Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-ammont stmat fil-budget 1999 biex jiġu mpjegati aktar probation officers?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont stmat biex jiġu mpjegati Probation Officers u Trainee Probation Officers ġodda matul din is-sena hu ta' madwar Lm35,000.
01.02.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-criminal offenders ġew mogħtija probation officer matul dawn l-aħħar erba' snin u li kienu jew huma ssupervizjonati mill-Probation Officers ta' St. Elmo's Probation Unit?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
01.02.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw warrants lill-persuni biex jaħdmu ta' Probation Officers sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-1994, meta l-Probation Services għaddew taħt ir-respnsabbilita' tad-Direttorat Ġenerali ta' l-Intern, sal-lum ġew appuntati 7 persuni bħala Probation Officers.
01.02.99
Tista' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tieħu konjizzjoni tal-fatt li t-talba pendenti għal ħażna ta' pitrolju fi Triq is-Snajja', l-Imsida hija ta' periklu kbir għar-residenti fl-inħawi? Isiru konsultazzjonijiet ma' l-Awtorita' tas-Saħħa qabel jinħarġu permessi simili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet il-konsultazzjonijiet kollha neċessarja inklużi dawk mad-Dipartiment tas-Saħħa.
F'każijiet simili, dejjem ikun hemm dawn it-tipi ta' konsultazzjonijiet.
01.02.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi wara rapporti li dehru fl-istampa lokali jallegaw li diversi attentati ta' qtil saru f'pajjiżna dan l-aħħar li setgħu kienu xogħol barranin li ġew ikkummissjonati għal dan il-għan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija, sakemm ma jkunx hemm prova kuntrarja, ma' teskludi ebda linja ta' investigazzjoni.
01.02.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk Popeye Village għaddietx b'ċens, b'tender, b'kirja eċċ lill-kumpannija li qed topera llum?
Kull meta jiġġedded il-perijodu taċ-ċens/tender/kirja eċċ lil din il-kumpannija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kumpanija 'Anchor Bay Services Ltd' baqgħet topera 'Popeye Village' wara ftehim li kienet waslet għalih mal-MIMCOL f'Jannar 1990.
Hemm il-ħsieb li l-Gvern joħroġ sejħa għall-offerti għall-kiri ta' l-istess sit fil-futur immedjat.
27.01.99
In vista' ta' l-aħħar tweġiba parlamentari rigward il-manutenzjoni ta' l-għassa tal-pulizija ġewwa r-raħal ta' Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jikkunsidra li jinkariga uffiċjali sabiex isir rapport ta' dak li hemm bżonn li jsir bħala tiswija u jistax jinkludi rappreżentant tad-Dipartiment tal-Mużewijiet?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser ikun ikkunsidrat fid-dawl ta' dak li ngħad fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2483 f'Seduta 29.
27.01.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali ta' partijiet mis-swar tal-Kottonera u tal-Belt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għad trid tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
27.01.99
In vista tat-tweġiba parlamentari numru 3332, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk humiex se jittieħdu passi għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni tal-Fortizza ta' San Anard, jew hux se jkun hemm ripresa ta' parti biss minnha jew hux se jkun hemm tiġdid tal-lokazzjoni, billi jidher li din ġiet fit-tmiem fit-18 ta' Ottubru, 1997?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Art għadu mhux f'pożizzjoni li joffri sit alternattiv liż-żewġ farms li preżentement qed jokkupaw l-istess forti.
27.01.99
In vista tat-tweġiba parlamentari numru 3332, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux se jittieħdu passi għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni tal-Forti San Tumas, Wied il-Għajn, jew hux se jkun hemm ripresa ta' parti biss minnha, jew hux se jkun hemm tiġdid tal-lokazzjoni billi jidher li din ġiet fit-tmiem fis-16 ta' Awissu, 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-lokazzjoni ġiet terminata u ċ-ċwievet tal-Forti San Tumas issa qegħdin f'idejn id-Dipartiment ta' l-Estate Management. Qiegħed jiġi studjat l-aħjar użu li jista' jsir minn din il-proprjeta', anke fid-dawl ta' talba li saret mill-Kunsill Lokali ta' Marsacala.
27.01.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm200 iżda li ma jaqbżux il-Lm500 bħala ħlas fis-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus mogħtija mill-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm200 iżda li ma jaqbżux il-Lm500 fis-sena hu ta' 1,107.
27.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn residenti barranin li għandhom 'il fuq minn 60 sena jgħixu ġo pajjiżna llum?
Response (BORG, TONIO)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal-barranin li għandhom permess ta' residenza (residence permit) biex jgħixu Malta.
Ninsab infurmat li għalkemm s'issa ma tinżammx statistika dwar l-eta' ta' din il-kategorija ta' persuni, minn riċerka li għamel id-Dipartiment konċernat huwa stmat li hawn madwar 700 minnhom li għandhom 'il fuq minn sittin sena.
27.01.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni miżmuma l-ħabs bħalissa? Kemm hemm barranin u ta' liema nazzjonalita'? Kemm hemm persuni li diġa' qegħdin jiskontaw sentenza? Kemm qegħdin jistennew biex jgħaddu ġuri? Kemm qegħdin miżmuma jew għaliex il-qorti hekk ordnat qabel/waqt il-kumpilazzjoni tagħhom jew għaliex ma jistgħux iħallsu l-pleġġ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-14 ta' Jannar, 1999, in-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 242, filwaqt li 30 priġunier ieħor kienu l-Imtaħleb (SATU), l-Isptar San Luqa u Monte Carmeli, jew bil-'Prison Leave' il-Caritas, is-Sedqa u Dar Nazaret.
Rigward in-numru ta' priġunieri ta' nazzjonalita' barranija, ninsab infurmat li dan kien ta' 77, u li l-pajjiżi minn fejn ġew huma kif ġej : -
Libja Jugoslavja Turkija
Tuneżija Alġerija Kanada
Ingilterra Olanda Ġordan
Italja Gambia Palestina
Eġittu Lebanon
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' priġunieri li qed iservu sentenza kien ta' 169, filwaqt in-numru ta' dawk taħt arrest preventiv kien ta' 103.
Wieħed ma jistax jgħid kemm huma dawk li finalment ser jgħaddu ġuri. Dan għaliex il-każijiet ta' uħud minnhom għadhom fi stadju ta' kumpilazzjoni, filwaqt li ta' l-oħrajn, għalkemm il-kumpilazzjoni ntemmet, għad ma kienx hemm deċiżjoni dwar jekk il-każ tagħhom għandux jinstema' quddiem ġuri jew le.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba.
26.01.99
Jista' l-Ministru jgħid mill-persuni miżmuma l-ħabs kemm minnhom għandhom: a) taħt il-25 sena iżda aktar minn 21 sena; (b) taħt il-21 sena iżda aktar minn 18-il sena; (c) taħt it-18-il sena; (d) kemm f'kull każ huma barranin u ta' liema nazzjonalita' huma; u (e) kemm minnhom diġa' qegħdin jiskontaw sentenza ta' ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
26.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti xahar b'xahar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 fuq vjolenza domestika? Kemm minn dawn il-każijiet inqatgħu u x'kienet il-piena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istatistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx mill-Pulizija.
26.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti xahar b'xahar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 fuq stupru? Kemm minn dawn il-każi nqatgħu u x'kienet il-piena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istatistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx mill-Pulizija.
26.01.99