X'inhu l-massimu ta' studenti ġodda li tista' tilqa' fiha l-iskola tal-Hairdressing u Beauty Therapy f'Tas-Sliema?
Kif inhu stabbilit dan il-massimu?
Kemm applikaw din is-sena biex jidħlu f'din l-iskola u kienu eliġibbli u kwalifikati iżda tħallew barra għax ma kienx hemm biżżejjed spazju fl-iskola?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-għaqda PULSE ma ngħatatx għajnuna finanzjarja?
Fuq liema kriterji jiġi deċiż min jingħata fondi u min ma jingħatax?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena kien hemm 67 għaqda li applikaw għal għajnuna finanzjarja, iżda minħabba r-riżorsi limitati, kienu 20 biss li ngħataw għajnuna għall-proġetti li ppreżentaw. Il-bord iddiversifika kemm seta' l-proġetti u kkunsidra wkoll l-impatt tagħhom. Ta' min ifakkar li Pulse diġa' ingħataw għajnuna fl-1997 u fl-1998.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern li talbu lill-istudenti jieħdu magħhom l-karta igenika l-iskola għall-użu personali tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
L-ebda skola ma għandha tagħmel talba simili bħal din. Dawk l-iskejjel li jista' jirriżulta li mxew b'dan il-mod għamlu hekk fuq l-inizjattiva personali tagħhom u mhux għax ħarġet xi policy mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Fil-każ ta l-iskola primarja ta' l-Imġarr inġibdet l-attenzjoni tas-surmast li ma kellux joħroġ ċirkolari f'dan is-sens lill-ġenituri
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18130?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar konsuletni barranin nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18780.
Dwar il-konsulenti lokali li għalihom qed jirreferi fil-Mistoqsijiet 18130. 18137 u 18769, it-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li ġew jiswew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju? Kemm tħallsu mill-ispejjeż?
Kemm jonqos jitħallsu u lil min?
Kemm kellhom jintefqu flus għaċ-ċelebrazzjonijiet oriġinarjament?
Response (GALEA, LOUIS)
Għall-ewwel mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15731.
S'issa tħallsu Lm242,164. Ma nħossx li huwa xieraq li jingħataw id-dettalji dwar l-individwi, organizzazzjonijiet, u entitajiet oħra privati li l-ħlasijiet tagħhom qed jiġu proċessati.
L-istima oriġinali tan-nefqa fuq iċ-ċelebrazzjonijiet kienet ta' Lm530,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru intervisti ma' applikanti għal għalliema fi skejjel statali?
1) Sekondarji, suġġett b'suġġett.
2) Primarji.
3) Post-sekondarji suġġett b'suġġett.
Kemm ġew magħżula f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tal-mużewijiet jistgħux jivverifikaw jekk fit-tempji pre-istoriċi fil-limiti ta' l-Imġarr, Skorba, eċċ., hux qed jintuża weed killer biex jeqred il-ħaxix li jikber fihom, x'ċertezza hemm li dan il-weed killer, jekk qed jintuża, hux qed jagħmel ħsara lill-ġebel tat-tempji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-bexx li qed jintuża fuq is-siti msemmija intgħażel wara konsultazzjoni ma' esperti lokali u anke barranin. Dan il-prodott speċifiku jintuża xi darbtejn jew tlett darbiet fis-sena u f'taħlita ħafifa, u mhux direttament fuq il-ġebel megalitiċi. B'hekk jitnaqqas għal kollox il-periklu ta' ħsara.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18483.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18170?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nefqa f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 mid-Dekasteru tiegħi kienet kif ġej:
Safar Riċevimenti
(Lm) (Lm)
Ministeru 9,887.00 521.00
Segretarjat Parlamentari 3,532.72 102.00
Dipt. Żgħażagħ u Sport 2,644.84 3,737.00
Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni 13,119.25 164.25
Dipt. ta' l-Eżamijiet Nil Nil
Dipt. tal-Libreriji u Arkivji Nil Nil
Dipt. tal-Mużewijiet 552.42
Dipt. tal-Kultura 6,139.00 Nil
Fondazzjoni Patrimonju
Malti Nil 1,940.00
Orkestra Nazzjonali Nil Nil
Teatru Manoel 2,376.00 Nil
Fondazzjoni għall-
Istudji Internazzjonali Nil Nil
Kunsill Malti għax-
Xjenza u Teknoloġija 3,214.29 1,240.00
P.B.S. 8,103.13 Nil
Universita` ta' Malta 37,000.00 (xogħol u taħriġ 5,160.23
konness mal-
Protokoll Taljan)
6,420.00 (Visti Uffiċjali)
110,829.00 (Taħriġ ta' studenti
u staff akkademiku)
6,800.00 (programmi ta' l-
Ewropa)
17,152.00 (proġetti u riċerka ta'
l-Universita`)
Mediterranean
Conference Centre 2.256.00
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom fl-Expo f'Hanover ma ttellgħetx l-Orkestra Nazzjonali għal jum ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat Organizzattiv ta' l-Expo2000 Malta ħa ħsieb l-arranġamenti kollha konnessi ma' Jum Malta fl-Expo.
Informat ukoll li l-Orkestra Nazzjonali kif kostitwita ma fihiex l-elementi kollha meħtieġa mill-kunċert eżegwit f'din l-okkażjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s-safra, lukandi u spejjeż oħra fiż-żjara tas-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett u dawk li akkumpanjawh għall-Olimpjadi ta' Sydney?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kien hemm ebda delegazzjoni takkumpanja lis-Segretarju Parlamentari matul iż-żjara tiegħu ġewwa Sydney. Huwa kien akkumpanjat mis-Sinjura Mugliett li marret a spejjeż tagħha.
Id-dettalji dwar din iż-żjara jkunu jistgħu jingħataw aktar 'l quddiem meta jiġi lura u jingħalaq il-file.
Kulleġġ ta' l-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija — Ftuħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol fuq il-ftuħ tal-Kulleġġ ta' l-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija?
Fejn wasal ir-reklutaġġ ta' l-istaff meħtieġ? Min ġie reklutat s'issa? Għal liema qasam? Meta se jiftħu l-ewwel istituti? F'liema oqsma? Fiex wasal it-tfassil tal-kurrikulu u s-sillabu tal-korsijiet ta' dawn l-istituti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm instructors fl-iskejjel tal-Gvern: (a) f'Malta; u (b) f'Għawdex?
F'liema skejjel se jgħallmu fis-sena skolastika 2000 - 2001?
X'opportunijiet se jkollhom l-instructors għal promozzjonijiet issa li bdew jagħlqu l-iskejjel tas-snajja'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' Instructors fl-iskejjel tal-Gvern f'Malta hu 641 u f'Għawdex hu 65 fis-sena skolastika 1999 -2000.
Fis-sena 2000-2001, il-biċċa l-kbira tagħhom ser jibqgħu fl-istess skola, jekk ma jkunux talbu xi transfer għal xi skola oħra.
Il-kwestjoni msemmija fl-aħħar parti tal-Mistoqsija hi regolata kif inhuma regolati l-promozzjonijiet kollha fis-Settur Pubbliku.
Jista' l-Ministru jid min huma, x'kundizzjonijiet u x'salarji għandhom il-PRO tas-Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu?
Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?
Response (GALEA, LOUIS)
Ix-xogħol ta' public relations f'kull Segretarjat isir mill-Communications Co-ordinator. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-salarji huma skond il-guidelines għall-ingaġġ ta' staff fis-Segretarjati. Peress li f'dan is-Segretarjat bħalissa dan il-post jinsab vakanti, ix-xogħol ta' public relations qiegħed isir minn membri oħra ta' l-istaff.
Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet in-nefqa fuq l-overtime għal xogħol li sar fuq iċ-ċentru tar-restawr f'Ta' Bighi minn Settembru, 1998 sal-lum? Min ħadem dan l-overtime? Kull ħaddiem kemm ingħata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nefqa fuq l-overtime għal xogħol li sar fil-Malta Centre for Restoration f'Bighi bejn Novembru 1999 u Mejju 2000 tammonta għal madwar Lm31,500. Dan l-overtime sar minn għadd ta' ħaddiema mill-Education Division.
M'hix il-prassi li tingħata l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija fejn jissemma' ħaddiem ħaddiem b'ismu.
Minkejja l-impenn li fis-sena akkademika l-ġdida l-Universita' ħadet biex torganizza l-kors tat-teknoloġija dentali, jista' l-Minstru jgħid għaliex issa ttieħdet id-deċiżjoni li dan il-kors mhux se jsir?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita` għadha bil-ħsieb li jinfetaħ il-kors tat-Teknoloġija Dentali mill-aktar fis possibli wara li jiġu żgurati l-faċilitajiet u riżorsi neċessarji.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex jiġi salvat il-kors tal-M.Psych li jinsab fil-perikolu li jikkollassa wara diffikultajiet li nħolqu bejn dawk li qed jagħmlu l-kors iffinanzjat minn diversi ministeri?
Jista' jintervjeni biex il-kors jiġi salvat għax ċert li huwa konxju kemm għandna bżonn educational psychologists għall-istudenti tagħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kors tant meħtieġ ta' l-M.Psy ser ikompli kif kien ippjanat. Id-diffikultajiet li kienu nħolqu ġew indirizzati mill-Ministeri li qed jiffinanzjaw il-kors.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rendikont finanzjarju tal-Malta Racing Club?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill il-ġdid tal-Malta Racing Club kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fid-19 ta' Settembru meta s-sitwazzjoni finanzjarja ngħatat prorita` u ttieħdu passi biex jingħata rendikont ġenerali permezz ta' awdituri. Meta jitlesta r-rapport inkun f'qagħda li nagħti d-dettalji li jkunu ta' interess pubbliku.