San Pawl il-Baħar – xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ mill-WSC
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Water Services Corporation (WSC) qed tassigura li xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ li qed isiru mill-privat f'diversi partijiet ta' San Pawl il-Baħar, fil-fatt mhux qed jikkawżaw ħsarat fuq is-sistema? X'permessi qed tagħti, u x'sorveljanza tagħmel il-WSC biex tassigura li ma jinħolqux diffikultajiet, u wkoll biex jiġi assigurat li t-toroq jerġgħu jiġu reinstated b'mod sodisfaċenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li f’din l-aħħar sena l-Korporazzjoni addottat sistema fejn qabel tirrilaxxa l-permess sabiex issir ‘house connection’ mill-privat, l-ewwel issir laqgħa mal-kuntrattur fuq il-post. Waqt din il-laqgħa l-Korporazzjoni tagħti l-istruzzjonijiet kif għandhom isiru x-xogħlijiet. Il-kuntrattur javża meta jkun se jsiru x-xogħlijiet sabiex ikun hemm superviżjoni mill-Korporazzjoni. Dan isir biex jiġi assigurat li l-kuntratturi li jqabbdu mad-drenaġġ ma jagħmlux ħsara fis-sistema.
Il-Korporazzjoni tissorvelja biss il-konnessjoni u l-main tad-drenaġġ u li ma ssirx ħsara fuq l-infrastruttura tal-Korporazzjoni, kif kienet il-prassi għal dawn l-aħħar snin.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Lab Technicians jaħdmu fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat minn Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li bħalissa hemm 12-il laboratory technician jaħdmu mal-Korporazzjoni. Tnejn minnhom jinsabu fuq unpaid leave.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ingaġġ ta’ lab technicians
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati Lab Technicians fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn l-2010 u l-2016 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-Lab Technicians fi ħdan il-Korporazzjoni ġew ingaġġati kif ġej:
Sena
Numru
2010
0
2011
0
2012
4
2013
1
2014
1
2015
4
2016
2
L-ammont ta’ Lab Technicians fl-2013 kien ta’ 10 u illum sar 12 (2 minnhom bl-unpaid leave). Fil-perjodu msemmi l-ammont ta’ testijiet fil-Laboratorju żdiedu u żdiedet ukoll l-effiċjenza tal-ħaddiema.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex se tinbidel is-sistema eżistenti ta’ rotazzjoni tal-Lab Technicians fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li minħabba l-komplessita’ ta’ testijiet ġodda, speċjalment dawk relatati ma’ proġetti ġodda, inħasset il-ħtieġa li l-Lab Technicians ikunu aktar speċjaliżżati fuq xogħol partikolari, u mhux dejjem iduru minn xogħol għall-ieħor. B’hekk tiżdied l-effiċjenza fil-laboratorju.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk humiex sejrin jiddaħlu iktar gwardjani fid-Dwana wara li kien sar eżami fl-2015 u f’liema sejħa diġà ġew ingaġġati 15-il persuna? Jista’ jgħid x’inhuma l-pjanijiet għal dan is-settur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru konċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20152, jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-infrastruttura għall-ilma tat-tisfija tad-drenaġġ? Il-bdiewa se jibdew jintalbu ħlas għall-użu ta’ dan l-ilma?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25235, 23780 u 23402 u jgħid kemm-il esproprjazzjoni ta' art jew bini saret f'Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ x' kien l-iskop tal-esproprjazzjoni u f'kull każ kemm kien il-prezz li bih ġiet stmata l-istess art? Jista’ jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet il-prezz mogħti mill-Kummissarju tal-Artijiet lis-sidien ġie aċċettat minn dawn tal-aħħar u f'kemm il-każ dan il-prezz ma ġiex aċċettat?
Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-permess li ġie sottomess oriġinarjament mal-MEPA sabiex jiġi żviluppat mill-ġdid is-sit tal-ex Jerma Palace Hotel, f’Wied il-Għajn?
Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – applikazzjonijiet għall-permessi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista dettaljata tal-applikazzjonijiet għall-permessi mingħand il-PA għal żvilupp/attività fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?
Bieb il-Belt – Twaħħil u manteniment ta’ street lighting
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema entità hija responsabbli għat-twaħħil u l-manteniment tal-lampi (street lighting) fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li t-Transport Malta, hija l-entita responsabbli għat-twaħħil u l-manteniment tal-lampi fl-msemmija żona.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'applikazzjonijiet hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-barrieri ġodda jew estensjoni ta' barrieri f'Għawdex? Jista' jagħti dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet? Jista' jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il applikazzjoni għall-barriera ġdida jew estensjoni ġiet rifjutata jew aċċettata mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista' jagħti dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill l-Awtorità tal-Ippjanar li għandha quddiema seba’ applikazzjonijiet validati jew ippublikati għall-barrieri jew estensjonijiet ta’ barrieri u approvat tliet applikazzjonijiet u ma rrifjutat l-ebda applikazzjoni għall-istess tip ta’ żvilupp mill-1 ta’ Jannar 2013 sa llum f’Għawdex. Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Artijiet agrikoli barra ż-żona tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25492 u jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat artijiet agrikoli barra ż-żona preżenti tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġewx mitluba lura lill-bdiewa li kienu jaħdmuhom u ċjoé biex dawn il-bdiewa joħorġu minn dawn l-artijiet? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjanta li turi l-artijiet li ġew mitluba lura lill-bdiewa li kienu jaħdmuhom? X'inhu l-iskop li dawn l-artijiet ittieħdu lura mingħand il-bdiewa u x'ser isir bl-istess artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern ma kellu l-ebda talba biex jittermina kirjiet ta’ artijiet agrikoli barra ż-żona preżenti tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Wied il-Għajn – Triq il-Blajjiet – stallazzjoni ta’ dawl
Question
B’referenza għad-domandi parlamentari preċedenti jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba jistax isir stallazzjoni ta’ dawl fi Triq il-Blajjiet Wied il-Għajn bejn Triq iż-Żonqor u Hurd’s Bank u jekk tistax tittieħed id-deċiżjoni li dan isir?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Enemalta hija responsabbli biss mill-konessjoni tal-lampi mas-sistema tad-distribuzzjoni wara li jkunu ġew installati mill-awtoritajiet kompetenti.
Jista’ l-Prim Ministru jieħu azzjoni fuq Triq il-Baltiku, The Village, San Ġwann peress li hemm leak tal-ilma ħiereġ minn taħt il-bankina? Minkejja li saru rapporti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u anke ttieħdu xi samples, għalfejn il-problema għadha ma ġietx solvuta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-Korporazzjoni qed tagħmel l-investigazzjonijiet fi Triq il-Mediterran li tiġi ’l fuq, u parallela ma’ Triq il-Baltiku. L-indikazzjoni hi li hemm problema relatata mas-sistema tad-drenaġġ, u l-ilma qed jispiċċa fi Triq il-Baltiku. Meta jiġi determinat li hemm ħsara, u din il-ħsara tiġi lokaliżżata, fil-jiem li ġejjin se jinġieb permess tal-emerġenza biex jissewwa dak li jkun hemm bżonn.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24687, jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet li bdew f’April ta’ din is-sena dwar leak ta’ drenaġġ fi Triq R. Caruana Dingli, anke fil-parti ta’ bejn Triq R. Caruana Dingli u Triq l-Istefanotis, San Ġwann, peress li l-problema għadha ma ssolvietx?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-każ kienet għaddietu formalment lid-Dipartiment tas-Sanita’ biex ikunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjonijiet meħtieġa. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
San Ġwann – Triq Ugo Carbonaro – problema tad-drenaġġ
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24688, jista' l-Prim Ministru jerġa' jitlob għall-investigazzjoni, peress li r-residenti ta' din it-triq qegħdin jilmentaw dwar din il-problema?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi l-każ kienet għaddietu formalment lid-Dipartiment tas-Sanita’ biex ikunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjonijiet meħtieġa. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' leak ta' drenaġġ li hemm fi Triq il-Mimosa, San Ġwann liema problema ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li skont stħarriġ li sar irriżulta li d-drenaġġ imsemmi fi Triq il-Mimosa għandu l-oriġini tiegħu minn blokka flats tal-Gvern li hemm bejn Triq il-Mimosa u Vjal ir-Riħan. Il-Korporazzjoni kienet ikkomunikat b’mod formali mal-Awtorita’ tad-Djar u anke mad-Dipartiment tas-Sanita’ biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex tissolva l-problema b’mod permanenti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti break down, xahar b'xahar, tal-livelli tan-nitrati li nstabu fl-ilma ta' taħt l-art (tal-pjan u ta' fuq it-tafal) matul is-sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari xahar b' xahar kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-livell ta’ nitrati fl-ilma qatt ma ġie mkejjel kull xahar imma jitkejjel kull sitt xhur jew sena skont pjan ta’ monitoraġġ stabbilit fl-2010 taħt il-Water Framework Directive. In-nitrati primarjament jiġu mill-użu tal-fertilizzanti fl-agrikoltura, proċess li qed jiġi indirizzat permezz tan-Nitrates Action Programme mniedi mill-MSDEC. Minħabba li l-akwifer idum ma jirrispondi, huwa previst li l-impatt ta’ dan il-programm (u allura t-titjib fil-kwalità), idum ma jinħass.
Il-livell medju ta’ nitrati fil-korpi kollha tal-ilma ta’ taħt l-art huwa:
Groundwater BodyMean Nitrate Content
(2009-2014)
mg/l
Malta Mean Sea Level66.9
Rabat Dingli Perched193.3
Mġarr-Wardija Perched117.6
Pwales Coastal407.6
Miżieb Mean Sea Level43.3
Mellieħa Perched167.5
Mellieħa Coastal33.3
Marfa Coastal217.4
Comino Mean Sea Level15.8
Gozo Mean Sea Level48.0
Għajnsielem Perched119.0
Nadur Perched79.7
Xaghra Perched237.5
Żebbuġ Perched215.9
Victoria-Kerċem Perched226.7