Legislature:
Category:
Reset
Active:

Indiċi tal-prezzijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7135 dwar il-lista tal-mediċini li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qed jieħu passi biex isir roħs fil-prezz, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kontinwament isegwi l-prezzijiet tal-mediċini fl-ispiżeriji. Mill-lista li kien qiegħed jinvestiga fil-bidu ta' Marzu 1999, tnaqqsu l-prezzijiet tal-mediċini li lista tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8118 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet ministerjali u/jew dipartimentali inkluż dawk ta' l-awtoritajiet u korporazzjonijiet, li siefru barra minn Malta mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Kemm kienet in-nefqa nvoluta globali għal dawn il-commitments? Kemm kienet in-nefqa għal kull delegazzjoni u x'kien l-impenn ta' dawn id-delegazzjonijiet f'riżultati li nkisbu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza? Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Malta Drydocks jieħdu ħsieb li jiżbru u jnaddfu l-parti inizjali li hemm fil-kontroll tagħhom fi Triq Għajn Dwieli, inti u dieħel fil-Kottonera, billi l-istat li qiegħda fiha llum tagħti dehra ta' telqa ġenerali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-awtoritajiet ta' l-azjenda.

Malta Drydocks — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Malta Drydocks jieħdu ħsieb li jneħħu l-kwantita' kbira ta' corrugated iron li hemm imwaħħla fuq wara ma' l-imħażen ta' No. I Dock u li jisporgu ġewwa Triq San Pawl, Bormla, billi jkerrħu l-ambjent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-awtoritajiet ta' l-azjenda.

Malta Drydocks — Dock No. I

Question

In vista ta' l-aħħar domanda parlamentari magħmula, jista' l-Ministru jieħu ħsieb u jassigura ruħu li l-hekk imsejjah "south gate" ġewwa Dock No. I fi Pjazza Gavinu Gulia tinżamm miftuħa, speċjalment waqt li tkun qed tagħmel ix-xita u dan għax jekk jibqa' magħluq kif inhu bl-inqas xita jegħrqu d-djar ta' Triq Bormla Wharf, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-hekk imsejjħa 'south gate' fil-Baċir numru 1 fi Pjazza Gavino Gulia trid tinżamm magħluqa għal raġunijeit ta' sigurta. Madankollu għar-raġuni msemmija fil-mistoqsija, il-bieb sarulu xi alterazzjonijiet u l-parti t'isfel tiegħu tkun tista' tinfetaħ mill-uffiċjali tas-sigurta' tat-Tarzna meta tagħmel ħafna xita.

Posta Limited — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'faċilitajiet postali hemm fil-fatt illum u x'pjani hemm sabiex l-faċilitajiet postali ġewwa l-belt tal-Birgu jiżdiedu billi bil-proġett tal-Kottonera t-talba għal tali servizz jistgħu jkunu superjuri għal dawk attwali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-residenti u l-istabbilimenti ġewwa Bormla, l-Isla, il-Birgu u l-Kalkara huma moqdija f'dawk li huma servizzi postali permezz ta' fergħa tal-Posta f'Bormla u Sub-Uffiċċju tal-Posta fil-Kalkara. Għalissa ma hemm ebda pjani biex dawn il-faċilitajiet jiżdiedu. Jekk tinħass il-ħtieġa ta' dan minħabba l-proġett tal-Kottonera, jittieħdu l-passi meħtieġa.

Posta Limited — Isla

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'faċilitajiet postali hemm fil-fatt illum u xi pjani hemm sabiex il-faċilitajiet postali ġewwa l-belt Sengleana jiżdiedu billi bil-proġett tal-Kottonera t-talba għal tali servizzi jistgħu jkunu superjuri għal dawk attwali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 8637.
Leg 9 PQ #8669 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

International Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħallset l-aħħar kont għaż-żewġ linji tat-telefon jew fax (numri 237249 ju 221473) u kemm għandha tagħti bħalissa lill-Maltacom, l-International Foundation ta' 54, West Street, Valletta VLT10?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 8666 fis-Seduta numru 133.
Leg 9 PQ #8670 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

International Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħallset l-aħħar kont tad-dawl u kemm għandha tagħti bħalissa lill-Enemalta Corporation, The International Foundation ta' 54, West Street, Valletta VLT 10?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qatt ma kienet proċedura tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħti tagħrif dwar kontijiet ta' organizazzjonijiet jew azjendi li mhumiex governattivi
Leg 9 PQ #8762 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq is-Sur - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8492?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li t-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra, tajjeb jingħad li hemm numru ta' talbiet simili fl-istess lokal.
Leg 9 PQ #8770 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Marsa - Tank area

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime fil-Korporazzjoni Enemalta mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum fit-tank area tal-Marsa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fit-Tank Area tal-Power Station tal-Marsa hemm impjegati li qegħdin hemm fuq bażi regolari u dawn jaħdmu bix-xift 24 siegħa kuljum, u hemm impjegati oħra li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fuq it-tankijiet. Għaldaqstant ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fit-tagħrif li jeħtieġ.
Leg 9 PQ #8780 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Interim From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq Mahatma Gandhi - Arblu

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu tad-dawl li tpoġġa fuq bankina fi Triq Mahatma Gandhi, fil-Fgura quddiem il-Blokk C6 jitressaq fil-ġemb peress li kif se jiġi se jkun ta' ostaklu għal passiġġier u min ikun għaddej b'wheelchair jew pushchair mhux se jkollu minn fejn jgħaddi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8319 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Custom Electrical Systems Ltd. — Offerta

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7813, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt tal-Korporazzjoni Enemalta rebħet il-kumpannija Custom Electrical Systems Ltd.?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kumpanija msemmija ma ngħatat l-ebda kuntratt ordni tal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #8571 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq id-Denci - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jitkompla l-ilma u d-dawl (fejn hemm l-arbli tad-dawl diġa') fi Triq id-Denċi, il-Mellieħa? Ladarba dan ix-xogħol inbeda, possibbli jitkompla biex ir-residenti kollha jkunu moqdija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8654 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rimunerazzjoni, il-benefiċċji u l-inċentivi kollha li jirċievu l-membri tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru Air Malta? Jista' l-Ministru jgħid kemm dawn il-membri ilhom fil-kariga? Jista' jgħid ukoll jekk jeżistux benefiċċji u inċentivi li membri li jkunu jifformaw il-bord tad-diretturi ta' l-Air Malta jistgħu jibqgħu jgawdu anke wara li jtemmu l-kariga tagħhom? X'inhuma l-kriterji li jintitolaw lill-membri li jibqgħu jgawdu ċerti benefiċċji u inċentivi anke wara t-tmiem tal-kariga tagħhom? Mill-membri preżenti fuq il-bord, min se jkun intitolat li jibqa' jgawdi dawn il-benefiċċji u inċentivi wara t-tmiem tal-kariga tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-renumerazzjoni tal-membri tal-Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta, li ilhom fil-ħatra minn Marzu 1997, tammonta għal Lm650 fis-sena. Barra dan, il-Membri huma ntitolati, bħalma kien dejjem il-każ minn mindu twaqqfet il-Kumpanija, għal 'firm free travel allowance' fuq it-titjiriet ta' l-Air Malta. Skond l-istess policy, dan il-benefiċċju jiġi estiż, iżda f'miżura ridotta u skond in-numru ta' snin ta' servizz bħala diretturi, wara li dawn jirtiraw minn din il-kariga.
Leg 9 PQ #8659 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

La Valette Sicav — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas iċ-chairman tal-La Valette Sicav, li ismu qed jintbagħat separatament, għas-servizz tiegħu xahar b'xahar minn meta beda sal-31 ta' Mejju, 1999? Jista' jgħid jekk dawn il-ħlasijiet ġewx dikjarati mil-La Valette Sicav lill-Ministeru tal-Finanzi għall-iskopijiet ta' l-income tax? Jista' jgħid x'vantaġġi u perkaċċi oħra għandu bħala chairman ta' La Valette Sicav?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-kumpanija li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hija waħda privata kwotata fil-Borża ta' Malta, mhuwiex il-kompitu ta' dan il-Ministeru li jagħti l-informazzjni mitluba.
Leg 9 PQ #8660 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

La Valette Sicav — Segretarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-La Valette Sicav jew xi parti oħra li taqa' taħt il-ministeru tiegħu qattx ħallsu s-sarlarju jew xi ħlasijiet oħra lil persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li taħdem bħala segretarja għal The International Foundation ta' 54, West Str, Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li La Valette Sicav hija kumpanija privata kwotata fil-Borża ta' Malta, mhuwiex il-kompitu ta' dan il-Ministeru li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #8661 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

La Valette Sicav

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-La Valette Sicav jew xi parti oħra li taqa' taħt il-ministeru tiegħu qattx ħallset il-kera; il-kont ta' l-elettriku; il-kont ta' l-ilma; u l-kont taż-żewġ linji tat-telephone jew fax ta' The International Foundation ta' 54, West Str, Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 8660.