ser jintuża għal progetti ta’ tisbieh ambjentali fil-lokalita’ ta’ Birżebbuġa, u se jkun amministrat bi shab bejn l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa. Il-Malta Freeport Terminals appellat mill-impozizzjoni ta’ din il-kontribuzjoni permezz ta’ appell PAB 20/16. Is-smiegh ta’ dan l-appell ser jitkompla fis-seduta tas-16 ta’ Gunju 2016. Sadanittant il-Malta Freeport Terminals, minflok il-kontribuzzjoni mitluba, provdiet garanzija bankarja tal-istess ammont, li tigi zbankata jew rilaxxata skont l-ezitu tal-appell.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25707 u jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw above grade allowance fl-Awtorità tal-Ippjanar u x'inhuma dawn il-karigi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha għaxar (10) persuni li qed jingħataw above grade allowance. Il-karigi relatati ma’ dan l-allowance huma:
Administrative Assistant
Assistant Planning Officer
Senior Planning Officer
Senior Officer (Geographic Information Systems Development)
Senior Officer (Administration)
Principal Officer (Administration)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li qabel Marzu 2013, kien hemm 19 il-persuna li kienu qed jingħataw above grade allowance.
Billi f’dawn il-ġranet, f'diversi partijiet f'San Pawl il-Baħar, hemm ħaddiema tal-Enemalta li qed jagħmlu xi xogħol, kemm ta’ tħaffir fuq il-bankini, kif ukoll fuq cables li hemm mal-ħitan, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhuma l-interventi li qed isiru, f'liema toroq qed isir dan ix-xogħol, kif ukoll, f'kull każ, jekk intalbux permessi lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, kemm biex isir ix-xogħol innifsu, kif ukoll biex jingħalqu t-toroq waqt l-istess xogħol? Liema xogħol fadal biex isir, u fejn fl-istess lokalità? Min qed jassigura li x-xogħol li qed isir hu tal-għola kwalità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat minn Enemalta plc li kuljum ikollha diversi xogħlijiet f’Malta u Għawdex biex tagħti s-servizzi mitluba mill-klijenti tagħha u tiżgura li s-sistema tad-distribuzzjoni ssirilha l-manutenzjoni u t-tisħiħ meħtieġ biex tibqa’ twassal l-elettriku skont id-domanda.
Enemalta plc tagħmel l-almu kollu tagħha biex ix-xogħlijiet ikunu tal-ogħla kwalita’ fl-aħjar interess tal-klijenti, kif ukoll fl-interess tal-Kumpanija u l-impjegati tagħha.
Għar-rigward tal-mistoqsija tiegħu, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti aktar informazzjoni speċifika dwar it-toroq li qed issir referenza għalihom, biex jingħata aktar tagħrif dwar ix-xogħol imsemmi.
Enemalta — San Pawl il-Baħar – Triq l-Arżnell, Triq l-Isponoż, Triq il-Villeġġjatura u Triq il-Mosta – twaħħil ta’ cables
Question
Billi kemm meta staqsejt dwar xogħol mill-Enemalta fi Triq l-Isponoż, kif ukoll meta staqsejt dwar l-istess tip ta' xogħol fit-Toroq Arżnell, il-Villeġġjatura u l-Mosta, f'San Pawl il-Baħar ingħatajt risposta li 'Dan ix xogħol qed isir mill-privat', jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan ifissirx li l-istess Enemalta ma tkunx hi (permezz tal-personnel tagħha) li tivverifika li t-tqegħid ta’ cables meħtieġa jsir kif suppost?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc illi fix-xogħlijiet indikati, il-Kumpanija tispezzjona u tivverifika biss ir-rekwiżiti u l-kwalita’ tal-apparat u materjal elettriku, u l-installazzjoni tagħhom, biex tiżgura li huma skont l-istandards tal-istess kumpanija u skont ir-regolamenti tal-elettriku applikabbli.
Billi f'diversi nħawi ta’ San Pawl il-Baħar hemm siti li ċertament ikerrhu l-ambjent ta’ madwarhom, jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex tali siti jiġu spezzjonati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl li huma reġistrati mal-Korporazzjoni Enemalta u li jservu għall-biedja, separatament għall-farms u rziezet oħra tal-annimali u kemm għas-serer u faċilitajiet agrikoli oħra? Fejn jinsabu, lokalità b' lokalità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn ARMS Ltd. illi hemm 1037 arloġġ imqassma hekk kif ġej:
Lokalita’
Ammont
Attard
12
Baħrija
4
Bir id-Deheb
3
Birgu
3
B’Kara
8
B’Buġa
8
Bormla
2
Burmarrad
25
Dingli
20
Fgura
5
Floriana
5
Fontana
1
Għajnsielem
9
Għarb
10
Għargħur
8
Għasri
10
Għaxaq
11
Gudja
4
Ħamrun
5
Kalkara
4
Kemmuna
1
Kerċem
15
Kirkop
5
Lija
6
Luqa
16
Magħtab
12
Manikata
2
Marsa
21
Marsaskala
13
Marsaxlokk
14
Mellieħa
22
Mġarr
22
Mġarr Għawdex
1
Mosta
37
Mqabba
20
Msida
6
Mtarfa
7
Munxar
6
Nadur
24
Naxxar
47
Paola
4
Pembroke
1
Qala
3
Qormi
48
Qrendi
17
Rabat
99
Rabat Għawdex
25
Safi
13
San Ġwann
16
San Lawrenz
1
San Pawl il-Baħar
30
San Pawl tat-Tarġa
1
Sannat
8
Santa Luċija
5
Sta Lucija Għawdex
4
Santa Venera
5
Siġġiewi
37
Sliema
1
St Andrews
1
Swieqi
2
Tarxien
12
Xagħra
10
Xewkija
32
Xgħajra
6
Xlendi
1
Żabbar
27
Żebbuġ
65
Żebbuġ Għawdex
4
Żejtun
47
Żurrieq
32
Oħrajn
26
TOTAL
1037
Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24766 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24767 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24768 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji u lill-individwu msemmija b’mod separat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24769 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'xogħol qed twettaq l-Enemalta fit-toroq Villeġġjatura, Arznell u Għabex, San Pawl il-Baħar? Jekk ix-xogħol mhux isir mill-Enemalta, jista’ jagħti tagħrif dwar x’supervision qed issir mill-Enemalta dwar dan ix-xogħol? Meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta plc illi x-xogħol indikat fit-toroq imsemmija, minkejja li huwa marbut mas-servizzi tal-elettriku, mhumiex qed isiru mill-kumpanija.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25602 fejn fit-tweġiba għaliha kien hemm referenza għal ħaddiema redeployed li llum huma fuq shift pattern, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema mill-kumpanija msemmija li huma redeployed u li llum ma jaħdmux aktar bix-shift iżda qed jaħdmu bil-ġurnata imma baqgħu jitħallsu x-shift allowance li kienu jieħdu qabel ma dawn ġew trasferiti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Kumpanija msemmija li m’hemmx ħaddiema b’tali kundizzjonijiet.