Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3115 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistix Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-taqsima ta' l-Immigrazzjoni tad-Dipartiment tal-Pulizija, ninsab infurmat li bejn id-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998, kien hemm 18 il-membru tal-Korp tal-Pulizija f'din it-taqsima li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 523. 20.01.99
Leg 9 PQ #3353 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirijiet u ċnus mogħtija mill-Joint Office lill-pubbliku in ġenerali li ma jaqbżux l-mitt lira (Lm100) bħala ħlas fis-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, skond Annex 8 (il-lista ta' proprjeta' li l-Knisja għaddiet lill-Gvern), l-Uffiċċju Konġunt għandu 10,248 kirjiet u 13,421 ċnus li ma jaqbżux il-Lm100. Ninsab infurmat ukoll li l-imsemmija lista hi suġġetta għal numru kbir ta' korrezzjonijiet li jirriżultaw meħtieġa wara verifiki dwar il-proprjeta' elenkata. 20.01.99
Leg 9 PQ #3406 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Snieter/armi maqbuda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm snieter u armi oħra maqbuda mill-pulizija u għadhom id-depot? Kemm minnhom ingħataw lura, sena b'sena, fis-snin 1996, 1997 u 1998? Kemm hemm minnhom li għadhom pendenti quddiem il-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bis-saħħa tax-xogħol li wettqet it-Taqsima ta' l-A.L.E. hemm 38 arma miżmuma mill-Pulizija, waqt li 18 l-arma oħra huma miżmuma in konnessjoni ma' każijiet pendenti quddiem il-Qorti. L-armi li ngħataw lura wara li kienu miżmuma mill-istess Taqsima kienu kif ġej : 1996 16 1997 133 1998 43 20.01.99
Leg 9 PQ #3411 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħabtiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill-pulizija ħabtiet ta' vetturi fis-sena 1998, xahar b'xahar? Kemm minnhom kienu fatali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 20.01.99
Leg 9 PQ #3470 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Bordijiet governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?

Response (BORG, TONIO)

In-numru ta' nisa appuntati bħala membri fuq bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt il-Ministeru, ta' l-Intern, hu ta' 7. Fost il-membri ta' dawn il-bordijiet/kumitati hemm żgħażugħ li għandu inqas minn 30 sena. Dan qed jirċievi ħlas bħall-membri l-oħra. 20.01.99
Leg 9 PQ #2981 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sparar fuq għasafar protetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatti u x'rapporti saru lill-Ministeru u lill-pulizija mill-għaqda Birdlife Malta dwar abbużi minn kaċċaturi li sparaw fuq speċi ta' għasafar protetti u li daħlu f'santwarji bħal Buskett bejn l-10 ta' Settembru, 1998 u llum? X'passi ttieħdu wara dawn il-kuntatti u rapporti?

Response (BORG, TONIO)

Saru żewġ laqgħat mal-Birdlife Malta. L-ewwel laqgħa saret fis-17 ta' Novembru, 1998. F'din il-laqgħa ġew diskussi problemi ta' infurzar tar-regolamenti dwar il-kaċċa. Ġiet ukoll diskussa l-possibilita' illi fil-Ħarifa u r-Rebbiegħa, biex jiġu evitati abbużi, tissaħħaħ temporanjament l-A.L.E. f'dawn l-istaġuni. It-tieni laqgħa saret fil-15 ta' Jannar, 1999, mal-Prim Ministru. Għal din il-laqgħa kont preżenti jien ukoll u fiha ġew dikussi suġġetti simili. Fil-11 ta' Settembru, 1998, sar rapport mill-Birdlife dwar abbuż fil-Buskett fl-Għassa tar-Rabat. Saret inspection mill-Pulizija, iżda r-riżultat kien fin-negattiv. 19.01.99
Leg 9 PQ #2989 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħabsin li se jiskontaw/jispiċċaw mis-sentenza ta' ħabs matul l-1999, xahar b'xahar? Kemm minnhom huma nisa u rġiel u żgħażagħ taħt il-35 sena? X'għajnuna se jingħataw sabiex jintegraw mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-ħabsin li ser jiskontaw is-sentenza ta' ħabs, xahar b'xahar, matul l-1999, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Skond kif provdut f'Art 61 (f) tar-Regolamenti tal-Ħabs ta' l-1995, priġunieri li jkunu ser itemmu s-sentenza tagħhom jista' jingħatalhom Leave mill-Ħabs sabiex jaħdmu f'xi mpjieg jew sabiex jirċievu tagħlim jew taħriġ, tul l-aħħar tlett xhur tas-sentenza tagħhom. 19.01.99
Leg 9 PQ #2990 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Barrieri - Splussivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' barrieri f'Malta u Għawdex li jużaw splussivi skond il-kondizzjonijiet tal-pulizija sabiex ikun assigurat li ma ssirx ħsara lill-art u/jew bini residenzjali fil-madwar? Kemm-il spezzjoni ssir mill-pulizija u minn min jinvestiga minn żmien għal żmien jekk l-isplussivi kkawżawx danni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hawn tlieta u għoxrin barriera tal-qawwi f'Malta u erbgħa f'Għawdex li jużaw splussiv għat-tqattiegħ tal-blat. Kull barriera għandha ammont ta' splussiv u numru ta' detonaturi li tista' tuża waqt l-isparar, u dan l-ammont jiġi stabbilit mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, wara li jsiru t-testijiet meħtieġa bi strumenti apposta minn uffiċjali li huma esperti f'dan il-qasam. Dan biex jiġi assigurat illi ma ssir l-ebda ħsara lill-art jew bini ta' madwar. Ninsab infurmat ukoll li uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jispezzjonaw dawn il-barrieri b'mod regolari. Meta u jekk jiġu rrapurtati danni lill-Pulizija, issir l-investigazzjoni meħtieġa mill-Pulizija tad-distrett fejn tkun il-barriera, bl-għajnuna tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar. 20.01.99
Leg 9 PQ #2998 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri fuq akkużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija u ta' liema rank huma li llum qed jistennew biex jgħaddu proċeduri fil-Qrati Maltin? F'liema stadju wasal kull każ? Fuq liema akkużi qegħdin quddiem il-Qrati? Dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija kollha huma sospiżi mid-doveri tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 20.01.99
Leg 9 PQ #3043 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li għal din is-sena jdaħħal pulizija ġodda fil-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Qed jiġu valutati l-ħtiġijiet tal-korp fid-diversi gradi qabel ma' tittieħed azzjoni biex jimtlew id-diversi vakanzi. 20.01.99
Leg 9 PQ #3108 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-Uffiċċju Konġunt? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li saret talba minn uffiċjal, fit-taqsima ta' Għawdex ta' l-imsemmi Dipartiment, għal trasferiment, liema talba għad qed tiġi kkunsidrata. Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan id-dipartiment jsiru skond l-esiġenzi tas-Servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti. 19.01.99
Leg 9 PQ #3110 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-I.D. Cards — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-I.D. Cards? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, ma kienx hemm trasferimenti ta' Pulizija fl-uffiċċju tal-karti ta' l-identita' fid-Depot tal-Pulizija. 19.01.99
Leg 9 PQ #3346 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Senglea — Maċina - Tindif

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 596 rigward il-Maċina ġewwa l-belt ta' Senglea, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ttieħdu sabiex l-post jiġi debitatment mnaddaf u jekk kemm-il darba instabux il-fire-places kollha li kien hemm u dawn twaħħlux lura?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 19.01.99
Leg 9 PQ #3347 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Korp Pulizija/Lands — Mastrudaxxi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm mastrudaxxi mpjegati mal-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Lands fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar, 1995, u s-26 ta' Awissu, 1998, kien hemm disa' mastrudaxxi mpjegati mal-Korp tal-Pulizija. Mill-aħħar data msemmija dan in-numru niżel għall-sitta, kif għadu sal-lum. Ninsab infurmat ukoll li fis-snin speċifikati fil-Mistoqsija, ma kienx hemm mastrudaxxi mpjegati fid-Dipartiment ta' l-Artijiet, ħlief għal wieħed matul l-1998, li kien impjegat mall-'maintenance team' ġewwa Ta' Qali. Fil-preżent ma hemmx mastrudaxxi mpjegati mad-Dipartiment ta' l-Artijiet. 19.01.99
Leg 9 PQ #3401 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-complement tal-Korp tal-Pulizija jiżdied? Jekk fl-affermattiv, kemm se jidħlu membri ġodda fil-korp? Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-korp tal-pulizija? Kemm hemm uffiċjali?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3043 f'din l-istess Seduta. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fil-preżent hemm 1,756 membru fil-Korp tal-Pulizija, li minnhom 84 huma fizzjali. 19.01.99
Leg 9 PQ #3402 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

CCF — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministrui jgħid kemm hemm priġunieri llum fis-CCF? Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm barranin? Kemm hemm priġunieri f'kull diviżjoni? Kemm hemm priġunieri għadhom qed jistennew sentenza definittiva fil-każ tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fit-13 ta' Jannar, 1999, in-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 241 li kollha huma mqassmin fid-diversi diviżjonijiet u 'units' fil-Faċilita'. Minbarra dan in-numru, hemm 29 priġunier ieħor li qegħdin l-Imtaħleb, l-Isptar San Luqa u Monte Carmeli jew bil-'Prison Leave' il-Caritas, is-Sedqa u Dar Nazaret. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' priġunieri barranin kien ta' 76 filwaqt li n-numru ta' priġunieri li qed jistennew sentenza definittiva fil-każ tagħhom hu ta' 101. Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, minħabba raġunijiet ta' sigurta', ma nħossx li t-tagħrif mitlub għandu jiġi magħmul pubbliku. 19.01.99
Leg 9 PQ #3502 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Anzjani vittmi ta' reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani vittmi ta'reat matul Diċembru 1998? X'tip ta'reat kien u x'kienu l-etajiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 19.01.99
Leg 9 PQ #3504 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa fuq reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni il-Qorti xahar b'xahar matul is-sena 1998 fuq xi reat u x'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 19.01.99
Leg 9 PQ #3505 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' frodi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' frodi rrapportati lill-pulizija matul l-1998? Kemm ġew solvuti? Kemm kien il-valur ta' flus konness ma' kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1998 ġew irrapurtati lill-Pulizija 774 każi ta' frodi. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi ma jistgħax jingħata n-numru preċiż tal-każijiet solvuti għar-raġuni li wara li r-rapporti jiġu nvestigati, jirriżulta li jkun hemm każijiet minnhom li jkunu ta' natura purament ċivili u oħrajn fejn persuni jirrinunzjaw għall-azzjoni kriminali wara li jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet involuti f'dawk il-każijiet li l-azzjoni kriminali ma tkunx ex ufficcio. L-ammonti nvoluti jvarja minn għaxriet sa mijiet ta' eluf ta' liri. 19.01.99
Leg 9 PQ #3506 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Immigranti llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti llegali maqbuda mill-pulizija matul is-sena 1998? Kemm hemm miżmuma Ta' Kandja? Kemm ilhom miżmuma dawk li hemm miżmuma llum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1998 inqabdu u tressqu l-Qorti 463 immigrant illegali. In-numru ta' immigranti llegali miżmuma f'Ta' Kandja fit-12 ta' Jannar, 1999, kien ta' 33. Iż-żmien li ilhom jinżammu f'Ta' Kandja jvarja bejn tlett snin u ħdax il-xahar u ġimgħa. 19.01.99