Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjonijiet każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu problema li tirrigwarda pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Djar tal-Anzjani — Applikazzjoni pendenti

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-koppja li d-dettalji dwara qed jintbagħtu separatament peress li ilha li applikat biex tidħol fi dar tal-anzjani u s'issa għadha bla risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata aktar tard.

Impjegati — każ dwar ħlas pendenti

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li taħdem il-Ħdud u mhux qed titħallas?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Din il-mistoqsija parlamentari għandha tingħata lill-Ministru ikkonċernat.

Postijiet tal-Gvern — Talba għal bdil

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilu bla risposta mill-Awtorità tad-Dar rigward bdil ta' post?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikant u l-mara tiegħu applikaw biex ibiddlu l-fond tagħhom nhar l-24 ta’ Diċembru, 1993. Huma għandhom bżonn post isfel peress li l-koppja għandhom probema ta’ mobilità u ma jistgħux jitilgħu taraġ. Il-lokalità preferuta tagħhom hija Paola. L-applikazzjoni tagħhom qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

Konvenji — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tixtieq tixtri l-post fejn qed tgħix u wara li għamlet il-kuntratt tal-konvenju qalulha li ma tistax?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma akkwistatx il-permessi neċessarji sabiex tkun tista’ tipproċedi bil-bejgħ ta’ dan il-post mingħand il-Kummissarju tal-Artijiet peress li l-art għadha ma ġietx akkwistata mill-Gvern.