B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3780, ma jidhirlux il-Ministru li fil-każ ta' fixed point duties mill-pulizija eċċ. l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jassiguraw li jkun hemm almenu faċilitajiet sanitarji u oħrajn bażiċi? Ma jidhirlux il-Ministru li sempliċement sentry box ma tipprovdiex faċilitajiet u kondizzjonijiet adatti biżżejjed għal persuna li trid taħdem għal ħafna sigħat?
Response (BORG, TONIO)
Ma naħsibx illi s-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellanti huwa prattikabbli, u dan għal diversi raġunijiet.
26.01.99
Lands Department/Joint Office — Siti ta' natura storika
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti ta' natura storika, barra fortizzi, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejhom?
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Interpellant zgur japprezza li partijiet kbar minn Malta u Għawdex jistgħu jaqgħu taħt id-difinizzjoni ta' sit ta' natura storika, u għalhekk nitolbu jkun aktar speċifiku.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tikkonkludi l-investigazzjonijiet tagħha l-pulizija dwar jekk kienx hemm splużjonijiet qrib Ħaġar Qim u Mnajdra fl-aħħar tliet xhur ta' l-1998? Jekk ġew konklużi, x'sabet il-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn diversi spezzjonijiet li saru mill-Pulizija tad-Distrett fil-barriera Nru. 9, li tinsab Qasam il-Kbir, limiti tal-Qrendi, qrib Ħaġar Qim u l-Imnajdra, ma jirriżultax li kienet qed titħaddem u jidher li din ilha ma tintuża tant li tinsab fi stat ta' abbandun u l-magni li hemm qed jittieklu mis-sadid.
Ninsab infurmat ukoll li l-aħħar spezzjoni saret fil-15 ta' Jannar, 1999, u li l-Pulizija se tibqa' tagħmel spezzjonijiet biex jiġi żgurat li ma jsirx xogħol fil-barriera in kwestjoni.
25.01.99
Jista' l-Ministru jelenka liema huma dawk l-għases tal-pulizija li huma indikati li se jsir xogħol fihom matul din is-sena finanzjarja biex jingħataw dehra aħjar? Liema xogħol se jsir f'kull għassa u meta hu maħsub li jkun lest? Kemm huwa stmat li se jkun jiswa kull xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' manutenzjoni fl-għases huwa proċess kontinwu u għaldaqstant isiru dawk ix-xogħolijiet li jkun hemm bżonn minn żmien għal żmien. Bħalissa qiegħed isir xogħol fl-għassa ta' Ħaż Żebbuġ. Huwa maħsub illi matul din is-sena ser isir xogħol ukoll f'diversi għases oħra, fosthom dawk ta' B'Kara, B'Bugia, Buġibba u Rabat Għawdex, sabiex jingħataw dehra aħjar u jkunu customer-oriented. Għal din is-sena ġew allokati Lm15,000 għall-manutenzjoni ta' għases u bini ieħor.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid meta ddaħħal it-test tal-breathalyser fil-gżejjer tagħna? Xahar b'xahar, kemm saru testijiet f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn it-testijiet irriżultaw pożittivi? Kemm kien hemm barranin? Kemm kien hemm irġiel u nisa Maltin? Kemm kien hemm nies li ma kellhomx liċenzja tas-sewqan (kienu taħt l-eta') li nqabdu jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb?
Response (BORG, TONIO)
L-emendi għall-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap. 65) dwar it-testijiet tan-nifs maħruġa b'liġi b'Att Nru. VI ta' l-1998, ġew fis-seħħ fil-25 ta Mejju, 1998, b'Avviż Legali 128 ta' l-1998.
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar il-kumplament tal-Mistoqsija hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm weħlu persuni l-ħabs mill-Qrati fis-sena li għaddiet?
Kemm kienu nisa u rġiel?
Kemm weħlu kull wieħed?
Ta' xiex ġew sentenzjati?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq każi ta' qtil, attentat ta' qtil, stupru u każi konnessi mad-droga sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?
Kemm instabu ħatja f'kull kategorija u f'kull sena? X'weħlu f'kull kategorija? Kemm ġew sentenzjati għal perijodu ta' żmien il-ħabs f'kull kategorija, kull sena? Kemm ġew liberati kull kategorija kull sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx din it-tip ta' informazzjoni.
25.01.99
Peress li l-għassa tal-pulizija tal-Għargħur qed tkun spiss magħluqa, filwaqt li waqt il-ħruġ u dħul tat-tfal ta' l-iskola primarja tal-Għargħur ma jkunx hemm pulizija biex ma jgħaddix traffiku fil-ħinijiet msemmija, jista' l-Ministru jara li dan ma jkomplix jiġri, speċjalment meta għandi informazzjoni li dan qed isir biex il-pulizija jintbagħtu jagħmlu fixed points f'postijiet oħra fid-distrett?
Response (BORG, TONIO)
NInsab infurmat illi qed ikun hemm assenjat regolarment pulizija fejn l-iskola li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tat-tfal.
25.01.99
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3458, peress li jidher li s-Segretarju Parlamentari għandu numru sproporzjonat ta' membri fis-segretarjat privat tiegħu bil-kuntratt, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dawn il-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Membru għandu jkun jaf li hemm staff entitlement ta' ħdax -il persuna f'segretarjat ta' Segretarju Parlamentari. Minn dawn 50% iridu jkunu uffiċjali pubbliċi u 50% oħra minn organizazzjonijiet pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku, jiġifieri matematikament ħames persuni u nofs.
Fis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari hemm sitt persuni li qegħdin b'kuntratt. Din iż-żieda saret bl-approvazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Minn dawn is-sitt persuni ħamsa minnhom ġejjin minn organizazzjonijiet pubbliċi.
Sa llum fis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari ġew ingaġġati tmien persuni u fadal tlieta oħra li sussegwentement bilfors iridu jkunu uffiċjali pubbliċi.
Kif jaf l-Onor. Interpellant il-kuntratti huma standard kif stabbiliti mill-Kabinett u kopji ta' dawn diġa' tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm twelid irreġistrat f'pajjiżna matul l-1998? Kemm minnhom saru fl-isptarijiet statali, kemm fi sptarijiet privati u kemm fi djar privati separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' twelid irreġistrati f'Malta u Għawdex matul l-1998 kien ta' 5,146.
Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar fejn ikun sar it-twelid.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn mwiet f'pajjiżna matul l-1998 bħala total? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn kienu: (i) ta' sess feminili; (ii) ta' sess maskili; (iii) 'il fuq minn 60 sena; (iv) bejn 30 u 60 sena; u (v) taħt it-30 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' imwiet irreġistrati f'Malta u Għawdex matul l-1998 kien ta' 3,098 li minnhom 1,486 kienu ta' sess femminili u 1,612 kienu ta' sess maskili.
Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika bl-etajiet ta' dawk li jmutu.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn żweġijiet sena b'sena f'pajjiżna bejn l-1995 u 1998 (inklużi tnejn)? Kemm minn dawn kienu żweġijiet ċivili biss u kemm skond is-sit tal-Knisja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żwieġijiet f'Malta u Għawdex hu kif ġej : -
Sena Żwieġijiet bil-Knisja Żwieġijiet Ċivili
---- --------------------- -----------------
1995 1972 345
1996 1982 358
1997 2036 365
1998 1956 404
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid x'passi l-ministeru qiegħed jieħu fir-rigward tal-fatt illi proprjetarji tal-Barriera tal-ġebel tal-Qawwi fil-kuntrada ta' l-Ibjar fil-limiti taż-Żurrieq peress illi jirriżulta li qed jinqatgħu partijiet ifformati parti minn: (a) art pubblika; (b) tfigħ ta' rdim fuq art pubblika; u (ċ) kostruzzjoni fuq art pubblika?
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija biex jinġabru mit-toroq karozzi li jkunu abbandunati?
Jaħseb il-Ministru li għandu jiġi kuntrattat il-privat biex jagħmel dan jekk il-pulizija għandha nuqqas ta' vetturi biex jaqdu din il-funzjoni?
Kemm fil-fatt tneħħew karozzi abbandunati fit-toroq tul l-1999?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ewwel azzjoni li tieħu l-Pulizija fil-każ ta' vetturi abbandunati tkun li tipprova tittraċċa lis-sid tal-vettura sasviex ineħħih. Jekk dan ma jinstabx, il-Pulizija tipproċedi skond ir-Regolamenti għat-Tneħħija ta' Oġġetti ta' Ingombru.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar żewġ partijiet tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2142 f'Seduta 20.
Ninsab infurmat ukoll li matul Jannar, 1999, il-Pulizija neħħiet bil-mezzi tagħha 4 vetturi, filwaqt li 11 oħra tneħħew minn sidhom wara avviż mill-Pulizija.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod il-gvern beħsiebu jsaħħaħ l-iskwadra ta' kontra d-drogi tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
It-tisħieħ ta' l-iskwadra tal-Pulizija ta' kontra d-drogi huwa proċess kontinwu li jsir skond il-ħtiġijiet attwali tal-mument. Il-fatt li membri ta' din l-iskwadra issa ser ikunu jistgħu jaħdmu overtime, ser jgħin sabiex tissaħħaħ din l-iskwadra. Il-flus allokati għall-iskwadra fl-1999 ġew miżjuda biex din tkun tista' tattrezza ruħha aħjar fil-ġlieda kontra d-droga.
25.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Liema applikazzjoni ilha l-aktar pendenti quddiem l-istess Awtorita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha quddiema 3568 applikazzjoni pendenti għall żvilupp. L-applikazzjoni PA 5704/80, li ġiet reġistrata ma' l-Awtorita' f'Jannar 1993, hija l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti quddiem l-Awtorita'.
25.01.99