Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19000 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Chairman

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18652, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni mistoqsija, jiġifieri min attenda għal dawn il-laqgħat bl-ismijiet ta' dawk preżenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għal laqgħat: * fil-5 ta' Ġunju 2000 kien hemm preżenti Paul Midolo, Kenneth Vella, Raymond Mifsud, Pio Saliba, Randolph Camilleri, Mario Meli, Ray Clifton, Joe Cordina, Lucienne Cassar u Frans Catania * 30 ta' Ġunju 2000 - kien hemm preżenti Paul Midolo, Kenneth Vella, Pio Saliba, Alfred Ciangura, Joe Cordina, Randolph Camilleri, Raymond Mifsud u Mario Meli.
Leg 9 PQ #19001 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Safar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18656, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefru kull membru li huma msemmija li siefru fit-tweġiba mogħtija f'Seduta 360? Jista' jgħid jekk f'kull każ kenux akkumpanjati minn xi nies li m'humiex membri tal-Malta Racing Club? Jekk iva, min kienu dawn in-nies u lil min jirrappreżentaw u min ħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-membri li siefru matul l-istaġun 1999 - 2000 kienu - Pio Saliba (2) - Kungress tal-UET f'Jannar: Seminar tal-UET dwar użu ta' internet u computers fi Frar. Kenneth Vella (3) - Jannar għal Kungress tal-UET: Ġunju bħala uffiċjal jakkumpanja lis-sewwieq Mario Seguna fil-kampjonat tal-Mediterran tat-Trott f'Ruma, Awissu - b'emerġenza minflok Mario Meli li fl-aħħar ħin kien indispost mar Moska bħala uffiċjal jakkumpanja lis-sewwieq Tony Cauchi għal Kampjonat Ewropew għal Sewwieqa Apprendisti organizzat mill-UET. Alfred Ciangura (1) - Mejju - Jakkumpanja lis-sewwieq George Schembri fl-Olanda u l-Belġju għall-Kampjonat tas-Sewwieqa Professjonali organizzat mill-UET. Raymond Mifsud (1) - Ġunju - Flimkien ma' Kenneth Vella kien bħala uffiċjal jakkumpanja lil Mario Seguna fil-kampjonat ta' Ruma. Lucienne Cassar (1) - Lulju - Flimkien ma' Randolph Camilleri akkumpanjat lil Noel Baldacchino waqt kampjonat ta' ħbiberija f'Moska. Randolph Camilleri (1) - Lulju - Akkumpanja lil Noel Baldacchino waqt kampjonat ta' ħbiberija f'Moska flimkien ma' Lucienne Cassar. Simone Zammit Endrich (1) - Attendiet għal Kungress tal-UET f'April ġo Berlin. Fil-każ ta' parteċipazzjoni fil-kampjonati tal-UET, l-akkomodazzjoni tas-sewwieq u ta' l-uffiċjal kienet imħallsa mill-pajjiż organizzattiv: fil-każ ta' parteċipazzjoni fil-kampjonat tal-Mediterran tat-Trott f'Ruma l-organizzaturi ħallsu kemm l-akkomodazzjoni u anki l-passaġġ tas-sewwieq u anki l-akkomodazzjoni ta' uffiċjal: fil-każ tal-Kampjonat f'Moska l-organizzaturi ħallsu l-akkomodazzjoni ta' sewwieq u uffiċjal. Wieħed irid jirrimarka li minn dawn il-vjaġġi joħorġu ukoll il-ġid. Jinbnew kuntatti ġodda għall-futur filwaqt li ċertu sewwieqa kellhom riżultati pożittivi għal Tony Cauchi li spiċċa fl-ewwel post fil-kampjonat tal-apprendisti u Noel Baldacchino li f'kampjonat ta' ħbiberija f'Moska spiċċa fir-raba' post.
Leg 9 PQ #19034 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskola primarja ta' Bormla hux se jkollha kap ta' skola din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola primarja ta' Bormal se jkollha Kap.
Leg 9 PQ #18997 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Finanzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18410, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li għadda lid-dipartiment konċernat ta' l-universita' u kemm minn dawn il-flus għaddew għand Dr. Cannataci u Prof. Chircop?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-Ċentru ta' l-Istudji għall-Kommunikazzjoni u Teknoloġija ta' l-Universita` li għamel ir-Rapport fuq ix-xandir pubbliku tħallas Lm2400 li minnhom ma tħallsu xejn la lil Dr Joseph Cannataci u lanqas li Prof. Saviour Chircop.
Leg 9 PQ #18539 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skolasajf — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li bdew jattendu l-iskolasajf din is-sena? X'kien l-istess numru għas-sena 99, 98 u 97?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ħadu sehem fi Skola Sajf kien: SENA NUMRU TA' STUDENTI 1997 4559 1998 3840 1999 3945 2000 4002.
Leg 9 PQ #18569 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati/ingaġġati nies fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali mis-26 t'Ottubru 1998 sal-lum? X'inhu l-impjieg tagħhom? Full-time jew part-time? Kemm qed jitħallsu? Minn fejn huma dawn il-ħaddiema? Saru avviżi fil-ġurnali għall-ingaġġ tagħhom u kien hemm il-permess ta' l-ETC? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dati ta' l-avviżi u r-riferenza tal-permess relevanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tad-domanda nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17820. Dawn l-impjegati kollha ġew ingaġġati mill-E.T.C. Għalhekk ma kienx hemm bżonn ta' avviżi fil-ġurnali. Il-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali jitħallsu dawn il-pagi. Deckhand - Lm 59 fil-ġimgħa Cleaner - Lm 56 fil-ġimgħa General Hand - Lm 64 fil-ġimgħa Front Office Staff - Lm284 fix-xahar.
Leg 9 PQ #18986 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Gradi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija numru 17730 jista' l-Ministru jagħti l-gradi f'kull suġġett ta' l-2,446 student/a li għaddew? Jista' l-Ministru jagħti wkoll il-gradi ta' dawk li għaddew minn xi suġġett jew aktar iżda mhux mill-ħamsa li huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-2,446 student/a li għaddew mis-suġġetti kollha fl-eżami għad-dħul fl-ewwel klassi tal-Junior Lyceum 2000 ġabu l-gradi kif ġej: GRAD MALTI INGLIŻ MATEMATIKA RELIĠJON STUDJI SOĊJALI A 305 279 267 429 264 B 897 923 887 847 1029 C 1235 1244 1292 1149 1146 Eżenti 9 0 0 21 7 TOTAL 2446 2446 2446 2446 2446 Il-gradi ta' dawk li għaddew minn xi suġġett jew aktar iżda mhux mill-ħames suġġetti huma kif ġej: GRAD MALTI INGLIŻ MATEMATIKA RELIĠJON STUDJI SOĊJALI A 1 1 2 4 0 B 55 42 37 67 54 C 1050 234 334 1856 1333 D 867 1175 958 224 636 E 236 770 889 49 197 Eżenti 8 0 0 21 8 Assenti 59 63 65 64 57 TOTAL 2285 2285 2285 2285 2285
Leg 9 PQ #18989 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Hamrun — Victor Tedesco Stadium

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istadjum ta' kif il-gvern jista' jgħin fit-tkomplija ta' Victor Tedesco Stadium fil-Hamrun? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ħareġ flus il-gvern għal dan l-istess ground?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18990 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isport — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarji tagħhom mid-dipartiment ta' l-isport u jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra għandhom fix-xahar u f'liema grad qegħdin u x'tip ta' xogħol jagħmlu? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-ħaddiema li huma on loan, on secondment, jew inkella t-trasferiment tagħhom għadu mhux uffiċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18991.
Leg 9 PQ #18991 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment taż-Żgħażagħ — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati li jirċievu s-salarji tagħhom mid-dipartiment taż-Żgħażagħ u jgħid x'salarji, benefiċċji u allowances oħra għandhom fix-xahar u f'liema grad qegħdin u x'tip ta' xogħol jagħmlu? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-ħaddiema li huma on loan, on secondment jew inkella t-trasferiment tagħhom għadu mhux uffiċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jidhirlix li hi l-prassi u lanqas jidhirli li amministrattivament jagħmel sens li d-Dipartimenti tal-Gvern jippubblikaw it-tagħrif mitlub mill-Onor. Membru. Filwaqt li l-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi dejjem jista' jindaga materji fil-kompetenza tiegħu, l-Onor. Membru jista' wkoll jagħmilli mistoqsijiet fuq punti li huma speċifiċi.
Leg 9 PQ #19015 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti, sena b'sena, li jattendu fl-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Fgura u Xgħajra? Kemm hu n-numru ta' għalliema għal kull skola?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19113 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Interim From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li f'Birżebbuġa jsiru faċilitajiet sportivi bħal 5 aside?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19115 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru ta' Rekreazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li jinfetaħ ċentru ta' rekreazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru li jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #18523 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti Universitarji — Skema tax-xogħol

Question

Studenti universitarji li jieħdu sehem fl-iskema tax-xogħol fis-sajf, xi ħlasijiet kienu jirċievu individwalment fis-sajf ta' l-1997, 1998, 1999 u 2000? Jista' jagħti t-tweġiba bis-somma li kien jieħu b'kollox l-istudent?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskema tas-sajf fl-1997 studenti kienu jirċievu ħlas ta' Lm460.48 għal 250 siegħa xogħol mifruxa fuq 10 ġimgħat. Fl-iskema tas-sajf fl-1998 studenti kienu jirċievu ħlas ta' Lm252.08 għal 160 siegħa xogħol mifruxa fuq 8 ġimgħat. Fl-iskema tas-sajf fl-1999 studenti kienu jirċievu ħlas ta' Lm259.66 għal 160 siegħa xogħol mifruxa fuq 8 ġimgħat. Fl-iskema tas-sajf fl-2000 studenti sejrin jirċievu ħlas ta' Lm264.00 għal 160 siegħa xogħol mifruxa fuq 8 ġimgħat. Ikun hemm tnaqqis pro-rata għal min jaħdem siegħat inqas mill-ħin mitlub.
Leg 9 PQ #18524 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi qed jittieħdu dan is-sajf ma' studenti ta' l-iskejjel speċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan is-sajf, kien hemm tliet skejjel speċjali li pparteċipaw fil-programm SKOLA SAJF. Dawn l-iskejjel huma: L-iskola San Miguel, St Andrews, l-iskola Helen Keller, Qrendi, u l-Unit Speċjali li hemm is-Sannat Għawdex.
Leg 9 PQ #18525 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skolasajf

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li qed jieħdu sehem fi skolasajf? F'liema lokalitajiet? X'support qed jingħataw? X'taħriġ ingħataw dawk il-persuni li qegħdin ma' dawn it-tfal b'diżabilita'? Xi kwalifiki għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal b'diżabilita` li attendew Skola Sajf kien ta' 78. Dawn it-tfal attendew f'dawn il-lokalitajiet: Birżebbugia - B'Kara - Dingli - Fgura - Floriana - Gudja - Gżira - Ħamrun (GP) - Ħamrun (SS) - Lija - Marsaskala - Mosta - Msida - Mtarfa - Nadur - Naxxar - Paola - Pembroke - Qormi (SS) - Qormi (SG) - Rabat - San Ġwann - Sliema - St Julians - St Paul's Bay - St Venera - Tarxien - Valletta - Żebbuġ - Żurrieq. It-tfal ingħataw is-servizz ta' facilitator li fil-parti l-kbira tagħhom kienu l-istess facilitators li jaħdmu mat-tfal matul is-sena skolastika. Ħamsa minnhom kienu studenti universitarji li ġew segwiti minn nies kwalifikati.
Leg 9 PQ #18981 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bighi — Ċentru Nazzjonali għar-Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hu jew is-Segretarju Parlamentari kenux jafu jew kenux informati minn min hu konċernat dwar xogħol li kien qed isir mingħajr il-permessi meħtieġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fiċ-Ċentru Nazzjonali għar-Restawr ġewwa Bighi?

Response (GALEA, LOUIS)

Le, ma konniex nafu.
Leg 9 PQ #19014 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Old Navy Hospital

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamenari numru W198?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-restawr u r-refurbishment ta' l-East Wing Old Naval Hospital ta' Bighi sewa' mal-Lm120,000 fi ħlasijiet għal materjal u għall-overtime tal-ħaddiema, liema flus intnefqu fil-perijodu Lulju 1999 - Lulju 2000. Dan ix-xogħol jinkludi x-xogħol kollu ta' restawr ta' ġebla, kisi, dawl, ilma u aperturi f'bini kbir ta' 7,920 metru kwadrat fuq tliet sulari. Ix-xogħol ma sarx minn kuntrattur iżda sar kważi kollu minn ħaddiema tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni (ħlief għal-ċertu xogħol anċillari għal installazzjoni ta' air-conditioners li sar mill-ħaddiema tal-kuntrattur li wieġeb għal sejħa għall-offerti li xxandret fil-gazzetta tal-Gvern). Fejn kien hemm ħtieġa tas-servizzi ta' periti, dawn ingħataw mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Il-konsulent f'dak li hu restawr arkitettoniku ta' l-East Wing kien dott. Claude Busuttil.
Leg 9 PQ #19016 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Villa Bighi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W197?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm ebda bini ġdid wara Villa Bighi fil-Kalkara.
Leg 9 PQ #19018 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Old Naval Hospital

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W202?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-informazzjoni li għandha l-Onor. Membru tidher li hi żbaljata. Ebda ħitan ta' l-East Wing Old Naval Hospital Bighi, il-Kalkara li nfetaħ fit-3 ta' Mejju 2000 ma nbarax mill-ġdid jew qiedħed jinbarax mill-ġdid, u wisq anqas "il-ħitan kollha" kif allegat fil-mistoqsija ta' l-Onor. Membru. Dan il-fatt ma jeskludix li fejn saru jew fejn għad iridu jsiru "test patches" bil-għan li jiġu ppruvati materjali differenti matul il-proċess tar-restawr tal-bini, ma jkunx hemm bżonn li jsir ċertu xogħol fuqhom, iżda dawn il-każijiet huma l-eċċezzjoni u mhux ir-regola .