Fiera Internazzjonali ta' Malta — Kumpaniji u negozji Għawdxin
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9579 jista' l-Ministru jgħid jekk Għawdex hux se jkollu stand fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta kif kellu għal ħafna snin? Jekk le l-budget allokat għal dan il-għan kif se jintefaq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mal-mistoqsija parlamentari 9579, għajr li l -Gvern preżenti kien, għadu u se jibqa’ jgħin lin-negozji kollha Għawdxin biex verament iqumu fuq saqajhom, ikunu aktar kompetittitvi, joħolqu l-impjiegi u jsaħħu l-ekonomija Għawdxija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9442, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jagħti dettalji dwar il-valur tal-offerti li ġew sottomessi għall-konċessjoni ta' restorant/cafeteria fit-terminal taċ-Ċirkewwa? Ma jaħsibx il-Ministru li dan ma jirriflettix proċess trasparenti? Jista' jgħid liema offerta ġiet magħżula biex tingħata din il-konċessjoni u kemm kien il-valur tagħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm xejn x’inżid mal-mistoqsijiet parlamentari 9341 u 9442, għajr li ngħatat lill-aktar offerta vantaġġuża.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9443 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ kull delegazzjoni oħra tal-Ministeru, kif ukoll ta’ uffiċċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet eċċ? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċċjali f’kull delegazzjoni u xi grad għandhom f’ kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-spiża medja ta’ kull safra hi ta’€2,400.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9444 u jgħid x’ miżuri ttieħdu matul l-2013 u matul din is-sena għall-promozzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa’ kull miżura li ttieħdet fl-2013 u kemm hi stmata li ser tiswa’ kull miżura li ttieħdet sa issa din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u kif ukoll ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dawn l-miżuri Ghawdex diġà bbenefika b’żieda fit-turiżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija fil-perjodu msemmi, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Gozo Channel Company Limited.
Iċ-Ċittadella – Visitor Centre – spazju kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid issa li x-xogħol fuq il-Visitor Centre taċ-Ċittadella huwa lest, jekk hux se jinħarġu offerti pubbliċi għall-ispazju kummerċjali fl-istess ċentru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ rikostruzzjoni fuq il-Visitors’ Centre taċ-Ċittadella beda f’dawn l-aħħar jiem u li ma hemmx hsieb li jinħarġu offerti pubbliċi għal spazju kummerċjali fl-istess ċentru.
Ix-Xewkija – xogħol fuq tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Gvern fix-Xewkija? Liema xogħol sar s’issa? Meta sar dan ix-xogħol u minn min sar? Kemm sewa l-istess xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ix-xogħol miexi skont kif ipprogrammat. Jiena nfurmat ukoll li x-xogħol qed isir mill-persuni li rebħu it-tender li nħarget fl-amministrazzjoni preċedenti u li ġiet aġġudikata f’din l-amministrazzjoni skond ir-regolamenti tax-xiri pubbliku. Ix-xogħol inbeda f’Diċembru 2013 u għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra d-deċiżjoni li ħa l-Gvern li ż-żewġ ċentri tal-MCAST li kien hemm f’Għawdex għal dawn l-aħħar snin, u li kienu nfetħu mill-Gvern preċedenti, ma jieħdux post iċ-Ċentru tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, li hemm ġewwa Għajnsielem? Jaf il-Ministru li dan iċ-Ċentru kien ra tkabbir sostanzjali, tiġdid u immodernizzar kemm fil-bini tal-post kif ukoll f’xiri ta’ makkinarju u apparat addattat għaċ-Ċentru b’finanzjament qawwi mill-Unjoni Ewropea u b’riżultat ta’ dan kollu mijiet ta’ studenti Għawdxin kienu segwew korsijiet varji li dan iċ-Ċentru offra minn sena għal sena? Filwaqt li naqbel li wieħed jikkonsidra t-tkabbir tal-MCAST ġewwa Għawdex, però jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-pass għandux isir a skapitu ta’ proġett ieħor edukattiv li rnexxa kif jista’ jikkonferma kull minn żar dan il-post jew kull min kien student f’dan iċ-Ċentru, għaliex ir-rilokazzjoni taċ-Ċentru tal-Arti u l-Artiġjanat se jdgħajjef u mhux isaħħaħ dan iċ-Ċentru.
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Gozo Channel Co. Limited.
Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2009 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija bejn Jannar 2009 u Marzu 2013 mill-Ministeru għal Għawdex u l-Gozo Channel Company Ltd.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Jannar 2003 u Marzu 2013, xahar b’xahar għal kull sena b’mod separat? Jista’ jgħid x’kienet il-kariga tal-persuni milquta, il-postijiet fejn kienu u fejn ġew trasferiti u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fiera Internazzjonali ta' Malta — Kumpaniji u negozji Għawdxin
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena, kumpaniji u negozji Għawdxin hux se jiġu megħjuna mill-Ministeru għal Għawdex biex jesebixxu fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta bħal ma kien isir fis-snin li għaddew?
Response (REFALO, ANTON)
Wara konsultazzjoni ma’ rapprezentanti ta’ setturi tan-negozju f’Għawdex, inħass il-bzonn li fondi għall-parteċipazzjoni ta’ negozji fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, jiġu wzati b’mod iktar immirat u effiċjenti u dwar dan għaddejjin diskussjonijiet ma’ operaturi u rapprezentanti tagħhom.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9316, jista' l-Ministru jgħid kemm hu s-salarju tal-executive chairman tal-Gozo Channel u x'perkaċċi kellu ċ-chairman ta' qablu ġaladarba hija kumpanija pubblika, din l-informazzjoni kompluta għandha tkun waħda pubblika?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inzid mall-Mistoqsija Parlamentari numru 9316, għajr li s-salarju tal-Executive Chairman li hemm prezenti, hu xi €20,000 fis-sena inqas min ta qablu.
Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li mid-9 ta’ Marzu 2013 sa l-aħħar ta’ April 2014 il-Ministeru għal Għawdex ta ħames biċċiet xoghol lill-kumpanija minnhom b’valur medju ta’ €500 f’kull kaz.
Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet, anki ta’ Segretarju) ? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-individwu kkonċernat ma ngħata l-ebda xogħol jew ħatriet bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Gozo Channel Co. Limited.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema ‘Greener and Cleaner Gozo’ bdietx? Jekk iva, kemm nies qed jaħdmu taħt din l-iskema? Kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol kull wieħed minn dawn il-persuni li qed jaħdmu taħt din l-iskema? Kemm hu l-ħlas fil-ġimgħa li qed jieħdu min jaħdem taħt din l-iskema? Fejn qed jaħdmu kull wieħed u waħda mill-persuni li daħlu f’din l-iskema? Dawn il-persuni ngħataw kuntratt u jekk iva għal kemm żmien huwa dan il-kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-iskema bdiet u li l-persuni li qegħdin fiha qed jingħataw taħriġ mid-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp, mis-Settur Privat kif ukoll min NGO’s.
Jista’ l-Ministru, b’ referenza għall-mistoqsija parlamentari 9341, iwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u cioé kemm kien il-valur tal-offerti sottomessi u liema offerta ġiet magħżula biex tingħata l-konċessjoni ta’ restorant/cafeteria fit-Terminal taċ-Ċirkewwa? Jista’ jgħid min kienu l-offerenti u min intgħażel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma hemm xejn x’inżid mall-Mistoqsija Parlamentari 9341.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ kull delegazzjoni oħra tal-Ministeru, kif ukoll ta’ uffiċċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet eċċ? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċċjali f’kull delegazzjoni u xi grad għandhom f’ kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ miżuri ttieħdu matul l-2013 u matul din is-sena għall-promozzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa’ kull miżura li ttieħdet fl-2013 u kemm hi stmata li ser tiswa’ kull miżura li ttieħdet sa issa din is-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.