Il-Mosta — Triq l-Indipendenza - Tindif ta' Għalqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24151 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li ġiet riferuta lilu u jgħid ta' min hi r-responsabilità sabiex titnaddaf u tiddawwar l-għalqa li hemm fi Triq l-Indipendenza l-Mosta, in-naħa tal-lemin inti u dieħel lejn il-Mosta u biswit il-Housing Estate tal-Blata l-Għolja?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjannar , illi skont artikolu 99(1) tal-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-I¿vilupp, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha tara jekk l-ġmiel jew siwi ta’ xi ¿ona huwiex imħassar bid-dehra ta’ xi art (li tista' tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ). Għal dan l-iskop, l-uffiċjali tal-Awtorità jagħmlu spezzjonijiet fejn ikun meħtieġ. Jekk jirri¿ulta li l-kundizzjoni tal-art qed tkun ta' ħsara lill-ġmiel jew siwi ta¿-¿ona, l-Awtorità tieħu dawk il-passi li jkunu meħtieġa inklu¿, jekk ikun il-ka¿, il-ħruġ ta' avvi¿ ta’ twettiq (fuq is-sid tal-art u/jew fuq l-okkupant tal-art) li fih ikun meħtieġ li jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara kif jista’ jiġi speċifikat fl-avvi¿.
Rigward dan is-sit imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, uffiċjali tal-Awtorità spezzjonaw is-sit fejn instab illi xi partijiet minn din l-art imdaqqsa jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ġmiel jew siwi ta¿-¿ona. Għaldaqstant, l-uffiċjali tal-Awtorità qed jinvestigaw ulterjorment dan l-ilment sabiex jinstab min hu sid l-art, jittieħdu dawk il-passi neċessarji sabiex titneħħa l-ħsara, u jekk ikun hemm il-b¿onn anke jinbena ħajt madwar l-għalqa.
Il-Marsa — Triq Diċembru 13 – esproprjazzjoni ta’ plot
Question
Peress li fl-1973, il-Gvern kien esproprja biċċa art il-Marsa li d-dettalji dwar din il-plot qed jingħataw separatament għall-kostruzzjoni ta’ Triq Diċembru 13, , jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk din l-art li kienet tifforma parti minn din l-esproprjazzjoni imma baqgħet vakanti għax ma ġietx użata, waqgħetx taħt il-ġurisdizzjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet? Jekk iva, fil-preżent għalxiex qed tintuża? Jekk hija mqabbla, jista’ jgħid lil min u kemm fis-sena peress li tidher li hija mimlija bl-squatters u l-Gvern mhu qed idaħħal xejn?
San Pawl il-Baħar – Triq l-Arżnell u Triq il-Mosta – diffikultajiet ta’ bejgħ ta’proprjetajiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi għal dawk li jikkonċernaw il-każi ta' diffikultajiet għal numru sostanzjali ta' residenti li joqgħodu fl-inħawi ta' Triq l-Arżnell u Triq il-Mosta San Pawl il-Baħar (fost oħrajn), li ma' jistgħux ibiegħu l-proprjetà tagħhom minħabba problemi dwar ċnus fuq l-istess proprjetajiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kwistjoni dwar dawn l-artijiet għadha qed tiġi diskussa għaliex għad hemm punti li jridu jiġu kjarifikati dwar it-titlu tal-imsemmija artijiet qabel jittieħdu deċizjonijiet ulterjuri.
Klassijiet 4A, 4B, 4C u 4D – permess għall-postijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn postijiet li għandhom permess mill-PA biex joperaw taħt il-Klassijiet 4A, 4B, 4C u 4D, u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li li l-applikazzjonijiet fis-sistema tal-informatika tal istess Awtroita, qatt ma kienu maqsuma skond il-klassi tal-iżvilupp speċjalment peress li applikazzjoni waħda jista jkollha diversi klassijiet ta’ żvilupp. Għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar ma hijiex f’pozizzjoni li tagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għand il-PA taħt il-Klassijiet 4A, 4B, 4C u 4D, u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?
Jista’ l-Prim Ministru jivverifika jekk ħarġux permessi mil-Lands għall-encroachment biex jintramaw siġġijiet u mwejjed kif wkoll struttura fissa fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk din il-boatyard hux qegħda hemm biex taqdi l-ħtiġijiet tas-sajjieda jew inkella biex jitpoġġew siġġijiet u mwejjed flimkien ma’ struttura fissa? Ma jaħsibx il-Prim Ministru illi dan l-ispazju meħud mis-siġġijiet u mwejjed flimkien ma’ struttura fissa li ntramat fl-istess boatyard qegħda toħloq inkonvenjent kbir lis-sajjieda tax-Xlendi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-permess li ngħata mil-istess dipartiment kien biss biex jitpoġġew l-Imwejjed u Siġġijiet u mhux biex titpoġġa xi tip ta’ struttura fissa. Dan il-permess inħareġ wara li l-applikant kien ġab il-permessi meħtieġa tal-Awtorità tal-Ippjanar, tal-Awtorità tat-Turiżmu, l-Awtorità tat-Trasport, il-Kunsill Lokali tal-Munxar u l-Ministeru t’Għawdex.
Il-pjanti li gew approvati mal-permess jippermetu li jkun hemm kemm is- siġġijiet u mwejjed kif ukoll aċċess adegwat għas-sajjieda biex ittellgħu l-opri tal-baħar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min jieħu preċedenza fil-boatyard li hemm ix-Xlendi f'Għawdex, jekk hux is-siġġijiet u l-imwejjed jew inkella l-opri tal-baħar tas-sajjieda?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li l-pjanti li ġew approvati mall-permess jippermettu li jkun hemm is-siġġijiet u l-imwejjed kif ukoll li jkun hemm aċċess adegwat għas-sajjieda biex ittellgħu l-opri tal-baħar.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Planning Authority (PA), fil-fatt tagħmilx spezzjonijiet fuq dawk li huma magħrufa bħala “open sites”? Billi l-istess awtorità hi responsabbli mill-ħruġ ta' permessi tal-bini, jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-inspectors tal-awtorità hux qegħdin josservaw ukoll is-siti li fihom ikun qed jintefa’ kull tip ta' materjal, b'detriment għall-ambjent tal-inħawi? Jekk le, jista' jieħu l-passi neċessarji biex fil-fatt dawn is-siti jingħalqu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar illi skont artikolu 99(1) tal-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, l-Awtorità għandha tara jekk l-ġmiel jew siwi ta’ xi żona huwiex imħassar bid-dehra ta’ xi art (li tista' tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ). Għal dan l-iskop, l-uffiċjali tal-Awtorità jagħmlu spezzjonijiet fejn ikun meħtieġ. Jekk jirriżulta li l-kundizzjoni tal-art qed tkun ta' ħsara lill-ġmiel jew siwi taż-żona, l-Awtorità tieħu dawk il-passi li jkunu meħtieġa inkluż, jekk ikun il-każ, il-ħruġ ta' avviż ta’ twettiq (fuq is-sid tal-art u/jew fuq l-okkupant tal-art) li fih ikun meħtieġ li jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara kif jista’ jiġi speċifikat fl-avviż.
Ħondoq ir-Rummien sa’ Ta’ Ċenċ – xogħol fuq il-main tal-ilma
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fix-xogħol li sar mill-Water Services Corporation fuq il-main tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien fil-Qala sa Ta’ Ċenċ fis-Sannat liema kienu x-xogħlijiet li saru li ma kenux fit-tender oriġinali u kemm swew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jagħti lista' ta' dawn ix-xogħlijiet u jgħid kemm swiet kull biċċa xogħol li ma kenitx fit-tender? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet li ma kenux fit-tender oriġinali, ingħatawx b'direct order jew inħarġitx tender għalihom? Jista' jgħid f'kull każ lil min ingħata dan ix-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li fil-proġett imsemmi saru ċertu xogħlijiet addizjonali għaliex kien hemm bżonn li jiġu riżolti ċerti problemi tekniċi imprevedibbli li ma kinux oriġinarjament ippjanati.
Ix-xogħlijiet jinkludu fost l-oħrajn:
· bini ta’ triq fejn il-pedamenti kienu dgħajfin minħabba tafal jew nuqqas ta’ rdim sod;
· tagħqidiet ta’ drenaġġ;
·
hard shoulders
fil-ġnubijiet ta’ xi toroq, u
· rampi għall-aċċess ta’ karozzi.
L-istima finali ta’ dawn ix-xogħlijiet għad trid tiġi kkalkolata peress li x-xogħol għadu mhux komplut u qiegħed jiġi mkejjel. Ix-xogħlijiet qegħdin isiru mill-istess kuntrattur li rebaħ it-tender oriġinali.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet li waslu għand l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-Avviż Legali fuq kwestjoni ta’ sanità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25963, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jara li jsiru s-sinjali kollha meħtieġa fi Triq tal-Mensija, San Ġwann peress li wara li sar ix-xogħol f'din it-triq, din għadha mingħajr sinjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħol tas-sinjali mistenni li jibda’ fil-ġranet li ġejjin, hekk kif tinkiseb l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25964, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jara li jsiru s-sinjali kollha meħtieġa fi Triq San Ġiljan, San Ġwann peress li wara li sar ix-xogħol f'din it-triq, din għadha mingħajr sinjali?
Jista’ l-Prim Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex fiż-żona Ta’ Farsina Ħal Qormi fejn hemm il-flats tal-Gvern li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qiegħed jinqata’ d-dawl ta’ spiss?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li minn spezzjoni li saret fuq il-post imsemmi, rriżulta li l-qtugħ kien ikkaġunat minn installazzjoni interna. Għaldaqstant l-infrastruttura tal-kumpanija f’dawn l-inħawi qed tiġi ri-inforzata. Ix-xogħlijiet mistennija li jkunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti elenku tas-safar tiegħu bl-użu tal-private jet minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Għal kull safra jista jgħid ir-raġuni taż-żjara, fejn u d-data ta’ kull żjara?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25491, 24421 u 25230 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/ kuntratt li permezz tiegħu l-art fejn hemm l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għaddiet għand il-Malta Industrial Parks? Jista' jgħid għaliex l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għadda għand il-Malta Industrial Parks u jekk issa allura ż-żona tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hijiex ser tiġi meqjusa bħala Żona Industrijali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fejn hemm l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għaddiet lill- Malta Industrial Parks skont l-Ordinanza tal-Kummissarju tal-Art (Kap 169) tal-Liġijiet ta’ Malta, permezz ta’ Avvi¿ Legali Nru 95/2016. Il-pjanta ta’ din l-art ġiet transunta fl-Atti tan-Nutar Tania Spiteri datat 8 ta’ Marzu 2016. Kopja ta’ l-Avviż Legali flimkien ma’ l-Att qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Planning Authority (li qabel kienet il-MEPA) fasslitx xi development brief għall-inħawi ta' Selmun? Jekk iva, x'hemm inkorporat f'dan id-development brief? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istess brief? Jekk le, jista' jieħu l-passi neċessarji biex tali brief jiġi ppreparat, u fih jiġi nkorporat ukoll x’użu hemm maħsub għal dak li kien jifforma l-fortizza ta' Campbell, fl-istess inħawi? Xi żvilupp hu maħsub li se jsir minflok dik li kienet il-lukanda ta’ Selmun Palace?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li l-policies eŻistenti fl-iSPED, il-Pjan Lokali u ir-Rural Policy and Design Guidance jagħtu biŻŻejjed gwida għal kull Żvilupp li jista’ jiġi propost f’din l-area. Fir-rigward tal-lukanda Selmun Palace, hemm is-Selmun Hotel Site Planning Policy li ġiet approvata fl-1 ta’ Lulju 2015 fejn nitlob l-Onor Interpellant jirreferi ghat-twegiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17642.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23815, għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni PA 283/16, billi fl-eżekuzzjoni tax-xogħol li hemm permess li jsir qed iġib miegħu bosta lmenti mir-residenti tal-inħawi, u dan minħabba n-nuqqas ta' osservanza ta' ħinijiet tal-eżekuzzjoni tax-xogħol permess, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi qed tieħu l-Planning Authority biex tassigura li ma jinħolqux inkonvenjenzi żejda lil dawk li joqogħdu fl-inħawi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tal-Ippjanar mhix l-entità kompetenti li tassigura li ma jinħolqux inkonvenjenzi żejda lil terzi waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol permess.
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 23813, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima? Jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol infrastrutturali li hu meħtieġ biex dan l-ilma tad-drenaġġ, fil-fatt jitwassal fid-destinazzjoni tiegħu?
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25609, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-Ministeru responsabbli mill-Agrikultura għal dak li jikkonċerna l-multi li qed jingħad li ser jiġu mposti fuq min għandu serer madwar Malta u Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jkun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.
San Pawl il-Baħar – tħaffir ta’ toroq minn Enemalta
Question
Billi matul il-ġimgħat li għaddew f'bosta toroq fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar saru interventi mill-Enemalta, fejn tħaffru t-toroq, u f'xi każi wkoll twaħħlu arbli fuq il-bankina, bħal ma kien fil-każ fi Triq it-Turisti, u dan mingħajr ma ttieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex ma jinħolqux inkonvenjenti ġodda, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li ma jinħolqux problemi għal dawk li jużaw dawn l-istess bankini?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post irriżulta li x-xogħlijiet indikati mhumiex xogħlijiet tal-Enemalta plc.