Jista’ l-Ministru jgħid meta se tidħol fis-seħħ is-sistema ta’ priority boarding b’nollijiet ġodda u differenti minn dawk normali, fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8255 meta jgħid “nollijiet differenti minn dawk normali” qed jalludi għal nollijiet orħos jew ogħla? Jekk iva, kemm orħos jew kemm ogħla minn dawk normali?
Response (REFALO, ANTON)
Billi għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet fuq dak li staqsa l-Onor. Interpellant, ikun xieraq li r-risposti jingħataw meta jkun il-waqt.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8255, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li sewa €9,500 dwar is-sistema ta’ priority boarding fuq il-vapur tal-Gozo Channel?
Rapport dwar l-effett tal-maltemp fil-bajja ta’ Marsalforn
Question
Ladarba r-rapport jew partijiet minnu li ġie kkummissjonat mill-Gvern preċedenti dwar l-effett tal-maltemp fil-bajja ta’ Marsalforn mhuwiex pubbliku, jista’ l-Ministru jippubblika l-konklużjonijiet u/jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-istess rapport?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid mar-risposti għall-mistoqsija parlamentari 6785, 6689 u 7249.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija bejn Settembru 1998 u Diċembru 2010 mill-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Channel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7548 u jgħid kemm kienet in-nefqa matul is-sena 2013 taħt kull item of expenditure f’Għawdex sew kapitali kif ukoll rikorrenti? Kemm kien l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li baqa’ ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għall-ieħor matul is-sena? Jekk fl-affermattiv, minn liema għal liema items saru dawn it-trasferimenti? X’ kien l-ammont ta’ kull trasferiment u f’liema data sar kull trasferiment?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 l-kumpanija msemmija ngħatat studju ta’ Cost Benefit Analysis għaż-Żewwieqa waterfront, proġett li ġie ko-finanzjat minn fondi strutturali Ewropej.
Kienet ħarġet
service tender
fuq il-Gazzetta tal-Gvern. L-istudju oriġinali kien jiswa €22,000 (VAT inkluż) liema spiża ġiet ko-finanzjata mill-fondi Ewropej. Peress li l-proġett kellu jiġi ridimenzzjonat, dan l-istudju kellu jiġi modifikat biex jieħu in konsiderazzjoni dan it-tibdil. Din il-varjazzjoni swiet lill- Ministeru għal Għawdex is-somma ta’ €10,738 (VAT inkluż) u kienet imħallsa minn fondi nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm spiċċaw ħaddiema għax irtiraw bl-età minn mal-kumpanija Gozo Channel fl-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm spiċċaw ħaddiema minħabba azzjoni dixxiplinarja minn mal-Gozo Channel fl-aħħar sena? Kemm ġew impjegati ħaddiema full-time u part-time mal-Gozo Channel fl-aħħar sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi kien hemm 3 ħaddiema li rtiraw bl-eta’ kif ukoll 9 ħaddiema li spiċċaw minħabba riżenja. Ma ġie ngaġġat ħadd kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ir-radar li kien hemm ħdejn il-Fanal tal-Ġurdan u li kien ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea m’għadux hemm? Jista’ jgħid għaliex dan tneħħa? Jista’ jgħid x’tip ta’ manutenzjoni kienet saret fl-area tal-intorni ta’ fejn kien hemm ir-radar fl-aħħar sena? Jista’ jgħid kif qed tiġi sorveljata iż-żona li kien ikopri dan ir-radar?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa lil-lift tal-passiġġieri tal-vapur tal-Gozo Channel MV ta’ Pinu għax ilu għal madwar xahar ma jaħdimx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-lift fuq l-MV Ta Pinu ġralu l-ħsara fis-6 ta’ Marzu meta l-cable tal-kontrol tal-kabina laqat mal-mekkaniżmu tal-bieb fit-tielet livell. Schindler l-manifatturi tal-lift kienu infurmati u wara li spezzjonaw il-ħsara infurmaw lill-Kumpanija Gozo Channel li l-cable irid jiġi ordnat minn barra. Dan wasal Malta is-Sibt 15 ta’ Marzu u beda jiġi installat it-Tnejn u t-Tlieta 17 u 18 ta’ Marzu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jieħdu l-qualification allowance fl-uffiċċji, dipartimenti jew fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? X’inhu l-grad tagħhom? F’liema uffiċċju qed jaħdmu? X’inhi l-kwalifika li għaliha qed jieħdu l-allowance u kemm hi l-allowance li qed titħallas f’kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Item of Expenditure Ministry for Gozo Nru 7901 – proġetti kapitali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti kapitali li se jitwettqu f’Għawdex matul is-sena 2014 u li l-ħlas tagħhom se jsir mill-Item of Expenditure Ministry for Gozo numru 7901 ‘EU Structural Funds 2007-2013’? Kemm hu stmat li jiswa kull proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proġetti kapitali li se jitwettqu f’Għawdex matul 2014 u li ser jiġu mħallsa minn Expenditure Item numru 7901 huma:
Titlu tal-Proġett
Stima
(VAT Inkluz)
Stima ta’ kemm se jiġu mħallsa fit -2014
(VAT Inkluz)
ERDF 246 – Implementation of the Citadella Masterplan Recommendations
€14,581,657
€8,261,424
ERDF 31 – Upgrading of Zewwieqa Waterfront Għajnsielem, Gozo
€5,483,094.07
€113,715
Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-infiq kollu li sar is-sena l-oħra (2013) mill-Item of Expenditure numru 7132 ‘Housing Schemes (Subsidy)’? Għal kull tip ta’ infiq li sar jista’ jgħid ma’ liema skema ta’ sussidju tal-Housing Authority jirrelata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali 7096: Investments Incentives
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8144, jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li se jitħallas is-sussidju lis-sitt kumpaniji li joperaw f’Għawdex, li fadlilhom jieħdu aktar minn €75,000 għas-sena 2012 u aktar minn €177,000 għas-sena li għaddiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-ħlassijiet tas-sussidji se jsiru hekk kif jittlestew il-verifiki meħtieġa u skont il-fondi allokati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ħatarx perit biex ikun responsabbli miċ-Ċittadella f’Għawdex? Jekk iva min inħatar? Dan inħatar wara sejħa jew ġie appuntat direttament? Għal kemm snin ingħata l-kuntratt u x’kundizzjonijiet ta’ ħlasijiet hemm fl-istess kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ġew maħtura Senior Project Manager u Project Manager biex ikunu responsabbli mill-proġett tal-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella. F’dawn iż-żewġ pożizzjonijiet ġew appuntati l-Perit Brian J. Curmi u l-Perit Taddeo Busuttil. Dawn l-uffiċċjali ġew maħtura wara li saru sejħiet għall-applikazzjoni għall-mili taż-żewġ pożizzjonijiet imsemmija li ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’ Lulju 2013. Il-kuntratti jagħlqu fit-30 ta’ Ġunju 2015. Il-hlasijiet huma skont ir-regoli tal-gvern ghal tali pozizzjonijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6943 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6377, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni li ma nħarġitx sejħa għall-offerti jew intalbu kwotazzjonijiet meta x-xogħlijiet, servizzi eċċ. involuti ma kienux daqshekk urġenti?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew osservati r-regolamenti tax-xiri pubbliku.
Programm ‘Facilitating the Integration of third country nationals into Gozitan Society’ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea — tenders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qed tibbenefika mill-programm Facilitating the Integration of third country nationals into Gozitan Society li hu ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Min qed imexxi dan il-programm? Fiex jikkonsisti dan il-programm? Kemm inħarġu tenders għal dan il-programm? Kemm issottomettew offerti u kemm kienet kull offerta? Min intgħażel għal kull offerta li għandha x’taqsam ma’ dan il-programm?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li dan il-programm qiegħed jitmexxa mill-Ministeru għal Għawdex bl-għajnuna tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig u ser jikkonsisti f’numru ta’ korsijiet miftuħa għal dawk ir-resident barranin f’Għawdex li pajjiżhom mhux membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Is-suġġetti mgħallma ser ikunu l-Ingliż, il-Malti u l-kultura lokali. L-applikazzjonijiet għal dawn il-korsijiet ser jinfetħu fl-ġranet lil ġejjien. Taħt dan il-programm inħargu 3 sejħiet għall-offerti u sejħa għall-kwotazzjonijiet. Id-dettalji taghħhom qegħdin jiġu murija fit-tabella li qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Proġett Walks and Trails on Rural Gozo — ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea - tenders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett ‘Walks and Trails on Rural Gozo’ li hu ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea ġiex fi tmiemu? X’sar permezz ta’ dan il-proġett? Kemm inħarġu tenders għal dan il-proġett? Kemm issottomettew offerti u kemm kienet kull offerta? Min intgħażel għal kull offerta li għandha x’taqsam ma’ dan il-proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proġett mistenni jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta’ Marzu 2014. Permezz ta’ dan il-proġett ġew mnedija erba’ pajsaġġi ġodda kif ukoll ‘heritage trail’ fl-akwati tax-Xagħra. Barra minnhekk, tranġaw 4 pajsaġġi eżistenti kif ukoll twaħħlu numru ta’ pannelli awdjoviżivi. Fil-ġimgħat li ġejjien ser jiġu ppublikati sensiela ta’ kotba gwida li ser jippromwovu l-pajsaġġi rurali ġewwa Għawdex. Għall-mistoqsijiet rigward tenders u quotations dawn qegħdin jiġu murija fit-tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-terms of reference tal-istudju li qed isir minn PriceWaterhouseCoopers dwar il-priority boarding fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? Meta għandu jkun lest dan l-istudju? Jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 7655 li baqgħet mhux imwieġba u jgħid kemm se jiswa dan l-istudju u ladarba l-Gozo Channel - qed tagħmel dan l-istudju allura hijiex qed tikkunsidra li tintroduċi noll ġdid u ogħla għal dawk li jkunu jridu jirriservaw post fuq il-vapur għall-vettura tagħhom? Jekk le, ifisser li allura qed jinħlew il-flus fi studju għalxejn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terms of reference tal-istudju li qed isir huma kif elenkati hawn taħt:
· Li permezz ta’ Market Study li jsir minn fost numru ta’ vjaġġaturi frekwenti bejn Malta u Għawdex li jinkludu ħaddiema, gradwati u studenti jiġi determinat il-livell ta’ domanda għas-servizz ta’
priority boarding
.
Dan l-istudju tlesta u sewa disat elef u ħames mitt ewro (€9,500). Is-servizz tal-priority boarding ikun servizz ġdid b’ nollijiet differenti minn dawk normali. In-nollijiet normali jibqgħu l-istess.
Ir-Rabat (Għawdex) — esproprjazzjoni ta' artijiet privati fiċ-Ċittadella
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6714, jista’ l-Ministru jgħid min huma s-sidien tal-plots indikati bħala ‘A’, ‘B’, ‘C’, ‘D’, ‘E’, ‘F’ u ‘G’ li huma indikati fir-risposta dwar espropjazzjoni ta’ artijiet privati fiċ-Ċittadella fir-Rabat, Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex m’għandux l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7962, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid min huma l-konsulenti tiegħu llum billi jagħti isimhom, u kemm qed jitħallas kull wieħed minn dawn il-konsulenti, kif ukoll għal kemm żmien huma l-kuntratti li ngħataw?
Response (REFALO, ANTON)
Mill-aħħar mistoqsija parlamentari li għamel l-Onor. Interpellant dwar is-suġġett u li allura l-informazzjoni li talab diġà hija pubblika, kien hemm Grezzju Mercieca li kien ingaġġat bħala konsulent tal-Ministeru.