Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #9322 Sitting 149 2014-05-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — PR u media events – nefqa totali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8720, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba sħiħa għall-informazzjoni mitluba u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix aktar xi nżid mar-risposta għal mistoqsija parlamentari 8720.
Leg 12 PQ #9360 Sitting 148 2014-05-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Kummisjoni Ewropea — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu għandux ir-rapport li kien sar fis-sena 2012 mill-Kummisjoni Ewropea dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta' Għawdex? Jista' jgħid jekk għandux informazzjoni li dan ir-rapport ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jew inkella jekk ġiex ippublikat b'xi mod ieħor?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghall-mistoqsija parlamentari 9359.
Leg 12 PQ #9314 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – kap eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Channel? Jista’ jagħti d-dettalji dwar l-istruttura ta’ management li għandha l-kumpanija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel m’għandhiex Kap Eżekuttiv (CEO) iżda ċ-Chairman qed jassumi r-rwol ta’ Chairman Eżekuttiv. L-istruttura tal-kumpanija Gozo Channel hija murija fit-tabella annessa.
Leg 12 PQ #9315 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandha l-Gozo Channel? Min huma dawn il-konsulenti? Meta ġew ingaġġati u x’inhu x-xogħol tagħhom? X’pakkett finanzjarju għandu kull konsulent?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Gozo Ltd għandha konsulent wieħed ingaġġat magħha. Din hija Dr. Georgine Schembri ta’ Grech & Grech Associates u ġiet ingaġġata fl-1 ta’ Frar 2012 għal 4 snin bħala konsulent legali.
Leg 12 PQ #9316 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jitħallas iċ-Chairman tal-Gozo Channel u x’perkaċċi oħra għandu bħall-mobile, karozza u oħrajn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Chairman tal-Gozo Channel għandu rwol ta’ Executive Chairman u ghandu l-istess perkaċċi bhal ta’ qablu.
Leg 12 PQ #9341 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Terminal Taċ-Ċirkewwa — proċess għall-restorant/snackbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tingħata l-konċessjoni ta' restorant/snackbar fit-Terminal taċ-Ċirkewwa? X’proċess sar s'issa u kemm ntefgħu offerti? Kemm kien il-valur tal-offerti u liema waħda ġiet magħżula?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-proċess biex tingħata l-konċessjoni ta' restorant/cafeteria fit-Terminal taċ-Ċirkewwa beda billi ħarġet sejħa għall-offerti fl- 20 ta’ Settembru 2013 bid-data ta' l-egħluq tat-18 ta’ Ottubru 2013. L-offerti ġew ipproċessati u kumpanija intghazlet wara l-process tal-ghazla.
Leg 12 PQ #9342 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — kiri ta' bars fuq il-vapur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel għandhiex l-intenzjoni li tikri l-bars ta' fuq il-vapur lill-terzi? Jekk iva, beda l-proċess u xi proċess qed jintuża biex issir l-għażla?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Kumpanija Gozo Channel m’għandha l-ebda intenzjoni li tikri l-bars ta’ fuq il-vapur.
Leg 12 PQ #9343 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Priority boarding

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiddaħħal l-kunċett ta' priority boarding mill-Gozo Channel? Meta se jibda jitħaddem? Kemm se jkunu l-prezzijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għal-Mistoqsija Parlamentari 9343, bħalissa il-Kumpanija Gozo Channel għadha għaddejja bl-istudji u bil-preparamenti biex jiddaħħal il-kunċett ta’ pre online booking.
Leg 12 PQ #9223 Sitting 146 2014-05-07 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rimi illegali ta' demel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu hux qed jinvestiga l-allegazzjoni ta' rimi llegali ta' demel f'diversi żoni f'Għawdex? Peress li huwa magħruf li f'Għawdex mhemmx post ċentrali fejn jista' jitpoġġa materjal bħal dan, jista' jgħid jekk hemmx pjani li jindirizza din il-problema?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #8770 Sitting 145 2014-05-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Channel Company Ltd. ma taw l-ebda xogħol jew ħatriet lill-individwu msemmi bejn l-1998 u Marzu 2013.
Leg 12 PQ #9087 Sitting 144 2014-05-05 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Fuljett Fidi u Tradizzjoni — pubblikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-fuljett 'Fidi u Tradizzjoni' li ġie ppubblikat mill-Ministeru għal Għawdex? Kemm-il kopja saret? Inħarġu tenders biex ġie ppubblikat dan il-fuljett? Min għamel ix-xogħol ta' stampar ta' dan il-fuljett?

Response (REFALO, ANTON)

Il-fuljett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant sewa €800, kienu stampati 5,000 kopja u kien stampat wara sejħa pubblika għall-offerti.
Leg 12 PQ #9220 Sitting 144 2014-05-05 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Pixxina f'Għawdex — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Pixxina f'Għawdex? Se jinżammu l-istess pjanti li kienu diġà ġew approvati mill-awtoritajiet konċernati? Jista' jgħid meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq l-istess proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Bħalissa qed ikunu evalwati dawk il-pjanti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant u ġaladarba tkun lesta l-evalwazzjoni inkunu f’pożizzjoni li naġġornaw lil din il-Kamra dwar il-pixxina f’Għawdex.
Leg 12 PQ #5090 Sitting 143 2014-04-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Pariri legali fuq sospensjoni ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx parir legali qabel ma saret is-sospensjoni tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk iva, minn min?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5082.
Leg 12 PQ #5082 Sitting 142 2014-04-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Sospensjoni ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi ġie sospiż l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jidhirlu li dan kien trattament diċenti? Jista’ jgħid jekk l-individwu hux se jiġi kkumpensat?

Response (REFALO, ANTON)

ll-Ministeru għal Għawdex ma jindaħalx fl-operat tal-kumpanija. Dan il-Ministeru jagħti lill-kumpanija direzzjoni politika ta’ kif għandha titmexxa iżda d-day to day hija interament f’idejn il-management.
Leg 12 PQ #8755 Sitting 142 2014-04-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda xogħol jew ħatriet lill-individwu msemmi bejn l-1998 u Marzu 2013. Infurmat ukoll li l-Gozo Channel Company Ltd. ma tatx xogħol jew ħatriet lill-individwu msemmi bejn l-1998 u l-2011. Madankollu billi l-individwu msemmi jagħmel parti mill-kumpanija li kienet indikata f’mistoqsija parlamentari 8740 nitlob lill-Onor. Nterpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat bħala tweġiba għal dik il-mistoqsija.
Leg 12 PQ #8740 Sitting 140 2014-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija bejn l-2011 u Marzu 2013. Iżda l-Gozo Channel ħallset lil din il-kumpanija €59 fi spejjes tal-Qorti fis-sena 2011 u €2,019.75 fis-sena 2012 li kienu maqsuma €474.75 fi spejjes tal-Qorti u €1,545 fi spejjeż legali. Is-servizz legali ngħata b’direct order li kienet approvata mill-Ministru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #8841 Sitting 140 2014-04-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pont bejn Malta u Għawdex -studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li qed isir mill-kumpanija Ċiniża dwar pont bejn Malta u Għawdex? Jista’ jgħid jekk barra dan l-istudju hux qed jitkompla studju ieħor fuq il-possibilità ta’ mina taħt il-baħar?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Leg 12 PQ #8720 Sitting 139 2014-04-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — PR u media events – nefqa totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. interpellant li n-nefqa media kull xahar kienet ta’ €588 u li ntużaw ir-regolamenti tax-xiri pubbliku.
Leg 12 PQ #8802 Sitting 139 2014-04-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rapport dwar l-effett tal-maltemp fuq il-bajja ta’ Marsalforn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Ministeru tiegħu għall-bajja ta’ Marsalforn biex jilqa’ għall-effett tal-maltemp fl-istess bajja? Se jimxi mar-rapport li sar? Jekk iva, meta mistenni jinbeda x-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jikkunsidra l-bżonnijiet ta’ Marsalforn b’mod ħolistiku u meta jkun il-waqt jinforma lill-pubbliku bil-pjanijiet tiegħu.
Leg 12 PQ #8803 Sitting 139 2014-04-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Promenade ta’ Marsalforn – siġar tal-bruk

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu ġiex infurmat li numru ta’ siġar tal-bruk inqalgħu mill-promenade ta’ Marsalforn? Jekk iva, meta ġie nfurmat u x’passi ttieħdu min-naħa tal-Ministeru?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.