Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #26492 Sitting 413 2016-07-05 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa – Pont tal-Mistra u telgħa ta’ Selmun – lampi/bozoz maqtugħin

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26400 rigward lampi/bozoz maqtugħin bejn il-Pont tal-Mistra u t-Telgħa ta' Selmun, peress li fis-26 ta' Ġunju ġew innutati tal-inqas sitt lampi/bozoz mitfija fit-triq indikata, jista' l-Prim Ministru jagħti struzzjonijiet ċari lill-Enemalta PLC li tagħmel xogħolha u tagħmel it-tiswijiet meħtieġa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta ngħatat it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 26400, hekk kif indikat f’din l-istess tweġiba, Enemalta plc kienet għadha kif irċeviet talba għal tiswijiet ta’ uħud minn dawn l-bozoz. It-tiswijiet fuq il-bozoz irrapurtati saru fl-10 ta’ Ġunju. Wara li ngħatat din it-tweġiba, u qabel ma waslet din il-Mistoqsija Parlamentari (26492), il-Kumpanija rċeviet rapporti oħrajn ta’ xi lampi oħrajn f’din l-istess triq li ma kienux qed jixgħelu. Fit-28 u fit-30 ta’ Ġunju it-tekniċi tal-Kumpanija kienu fuq il-post biex isiru t-tiswijiet mill-ġdid. Wara dawn it-tiswijiet, il-Kumpanija wettqet spezzjoni tat-triq kollha kemm hi fil-lejl tal-1 ta’ Lulju 2016 biex jiġi żgurat li d-dwal qed jixgħelu kif meħtieġ. Fil-jiem li ġejjin ser isir aktar xogħol ta’ tisħiħ u manutenzjoni biex ikompli jitnaqqas ir-riskju ta’ ħsarat fis-sistema tad-dwal f’din it-triq. Enemalta plc tixtieq tiċċara li s-sistema tad-dwal tat-triq imsemmija, minħabba li ilha installata snin twal, hija aktar vulnerabbli għall-ħsarat naturali minn kemm normalment tkun sistema ta’ dan it-tip.
Leg 12 PQ #26507 Sitting 413 2016-07-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – inħawi tal-Veċċja – ħruġ ta’ rwejjaħ tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jiġi investigat il-ħruġ ta' rwejjaħ tad drenaġġ li qed ikun hemm fl-inħawi tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar, u jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn jitwaqqfu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa fl-inħawi msemmija. Fil-każ li jirriżultaw xi rwejjaħ, il-manholes jiġu ssiġillati minnufih.
Leg 12 PQ #26513 Sitting 413 2016-07-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Open sites — spezzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26395, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu s-siti indikati fir-risposta li ġew spezzjonati skont l-artiklu tal-Liġi msemmi? F’liema każi ttieħdu l-passi neċessarji biex is-siti jiġu rranġati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmajt mill-Awtorità tal-Ippjanar illi uffiċjali tal-istess Awtorita spezzjonaw is-siti, hekk kif rikjest mill-artikolu 99 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (2016), u ttieħdu l-passi neċessarji skont it-tabella segwenti: SITI LI ĠEW SPEZZJONATI SKONT L-ARTIKOLU 99 TAL-ATT DWAR L-IPPJANAR TAL-I¯VILUPP (2016) Siti li ma kienx hemm ħtieġa ta' azzjoni skont l-Artikolu 99 CM/02646/15 Site at Triq is-Sagra Familja, Ħal Għaxaq CM/01061/16 Site at Triq l-Iskal, Marsaskala CM/00916/16 Site at Triq S. Mizzi, Birkirkara CM/00750/16 Site at Triq Carmelo Sciberras, Mosta CM/00985/16 Site at Triq il-Kappar, Mosta CM/00918/16 Site at Triq Ħal Qormi, Birkirkara Siti li kien hemm b¿onn tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 99 u nħar eġ avviż ta' infurzar CM/01011/16 49, Triq il-Kbira, Mosta Siti li kien hemm b¿onn tittieħed azzjoni skont l-Artikolu 99 u sid l-art neħħa l-kawża tal-ħsara mingħajr ma kien hemm il-ħtieġa li joħroġ avviż ta' infurzar CM/01244/16 Site at Triq G. Pullicino, Ħaż-Żebbuġ CM/00696/16 21, Triq l-Aħwa Hyzler, Birkirkara CM/00995/16 Plot 15, Triq il-Farkizzan, Industrial Estate, Mosta. CM/01059/16 Site at Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar CM/01050/16 Site at Triq it-Tamar, Qawra CM/01363/16 Site at Triq il-Ġifen, San Pawl il-Baħar CM/00386/16 Site at Triq Sant'Antnin Abbati, Mosta Siti fejn l-Awtorità għadha qed tinvestiga CM/00454/16 Site at Triq il-Gardiel, Marsaskala CM/01103/16 Site at Triq Pietru Felice, Qormi CM/01141/16 Site at Triq il-Labour/Ħal Ġwann, Żejtun CM/00254/16 11, Triq it-Turretta, Kalkara CM/01391/16 Site at Triq il-Madliena/Triq il-Majjistral, Madliena CM/01425/16 Site at Triq il-Karità, Baħrija CM/01207/16 Site at Triq il-Kappar/Triq il-Farkizzan, Mosta
Leg 12 PQ #26367 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni neqsin mid-dawl – tibdil fil-votazzjoni tal-elezzjonijiet ġenerali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk kemm-il darba huwiex previst li jiġu mressqa tibdiliet legali u amministrattivi sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet ġenerali u lokali b’metodi iktar moderni milli għandhom preżentement?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26446 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Water Services Corporation – konnessjoni tad-drenaġġ

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26245, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ifissirx li xogħlijiet oħra li saru fuq is-sistema ta’ house connections ta’ drenaġġ, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, u li mhumiex fil-lista indikata, fil-fatt jekk sarux mingħajr ma kienet infurmata l-Water Services Corporation? Billi fir-risposta jingħad li x-xogħol indikat sar skont il-proċeduri, jista’ jitlob li jerġgħu isiru spezzjonijiet fuq il-post biex jiġi aċċertat li x-xogħol għadu kif suppost?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-lista msemmija turi dawk it-taqbidiet li saru għal drainage house connections ġo San Pawl il-Baħar u li għalihom intalab permess minn Transport Malta. F’dawn ix-xogħlijiet ġew osservati l-proċeduri kollha, l-ispezzjonijiet ġew esegwiti u taqbidiet ġew mirduma. Jekk hemm xi taqbidiet oħra li saru mingħajr il-permess, il-Korporazzjoni m’hijiex infurmata dwarhom. L-ispezzjonijiet mitluba jistgħu jinvolvu l-qlugħ tal-wiċċ tat-toroq. Għalhekk, nitob lill-Onor. Interpellant li jekk għandu informazzjoni speċifika fejn ix-xogħlijiet setgħu ma leħqux il-livell meħtieġa, nitolbu jgħaddilna l-informazzjoni.
Leg 12 PQ #26535 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

No. 1 Dock – pumping station u overhead cranes

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jiġu protetti l-Pumping Station tan-No. 1 Dock u anke xi Overhead Cranes antiki li hemm f'xi mħażen, issa li l-post ingħata lill-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26395 Sitting 411 2016-06-28 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Open sites — spezzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25982, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba, matul l-aħħar sentejn, saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar (u qabel minn dawk tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar), biex jispezzjonaw plots kif deskritti fil-mistoqsija u fir-risposta għaliha? Kemm, wara d-dħul fis-seħħ tal-artiklu tal-liġi ċitat fir-risposta, saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar, kemm instabu siti li mhux denji li jibqgħu kif inhuma, u kemm ittieħdu passi s'issa biex dawn l-istess siti jingħalqu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar illi bejn l-4 ta' April 2014 u t-3 ta' April 2016 saru 233 spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorità fuq 133 każ differenti. Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-artiklu 99(1) tal-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp saru 27 spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq 21 każ differenti. Minn dawn il-21 każ instab illi 6 każijiet ma jaqgħux fil-parametri ta' dan l-artiklu tal-liġi, filwaqt li f'7 każijiet is-sid tal-art neħħa l-kawża li kienet qed tikkaġuna ħsara minħabba l-kundizzjoni tal-art. F'każ ieħor, l-Awtorità kellha toħroġ avviż ta' infurzar peress illi sid l-art ma ottemperax ruħu ma' dak mitlub mill-Awtorità. 7 każijiet oħra għadhom pendenti investigazzjoni ulterjuri mill-Awtorità.
Leg 12 PQ #26268 Sitting 410 2016-06-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ix-Xemxija – Dawret it-Nawfraġju — Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma - spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jieħu l-passi neċessarji biex f'Dawret in-Nawfraġju, (Shipwreck Promenade) ix-Xemxija jsiru spezzjonijiet neċessarji biex jiġi assigurat li ma tkomplix isseħħ ħsara fis-soqfa tal-boathouses li hemm taħt l-istess triq? Jista' jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar spezzjonijiet f'dan il-post u x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-Korporazzjoni m’humiex għaddejjin b’xi xogħlijiet f’din it-triq. Il-ħsara msemmija mill-Onorevoli Interpellant hija ri¿ultat ta’ ħsara estensiva fil-kaxxa tas-sufun ta’ house connection privata fit-triq ta’ fuq. It-tiswijiet saru mill-privat u l-Korporazzjoni aċċertat li l-infiltration waqfet għal kollox.
Leg 12 PQ #26271 Sitting 410 2016-06-27 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar – Applikazzjonijiet għall-parkeġġi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema applikazzjonijiet għall-parkeġġ (parkeġġi ta’ livell wieħed jew iktar), huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet li huma pendenti, huma għall-areas f'San Pawl il-Baħar? Kemm toffri spazji, kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet? X'qed iżżomm milli jiġu approvati dawn l-istess applikazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra , t-tagħrif mitlub. Rigward l-aħħar mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jgħid jekk hux qed jirreferi għall-applikazzjonijiet pendenti kollha msemmija fil-lista jew hux għal dawk pendenti f’San Pawl il-Baħar biss.
Leg 12 PQ #26443 Sitting 410 2016-06-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deċiżjonijiet tal-Planning Commission

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-deċiżjonijiet tal-Planning Commission humiex jiġu ppublikati kif kien isir sa xi ġimgħat ilu f'gazzetta lokali? Jekk fl-affermattiv, f'liema gazzetta qiegħed isir dan u f'liema ġurnata tal-ġimgħa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta ddaħħlet il-liġi l-ġdida tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-i¿vilupp u d-deċiżjonijiet, l-Awtorità ma baqgħetx tippubblika l-applikazzjonijiet tal-iżvilupp li tirċievi u d-deċiżjonijiet li tieħu f’gazzetta lokali iżda bdiet, skont il-liġi l-ġdida, tippubblika dawn l-istess notifiki fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-websajt tad-DOI kull nhar ta’ Ergħba. L-Awtorita’, għal numru ta’ ġimgħat, għamlet avviż fejn informat lill-pubbliku li dawn l-avviżi se jkunu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
Leg 12 PQ #26354 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi ta' bars

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi r-rapporti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u l-permessi kollha li għandhom sabiex ikunu jistgħu joperaw skont il-liġi li huma l-permess tal-PAPB, permess u applikazzjoni għall-change of use, permess oriġinali tal-Kummissarju tal-Pulizija eċċ.?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar illi l-użu kummerċjali huwa kopert b’Liċenzja tal-Pulizija u Trading Licence li nħarġu qabel l-1992 u għalhekk ma kienx hemmx bżonn ta' permessi ulterjuri mill-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #26381 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar bil-private jet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26209 u jagħti elenku tas-safar tiegħu bl-użu tal-private jet minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Għal kull safra jista jgħid ir-raġuni taż-żjara, fejn u d-data ta’ kull żjara?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed npoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #26400 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa – Pont tal-Mistra u telgħa ta’ Selmun – lampi/bozoz maqtugħin

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jissewwew il-lampi/bozoz maqtugħin li hemm tul il-Pont tal-Mistra u t-telgħa ta' Selmun, limiti tal-Mellieħa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalt a plc li fil-ġimgħat li għaddew irċevew rapport dwar il-ħsarat imsemmija u sad-data li saret din il-mistoqsija, l-ħsarat kienu diġa’ ġew irranġati. Għaldaqstant il-kumpanija m’għandha l-ebda rapporti pendenti dwar ħsarat fit-toroq imsemmija.
Leg 12 PQ #26403 Sitting 409 2016-06-27 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – vetturi — allowances

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Prim Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #26244 Sitting 408 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba – Triq it-Turisti – cables u bozza

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex cables tal-elettriku li jinsabu fil-gallarija, b'mod baxx u perikoluż, fi Triq it-Turisti, qrib il-blokk tal-flats li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (a) fl-istess triq, fil-fatt jitneħħew minn fejn qegħdin, billi qed ikerrhu l-area, u wkoll huma ta' periklu għal dawk li joqogħdu fl-istess inħawi? Jista' jieħu wkoll il-passi neċessarji biex bozza pubblika li hemm imwaħħla mal-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (b)(ukoll mibni mill-Gvern, ħdejn flats (a)) fi Triq it-Turisti, terġa' tiġi mwaħħla mas-sistema, peress li nqalgħet meta kienu nqalgħu l-cables imsemmija hawn fuq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-cables tal-elettriku ser jiġu rilokati fil-jiem li ġejjin. Fir-rigward tal-bozza pubblika, ġejt infurmat li kif il-lampa tiġi mressqa mill-Kunsill Lokali u wara li l-Kunsill Lokali idaħħal l-applikazzjoni STL skont il-proċedura stabilita', din tkun tista’ terġa’ tiġi kkonnetjata.
Leg 12 PQ #26245 Sitting 408 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Water Services Corporation – konnessjoni tad-drenaġġ

Question

Billi f'risposta għal domanda parlamentari preċedenti, ingħad li l-Water Services Corporation (WSC) daħħlet sistema li permezz tagħha, meta u fejn ikun ser isir xogħol ta' konnessjoni tad-drenaġġ, personnel mill-istess korporazzjoni jiltaqgħu mal-kuntrattur li jkun ser iwettaq ix-xogħol u jiftehmu miegħu kif għandu jagħmel l-istess xogħol, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba, u f'liema toroq, matul dawn l-aħħar sitt xhur, personnel mill-WSC iltaqgħu ma' kuntratturi li kienu ser iwettqu xogħol f'xi waħda mit-toroq ta' San Pawl il-Baħar? F'liema toroq kellu jsir ix-xogħol li għalih ingħataw direttivi dwar kif għandu jsir ix-xogħol, xahar b'xahar, f'dan il-perjodu, u x'passi ttieħdu wara? F'kemm-il każ instab li fil-fatt ma nżammux il-proċeduri li kellhom jiġu osservati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li f’dawn l-aħħar sitt xhur personnell min-naħa tal-Korporazzjoni iltaqgħu ma’ diversi kuntratturi li applikaw biex jagħmlu drainage house connection għall-privat. Ix-xogħlijiet saru f’dawn it-toroq fix-xhur indikati. Fil-każi kollha l-proċeduri ġew osservati. Jannar 2016 Triq San Pawl Frar 2016 Triq San Ġwann Battista Triq il-Port Ruman u Triq it-Tamar Triq il-Fekruna Marzu 2016 Triq il-Luzzu Triq il-Makku Triq Parades Mejju 2016 Triq l-Isturjun Ġunju 2016 Triq San Luqa
Leg 12 PQ #26246 Sitting 408 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilma msoffi mid-drenaġġ għand il-bdiewa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li fil-fatt jitwassal l-ilma msoffi mid-drenaġġ għand il-bdiewa? Kemm mill-proġett ta' tqegħid ta' mains, minħabba dan il-proġett huma lesti? Kemm fadal li jitqiegħdu mains, fejn, u meta hu mistenni li jitqiegħdu l-mains biex il-bdiewa jkunu jistgħu jibdew jużaw dan l-istess ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-impjanti qegħdin jiġu installati biex aktar tard din is-sena jkun jista’ jibda l-ittesstjar u l-commissioning tal-impjanti. Is-sistema ta’ pajpijiet li ser tkun qed twassal l-ilma sa Sant’Antnin (minn Ta’ Barkat), sa Binġemma (minn Taċ-Ċumnija) u sa Kerċem (minn Ras il-Ħobż Għawdex) qegħda fi stat avvanzat. Il-bdiewa ser ikunu jistgħu jużaw dan l-ilma permezz ta’ bowsers ipprovduti minnhom stess. Il-Korporazzjoni għaddejja wkoll bi preparamenti biex tapplika għal fondi Ewropej ħalli tkun tista’ tifrex is-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ dan l-ilma.
Leg 12 PQ #26247 Sitting 408 2016-06-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar – servizzi ta’ dawl u ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' servizzi ta' dawl u ilma, skont il-kategoriji differenti ta' ħlas li jsir lill-ARMS Ltd, fil-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar, lokalità lokalità, u kategorija differenti f'kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed ngħaddi l-informazzjoni mitluba hekk kif mgħotija lili mill-ARMS Ltd. Kategorija Lokalita' Mellieħa Naxxar San Pawl il-Baħar Electricity Domestic 3,646 1,479 11,301 Electricity Non-Residential 1,344 1,015 2,358 Electricity Residential 3,208 4,079 6,852 Water Domestic 3,693 1,347 10,612 Water Non-Residential 760 687 1,858 Water Residential 3,190 4,055 6,817
Leg 12 PQ #26134 Sitting 407 2016-06-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bieb il-Belt – operatur tal-istabbiliment – kundizzjonijiet u titolu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26038, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’titolu u x’kundizzjonijiet għandu l-operatur tal-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hemm biswit l-entratura tal-ground tal-football fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet, li l- proprjetà li qed jagħmel riferenza għaliha huma ¿ewġt iħwienet separati li kienu mikrija lill-istess persuna. L-operatur ta’ dawn i¿-¿ewġ stabbilimenti li d-dettalji dwarhom ngħataw separatament kellu l-kirja ta¿-zewġ fondi tterminata f’Diċembru tal-2010 minħabba l-proġett tal-Bus Terminus. Madankollu, peress li dak i¿-¿mien il-GHRC ma nkluditx i¿-¿ona fejn hemm dawn il-fondi, fil-pjan tal-i¿vilupp tal-Proġett tal-Bus Terminus, fl-istess ¿mien ġie deċi¿ li lill-operatur jinħarġulu encroachment permits biex ikompli jokkupa i¿-¿ewġ fondi bħala ħwienet.
Leg 12 PQ #26135 Sitting 407 2016-06-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bieb il-Belt – Terminus tat-trasport pubbliku – kiri ta’ gabbani/outlets/bankarelli

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26035 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti dwar kirjiet/titolu tal-gabbani/outlets/bankarelli kollha li joperaw fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt, u jagħti l-informazzjoni għal kull kirja/titolu individwali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet tal-kiosks li hemm f’Bieb il-Belt kienu ġew terminati fl-2011 minħabba l-proġett tal-Bus Terminus u Bieb il-Belt u għadhom hekk sallum. Id-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern m’għandux informazzjoni dwar il-hawkers li hemm peress li dawn joperaw taħt it-Trading Licence Act u ma jinħarġilhom l-ebda permess mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dwar il-kjosks li nbnew fuq il-parti fejn sar il-proġett tal-Bus Terminus, dawn ma ġewx allokati mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern i¿da l-permessi kienu ngħataw minn Transport Malta. Bħalissa għaddej xogħol ta’ koordinament bejn il-GHRC, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern u Transport Malta sabiex jitkompla l-proġett tal-Bus Terminus.