B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8719 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politiika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jagħti breakdown settorali ta' l-ammont ta' nies li qed jaħdmu fl-industrija għas-suq lokali fuq bażi full time?
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet għal cardphones fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa f`Raħal Ġdid il-Maltacom għandha talba biex titwaħħal cardphone ħdejn il-Hypogeum u talba oħra sabiex tiġi spustata l-cardphone li hemm fi Pjazza Raħal Ġdid ħdejn il-fergħa tal-Maltacom.
Kien hemm talba biex titwaħħal cardphone fi Triq Paola ħdejn il-Klabb tal-Paola Wolves li ma ġietx milqugħa peress li hemm cardphone oħra ftit metri l-bogħod.
Tajjeb jingħad li f`Raħal Ġdid hemm 17-il cardphone, li huma meqjusa biżżejjed biex jaqdu sewwa lir-residenti.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm u kien hemm impjegati mas-soċjeta' Medigrain limited fis-snin 1997 u 1998? Jista' jingħad fuq liema kriterji ntgħażlu erba' ħaddiema ex-impjegati tal-Marina Milling Grain Handling sabiex jaħdmu mal-Medigrain limited f'Settembru 1998? Jikkonsidra bħala ġusti l-proċeduri li bihom kienu magħżula dawn il-ħaddiema? Jista' jara jekk il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, kenitx inġustament mħollija barra mill-għażla għall-mili ta' dawn l-erba' postijiet?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jingħata n-numru ta' vapuri li daħlu għal tiswijiet fit-Tarzna fis-snin 1990-1999, inkluż l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li n-numru ta' vapuri li daħlu għal tiswijiet fit-Tarzna fis-snin imsemmija huwa kif ġej:
1990 198
1991 184
1992 160
1993 139
1994 107
1995 101
1996 109
1997 104
1998 86
1999(sat-30 ta' Ġunju) 52
Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tad-diretturi u chairman tal-kumpannija Datatrak li hi sussidjarja tal-Maltacom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Maltacom għandha biss 29.67 fil-mija ta' l-ishma tal-kumpanija Datatrak u għaldaqstant m'għandha ebda kontroll maġġoritarju. L-informazzjoni mitluba tista' tinkiseb minn sorsi pubbliċi oħra.
Jikkonferma l-Ministru li bħalissa hemm xi vacancies fil-kumpannija Datatrak? Jekk iva, f'liema dipartimenti jew grad? Huwa veru li membru parlamentari se jkun ingaġġat ma' din il-kumpannija? Jekk iva, f'liema dipartiment jew kariga? Dan l-ingaġġ se jsir wara sejħa pubblika jew le?
Jista' l-Ministru jispjega x'jistgħu jkunu l-effetti jew il-konsegwenzi fuq il-Maltacom, in vista tar-rapport tal-Bord ta' l-Appell riċenti, bħala kumpannija li hija listed fuq l-iStock Exchange?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diġa` għidt fl-istqarrija dwar ir-rapport tal-Bord ta` l-Appell dwar l-għoti ta` promozzjonijiet fil-Maltacom waqt is-Seduta tal-5 ta` Lulju 1999. amministrazzjoni ħażina tal-Kumpanija tista` jkollha effetti negattivi fuq il-valur tal-ishma ta` l-istess Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ġew msejħa mill-ETC biex jagħmlu interview mal-Gozo Channel bħala seamen u bħala cleaners?
Minn min huwa kompost il-Bord ta' l-Għażla u x'kriterji qegħdin jintużaw fl-għażla?
Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li dawk li sejrin jiġu magħżula wkoll jipposjedu il-ktieb tal-baħar (A u B) u li l-istess ktieb tal-baħar kien fil-pussess tagħhom ferm qabel li sar l-interview?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s`issa l-Gozo Channel għadha ma rċivietx mingħand il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ il-lista tal-persuni li għandhom joqgħodu għall-intervisti konnessi ma` l-ingaġġ ta` Seamen u Cabin Attendants (cleaners)
Il-Bord ta` l-Għażla għadu ma ġiex kompost.
Il-kwalifiki meħtieġa huma dawn
Seamen (Deckhands)
Eta` ta` mhux anqas minn 21 sena
Ċertifikat validu AB jew EDH (Efficient Deckhand)
Attendenza għal kors ta` certified basic sea survival*
Ċertifikat ta` Fire-Fighting*
Ċertifikat mediku validu
Cabin Attendants (cleaners)
Attendenza ta` kors ta` certified basic sea survival*
Ċertifikat tal-Fire-Fighting*
Ikun jew tkun matur jew matura biżżejjed biex taġixxi b`mod responsabbli f`każ ta` emerġenza
Ċertifikat mediku validu
* jekk ikun meħtieġ jiġi provdut mill-Kumpanijia wara l-ingaġġ
Is-Seamen magħżula irid ikollhom certifikat AB, mhux A u B, jew EDH u l-kriterji l-oħra msemmija. Il-Cabin Attendants (Cleaners) mhux meħtieġ li jkollhom certifikat AB jew EDH.
Jista' l-Ministru jassigura li sia l-Enemalta u kemm il-Water Services Corporation jieħdu ħsieb jinstallaw l-apparat neċessarju sabiex il-konsumatur ikun jista' jagħmel il-pagamenti neċessarji permezz ta' l-użu tal-credit cards u dan forsi huwa wkoll inaqqas is-serbut ta' nies li jkun hemm wara l-banek kull l-aħħar tax-xahar?
Jikkonferma l-Ministru li Malta tilfet l-EUR6.33 miljuni mir-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea u li kienu se jmorru għar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Wara li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa biex issir bozza ġdida fi Triq Ħas-Sajjied, Żabbar, ħdejn ir-residenza tal-familja Saliba, residenza numru 16, jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli jittieħdu passi biex din il-bozza li ilha ħafna pendenti titwaħħal? Billi din il-familja toqgħod fl-imwarrab u hi ferm anzjana u billi diġa' jeżisti arblu tad-dawl ħdejn din ir-residenza, huwa possibbli jintervjeni l-Ministru biex din il-bozza li ilha tintalab snin twal fl-aħħar titwaħħal għax hemm ferm bżonnha?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8675?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s-substation li hemm f'Misraħ il-Vittorja, l-Isla jeżisti għal aktar minn tletin sena u bħalu jeżistu ħafna oħra. Mhux faċli jinstab post iżolat fil-qrib fejn tista' ssir rilokazzjoni u għaldaqstant huwa diffiċli li s-substation preżenti tiġi spustata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm dovut lill-Korporazzjoni Enemalta minn għaqdiet sportivi? X'inhu n-numru ta' għaqdiet involuti u taħt liema dixxiplina sportiva jaqgħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 8670 fis-Seduta numru 134.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma l-head ta' l-IT Unit ta' l-istess korporazzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ukoll kopja tal-kuntratt li għandu ċ-Chief Internal Auditor ta' l-istess Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandu ċ-chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? X'inhuma l-benefiċċji li jgawdi ninnhom iċ-chairman?
Response (BONNICI, JOSEF)
Iċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'għandux kuntratt, iżda ittra ta' ħatra. Apparti s-salarju, ċ-Chairman igawdi mill-istess benefiċċji li normalment kien igawdi ċ-Chairman tal-Korporazzjoni fil-passat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8673 li orġinarjament saret lill-Ministru tas-Sigurta' Soċjali u li ġiet riferuta lilek, ċioe'peress li waqt li l-Ministru fetaħ l-uffiċċju ta' l-Għaqda tal-Pensjonant fi ħdan il-Welfare Committee tal-Korporazzjoni Enemalta, hu kien wiegħed l-għajnuna tiegħu lil din l-għaqda, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-għaqda talbitx xi għajnuna diretta jew indiretta lill-Ministru?
Jista' l-Ministru jgħid din l-għaqda kemm-il laqgħa żammet minn meta ġiet imwaqqfa, kemm attendew membri speċjalment fit-twaqqif tagħha, u jekk din il-laqgħa nżammitx skond l-istatut (jekk jeżistu)?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Għaqda Pensjonanti għadha qatt ma talbitni għajnuna b'mod dirett. Dan minħabba li l-Għaqda taħdem id f'id mal-Kumitat tal-Welfare li huwa accountable lejn iċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta. Għaldaqstant l-għajnuna tiegħi tingħata b'mod indirett permezz taċ-Chairman li japprova skond il-bżonn ta' din l-Għaqda.
Jiena nfurmat li l-Għaqda Pensjonanti żżomm laqgħa fix-xahar għall-kumitat tagħha u s'issa saru ħames laqgħat oħra għall-membri kollha imseħbin fiha. Fit-twaqqif tagħha attendew 75 membru minn fost 94 li kienu msieħba. Issa n-numru ta' l-imseħbin żdied għal aktar minn 200 bejn irġiel u nisa. Għal kull laqgħa jattendu mal-ħamsin membru. Din l-Għaqda tħaddan statut għaliha li ġie approvat mill-istess membri tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt għal tiswijiet ta' vapuri rebħet it-Tarzna mill-Istati Uniti ta' l-Amerika mis-sena 1990 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
In-numru ta' vapuri mill-Istati Uniti ta' l-Amerika li ssewwew fit-Tarzna ta' Malta, sena b'sena mill-1990 'l hawn kien kif ġej:
1990 12
1991 18
1992 9
1993 11
1994 11
1995 8
1996 10
1997 5
1998 4
1999 (sat-30 ta' Ġunju) 7