Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #10081 Sitting 170 2014-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) — kumpess sportiv - impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Kumpless Sportiv tar-Rabat Għawdex u x'inhu x-xogħol ta' kull impjegat f'dan il-kumpless? Hemm Bord li jmexxi dan il-Kumpless Sportiv? Jekk le kif jitmexxa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fil-Kumpless Sportiv t’Għawdex huwa ta’ 32. Lista dettaljata tal-ħaddiema tal-Kumpless Sportiv u d-doveri tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Kumpless Sportiv t’Għawdex m’għandux board ta’ tmexxija. It-tmexxija ta’ din l-entita’ governattiva hija koordinata mid-Direttur tal-Customer Services fil-Ministeru għal Għawdex, mill-Uffiċċjal inkarigat mill-Kumpless Sportiv u l-Uffiċċju Amministrattiv tal-istess Kumpless.
Leg 12 PQ #10082 Sitting 170 2014-07-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Iż-Żebbuġ (Għawdex — Shooting Range ta' Għajn Mellel - impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fix-shooting range ta' Għajn Mellel fiż-Żebbuġ u x'inhu x-xogħol ta' kull impjegat f'din ix-shooting range? Hemm Bord li jmexxi din ix-shooting range? Jekk le kif titmexxa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fix-Shooting Range ta’ Għajn Melel fiż-Żebbuġ Għawdex huwa ta’ 5. Lista dettaljata tal-ħaddiema fix-Shooting Range u d-doveri tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ix-Shooting Range ta’ Għajn Melel m’għandux board ta’ tmexxija. It-tmexxija ta’ din l-entita’ governattiva hija koordinata mid-Direttur tal-Customer Services fil-Ministeru għal Għawdex, mill-Uffiċċjal inkarigat mill-Kumpless Sportiv t’Għawdex, u minn Kumitat amministrattiv tax- Shooting Range.
Leg 12 PQ #10021 Sitting 169 2014-06-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Vapur t’Għawdex — kafeterija

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fuq il-vapur t’Għawdex ma jibqax jirrepeti ruħu dak li qed jiġri bħalissa (is-Sibt, 21 ta’ Ġunju 2014 - 23:53) jiġifieri ma tibqax tingħalaq il-kafeterija ta’ fuq il-vapur, matul dawn il-vjaġġi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat illi l-kafetterija qiegħda tingħalaq għal vjaġġi mill-Imġarr ta’ bejn 00.45 u 03.30 u dan daħal fis-seħħ mit-23 ta’ Ġunju 2014, meta l-Kumpanija Gozo Channel qalbet għall-iskeda tas-sajf. Sabiex il-klijenti li jużaw dawn it-tlett vjaġġi jkunu moqdija, wieħed jista’ isib servizzi alternattivi ta' catering
Leg 12 PQ #10034 Sitting 169 2014-06-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Safar — Nefqa

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 9773 u 9443, peress li s'issa kull qal kien biss li kull safra swiet medja ta' €2,400 iżda ma weġbix il-mistoqsijiet l-oħra, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ kull delegazzjoni oħra tal-Ministeru, kif ukoll ta’ uffiċċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet eċċ? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċċjali f’kull delegazzjoni u xi grad għandhom f’ kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (REFALO, ANTON)

Ma għandi xejn x’inżid ma mistoqsija parlamentari 9773, għajr li l-iskop hu dejjem sabiex jitkattar il-ġid f’Għawdex.
Leg 12 PQ #10035 Sitting 169 2014-06-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Skema “Greener and Cleaner Gozo”

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9415 fejn qal li l-iskema ‘Greener and Cleaner Gozo’ bdiet u l-persuni qed jingħataw taħriġ, jista' l-Ministru jgħid kemm nies qed jaħdmu jew jitħarrġu taħt din l-iskema fil-preżent? Kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol kull wieħed minn dawn il-persuni li qed jaħdmu jew jitħarrġu taħt din l-iskema? Kemm hu l-ħlas fil-ġimgħa li qed jieħu min jaħdem jew jitħarreġ taħt din l-iskema? Dawn il-persuni ngħataw kuntratt u jekk iva għal kemm żmien huwa dan il-kuntratt? Dawn il-persuni tneħħew mir-reġistru ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9415.
Leg 12 PQ #10039 Sitting 169 2014-06-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – priority boarding

Question

In vista ta’ dak li kien qal f’risposti għal mistoqsijiet parlamentari oħra, jista’ l-Ministru jgħid meta se tibda titħaddem is-sistema ta’ priority boarding mill-Gozo Channel? Kif se titħaddem din is-sistema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ma għandi xejn x’inżid ma l-aħħar tweġiba li tajt fuq dan is-suġġett.
Leg 12 PQ #10040 Sitting 169 2014-06-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner daħal f’Għawdex mill-1 ta’ Jannar sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant ili kien ippjanat li jidħlu żewġ cruise liners barra l-port tal-Imġarr fix-xahar ta’ Mejju, imma minħabba l-maltemp dawn kellhom jiġu kkanċellati. Ninsan infurmat ukoll illi fis-27 ta’ Gunju daħal ukoll cruise liner barra Kemmuna.
Leg 12 PQ #10000 Sitting 167 2014-06-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Magazine Lets Gozo — pubblikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ppublikat l-aħħar darba l-magazine ‘Lets Gozo’? Għaliex ma baqax jiġi ppublikat? L-għajnuna li kien jagħti l-Ministeru għal Għawdex għal dan il-magazine bl-intenzjoni li jippromwovu lill-Għawdex, baqgħet tingħata?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar edizzjoni li ġiet ippublikata il-magazine ‘Let’s Gozo’ kienet ta’ April/Mejju/Ġunju 2013.
Leg 12 PQ #10001 Sitting 167 2014-06-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – faċilitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-faċilitajiet sportivi f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex huma: 1. Il-Kumpless Sportiv tar-Rabat . 2. Shooting Range f’Għajn Malel, iż-Żebbuġ. 3. Il-Korsa ta’ Xħajma (amministrata mill-Gozo Horse Racing Association) 4. Gozo Stadium (amminstrat mill-Gozo Football Association)
Leg 12 PQ #10002 Sitting 167 2014-06-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Triq minn Nadur sar-Ramla – xogħlijiet fuq it-tieni parti tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata bidu għax-xogħol fuq it-tieni parti tat-triq li twassal minn Nadur sar-Ramla wara li l-ewwel parti kienet tlestiet fil-leġiżlatura l-oħra?

Response (REFALO, ANTON)

Ma għandi xejn x’inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6944.
Leg 12 PQ #10003 Sitting 167 2014-06-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Triq minn San Lawrenz sad-Dwejra – finishing coat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata l-finishing coat tat-triq li twassal minn San Lawrenz sad-Dwejra wara li x-xogħol fuq din it-triq kien sar fil-leġiżlatura li għaddiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li t-triq li minn San Lawrenz twassal għad-Dwejra qiegħda fi stat tajjeb u l-aħħar kisja tingħata aktar 'il quddiem meta jkun il-waqt.
Leg 12 PQ #10004 Sitting 167 2014-06-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq it-Torri Sopu – retaining wall

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu fuq Triq it-Torri Sopu fin-Nadur fejn hemm retaining wall li jidher li hu fil-periklu li jċedi? Saru rapport fuq dan ir-retaining wall? X’inhu l-pjan tal-Ministeru fuq dan ir-retaining wall?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li qed jitħejja dokument biex toħroġ offerta għax-xogħol meħtieġ biex jitranġa dan ir-retaining wall.
Leg 12 PQ #9964 Sitting 166 2014-06-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – Bord tal-Kumpanija — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Bord tal-kumpanija Gozo Channel? Min huma dawn il-membri? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta’ membri f’dan il-Bord fis-sena 2012?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Gozo Channel jikkonsisti f’disa’ membri. Dawn huma Joe Cordina, Lisa Brooke, Victor J. Borg, Michael Attard, Josianne Cutajar, Carmel Muscat, Kevin Mompalao, George Said u George Camilleri. Fl-2012 il-bord tad-diretturi kien jikkonsisti f’disa’ membri.
Leg 12 PQ #9551 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Bordijiet tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Għawdex mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla inħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kien iċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li nħatru f’kull pożizzjoni vakanti?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari 9545.
Leg 12 PQ #9685 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid għal kull każ, x’kien ix-xoghol, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija fil-perjodu msemmi, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Gozo Channel Company Limited.
Leg 12 PQ #9808 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana – Lejliet Lapsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex wara tant snin, din is-sena l-attività kulturali Notte Gozitana – Lejliet Lapsi ma saritx f’Lejliet Lapsi? Se ssir f’xi data oħra u jekk iva, meta?

Response (REFALO, ANTON)

Bħalma jaf l-Onor. Interpellant f’Ghawdex qed isiru diversi attivitajiet minn żmien għal żmien biex iħajru aktar turiżmu intern lejn Għawdex u dawn kienu suċċess kbir għalhekk se jkomplu jkunu organizzati fiż-żmien li ġej taħt diversi ismijiet. Din is-sena ma kellnix Lejlet Lapsi iżda s'issa diġà kellna diversi attivitajiet simili.
Leg 12 PQ #9809 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Budget allokat – inizzjattivi u proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizzjattivi u proġetti saru s’issa taħt il-vot Eko-Għawdex mill-budget allokat għas-sena 2014?,Kemm swiet kull inizjattiva jew proġett? Kif inhu maħsub li jintuża l-bilanċ li fadal?

Response (REFALO, ANTON)

Jiena nfurmat li sal-aħħar ta’ Mejju, mill-vot EkoGħawdex kienet saret in-nefqa ta’ €120,234.43 Il-bilanċ li fadal huwa kommess kollu fuq proġetti u inizjattivi marbuta ma’ din il-viżjoni.
Leg 12 PQ #9820 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Gozo Channel - executive chairman

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9584, jista' l-Ministru jgħid kemm kellu paga u perkaċċi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien iċ-chairman qabel dan attwali? Jista' jgħid għaliex qed jiddejjaq milli jagħti ċ-ċifra eżatta ta' kemm għandu paga u perkaċċi l-executive chairman?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandi xejn x’inżid ma mistoqsija parlamentari 9584, għajr li ninkoraġġiħ sabiex jagħmel distinzjoni fir-rwol ta’ bejn Executive Chairman u Non Executive Chairman.
Leg 12 PQ #9790 Sitting 162 2014-06-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Skola tal-Arti f'Għawdex — konsultazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għal Għawdex ġiex ikkonsultat dwar it-tneħħija tal-iskola tal-Arti minn Għajnsielem? Jekk iva x'kien il-parir li ta' l-Ministeru għal Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-edukazzjoni mhix parti mid-dekasteru t’Ġħawdex u għalek nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #9710 Sitting 161 2014-06-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (REFALO, ANTON)

Jista’ l-Onor. Interpellant jispeċifika min hi d-ditta li qed jirreferi għaliha.