Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9069 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Regolaturi tal-gass

Question

Jaf il-Ministru li minkejja numru ta' avviżi mill-Enemalta, għad fadal fis-suq bejħ ta' regolaturi taċ-ċilindri tal-gass li mhumiex skond l-istandards meħtieġa? X'passi qed jittieħdu biex dan l-abbuż jinqata' darba għal dejjem?

Response (BONNICI, JOSEF)

Madwar sena ilu, l-Korporazzjoni Enemalta illiberalizzat l-importazzjoni tar-regolaturi tal-gass. Bħala kontroll għas-sigurta' u l-kwalita' ta' dawn ir-regolaturi, l-importaturi għandhom jippreżentaw kampjuni u letteratura sabiex tkun tista' tiġi approvata l-liċenzja ta' importazzjoni relattiva. Jekk hawn xi regolaturi tal-gass li mhumiex skond l-istandards meħtieġa, dawn ma ġewx importati bil-permess tal-Korporazzjoni. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti l-informazzjoni dwar dan lill-Korporazzjoni Enemalta biex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #8814 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati f'Malta u Għawdex li s'issa ddeċidew li jitilqu mill-Maltapost u jmorru lura mal-gvern? X'effett qed iħalli dan fuq il-Maltapost biex toffri s-servizz fiż-żewġ gżejjer? X'passi qed jittieħdu biex f'Malta u Għawdex ikun hemm biżżejjed pustiera? F'liema dipartimenti tal-gvern marru lura l-ħaddiema li ddeċidew li jitilqu mill-Maltapost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn meta bdiet topera l-Maltapost, ċioe` mill-1 ta' Mejju 1998, 90 impjegat ċivili li kienu fuq il-kotba tal-kumpanija għażlu li jirritornaw fis-servizz governattiv. Dawn il-ħaddiema marru lura f'deiversi dipartimenti tal-gvern. Tajjeb jingħad li l-Bord preżenti tal-Maltapost qed isegwi mill-qrib l-amministrazzjoni ġenerali ta' l-azjenda. Ftit ġimgħat wara li ġie qppuntat, il-BOrd irnexxielu jiffinalizza ftehim kollettiv li kien ilu pendenti għal żmien twil. Dan kollu sar fi sfond ta' pjan strateġiku li qed jitfassal mill-Bord tal-kumpanija u li l-implimentazzjoni tiegħu għandu jwassal biex il-Mlatapost, filwaqt li tassigura li jkunu mħarsa l-interessi tal-ħaddiema kollha, tagħti servizz ta' livell għoli lill-klijenti tagħha.
Leg 9 PQ #9180 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ajruplani RJ 70s

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi tip ta' investigazzjoni dwar ix-xiri ta' l-ajruplani RJ70s? Jekk iva, x'kien ir-riżultat ta' l-investigazzzjoni u x'passi ttieħdu? Jista' l-Ministru jara li din l-investigazzjoni ssir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Qormi — Triq San Ġorġ - Lampa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5850, jista' l-Ministru jgħid kif jiġi deċiż li triq tkun teħtieġ aktar dawl jew le? Jaf il-Ministru li xi żmien ilu fi Triq San Ġorġ kien hemm lampa li nqalgħet u li llum per konsegwenza anzjani u residenti oħra li jgħixu f'din it-triq spiċċaw qishom priġunieri f'darhom fil-għaxija minħabba d-dlam ċappa li jkun hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sabiex jiġi deċiż jekk hemmx ħtieġa li jiżdied id-dawl fi triq, jittieħed in konsiderazzjoni il-vultaġġ tal-lampi ġia` eżistenti, l-għoli ta' dawn l-istess lampi u l-wisa' tat-triq. Jiena nfurmat li fil-każ li għalih qed issir riferenza, ma jidhirx li xi darba inqalgħet xi lampa mit-triq imsemmija.

Qormi — Triq iċ-Ċawsli - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6022, jista' l-Mnistru jgħid minn fejn jirriżultalu li Triq iċ-Ċawsli kantuniera ma' Mdina Road, m'hemmx ħtieġa li jiżdied id-dawl? Jaf li din it-triq tinsab f'area mwarba fejn hemm imħażen u fejn xi ftit taż-żmien ilu kien hemm mewġa ta' serq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn verifika li saret mill-Korporazzjoni Enemalta, instab li l-lampi li hemm fi triq l-Imdina, kantuniera ma' Triq iċ-Ċawsli, Ħal-Qormi huma mqassma tajjeb u barra minn dan il-wattage ta' dawn il-lampi huwa għoli kif meħtieġ.

Air Malta — Millenium bug

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi proċeduri ta kawtela neċessarja qegħdin jittieħdu mis-soċjeta' Air Malta Co. Ltd. u l-kumpanniji l-oħra sussidjarji tagħha għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti ta' l-hekk imsejħa millenium bug fl-apparat li jista' jiġi hekk affettwat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Kumpanija ħadet u qed tkompli tieħu l-prekawzjonijiet u l-passi kollha meħtieġa, inkluża l-parteċipazzjoni fil-programm relattiv ta' l-IATA, biex telimina l-effetti ta' l-hekk imsejjħa 'millenium bug' minn fuq is-sistemi u l-apparat tagħha u tas-sussidjarji tagħha.
Leg 9 PQ #7459 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air guns — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati: 1) air gun pellets; u 2) air gun compressed co2 cartridges f'dawn l-aħħar tlett snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Fl-1996 ġew impurtati 26,036 air gun pellets (H.S. Code 9306297000) u 1,438 cartridges oħra (H.S. Code 9306309800). Fl-1997 ġew impurtati 16,013 air gun pellets u 4,485 cartridges oħra. Fl-1998 ġew impurtati 3,032 air gun pellets u ebda cartridges oħra.
Leg 9 PQ #7819 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rċeviet ilmenti l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-Valletta Rehabilitation Project dwar il-ħsara li l-kuntratturi tal-korporazzjoni jagħmlu fit-toroq ippavimentati tal-Belt Valletta? Fiex jikkonsistu dawn l-ilmenti? Kemm-il laqgħa saret bejn l-VRP u l-WSC dwar din il-problema? X'qed tagħmel il-WSC biex kuntratturi tagħha ma jkomplux jagħmlu ħsara fit-toroq ippavimentati tal-Belt Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-belt Valletta u l-Floriana, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, b'konsultazzjoni mal-Valletta Rehabilitation Project (VRP) intuża kuntrattur wieħed għal xogħolijiet ta' eskavazzjoni ta' trinek. Dan il-kuntrattur għandu esperjenza ta' xogħol fil-belt Valletta. Isiru kuntatti regolari mal-Valletta Rehabilitation Project u entitajiet oħra fuq xogħolijiet li l-Korporazzjoni jkollha fil-kapitali. Bħalissa l-Korporazzjoni qed twettaq xogħolijiet ta' bdil ta' mejnijiet fi Triq ir-Repubblika bejn Triq l-arċisqof u Triq San Nikola. Dan ix-xogħol wasal biex jintemm. FIl-permess maħruġ fuq dan ix-xogħol, il-Kunsill Lokali tal-belt Valletta għamel kundizzjoni biex il-kuntrattur jiġbor il-biċċiet tal-lava li jinstabu mirduma taħt it-tarmac. Meta l-kuntrattur beda dan ix-xogħol, il-Valletta Rehabilitation Project ilmentat u għarrfet lill-kuntrattur, ix-xogħol sar aħjar u għas-sodisfazzjon tal-Valeltta Rehabilitation Project. Ilment ieħor li l-Korporazzjoni irċeviet mingħand il-Proġett, kien li l-istess kuntrattur kisser bankina taż0żonqor. F'dan il-każ il-kuntrattur kellu inċident bil-makkinarju li wassal biex ixxellfet il-bankina taż-żonqor. Il-Korporazzjoni, fuq rakkomandazzjoni tal-Valletta Rehabilitation Project, ordnat lill-kuntrattur biex jirranġa l-ħsara. Dwar dawn iż-żewġ inċidenti kien hemm bdil ta' korrispondenza bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Valletta Rehabilitation Project.
Leg 9 PQ #8277 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zokkor — Importazzjoni

Question

Peress li Malta timporta bejn 16,000 u 18,000 tunnellata zokkor fis-sena l-biċċa l-kbira mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u l-fatt li l-industrija tieħu sussidju ta' 321 sterlina fuq kull elf kilo jew aħjar madwar 5 u 6 miljun lira sterling fis-sena, dan ifisser li bi sħubija sħiħa z-zokkor se jogħla minn 20c-il kilo għal madwar 40c-il kilo għall-industrija lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #8281 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Segretarju Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'karozza qiegħed juża s-Segretarju Parlamentari l-Onor. George Hyzler? Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari Hyzler kienx qiegħed jagħmel użu minn karozza differenti sa xi żmien ilu? Jekk jirriżulta li l-karozza tas-Segretarju Parlamentari nbidlet, jista' jgħid il-karozza li kienet tintuża minnu xi żmien ilu minn min qed tintuża? Jista' jgħid ukoll il-karozza preżenti: 1) kemm inxtrat; 2) jekk inxtrat ħarġietx sejħa offerta; 3) jekk hijiex mikrija; 4) jekk mikrija, mingħand min; 5) Jekk mikrija, x'ammont qed jitħallas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta l-Onorevoli Dottor George Hyzler inħatar Segretarju Parlamentari beda jagħmel użu mill-karozza li sab u li issa qed tintuża mis-segretarjat. Wara 'call for quotations', ġiet aċċettata l-orħos 'quotation' li kienet dik ta' Meli Car Rentals Limited li offra Volvo S80 b'Lm517.08c - taxxa eskluża - fix-xahar b'arranġament ta' 'lease with option to purchase at its written down value'.
Leg 9 PQ #9025 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għoliet il-ħajja minn Settembru sal-lum xahar b'xahar?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: XAHAR INDIĊI ŻIEDA/TNAQQIS F'PERĊENTWALI Settembru 1998 107.85 0.38 Ottubru 1998 108.21 0.33 Novembru 1998 108.23 0.02 Diċembru 1998 108.70 0.43 Jannar 1999 108.62 -0.07 Frar 1999 109.06 0.41 Marzu 1999 109.46 0.37 April 1999 108.92 -0.49 Mejju 1999 109.64 0.66
Leg 9 PQ #9222 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom plc — Bejgħ ta' l-ishma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monopolju li l-Maltacom plc għandha dwar komunikazzjoni, kien strumentali fost konsiderazzjonijiet oħra, għas-suċċess tal-bejgħ ta' l-ishma tax-shares tal-Maltacom plc fl-1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9240 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8913?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma jiġborx it-tip ta' informazzjoni li dwarha qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8260 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gvern Libjan — Protokoll finanzjarju

Question

B'riferenza għall-protokoll ta' koperazzjoni fl-oqsma tal-biedja u sajd bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan iffirmat is-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid xi proposti saru mill-Gvern Malti lill-Gvern Libjan sabiex apparti mix-xogħlijiet ta' manutenzjoni u bini ta' trawlers tas-sajd, jinfetħu fabbriki f'Malta li jipproduċu aċċessorji eċċ meħtieġa għal dawn l-industriji hekk kbar f'Malta u l-Libja? Meta saru dawn il-proposti u f'liema stadju waslu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #8275 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti bħaz-zokkor, trab tal-ħalib, eċċ li jekk l-industrija lokali timpurtahom mill-pajjiżi membri ta' l-UE tirċievi sussidju fuq kull tunnellata għaliex Malta mhix membru sħiħ ta' l-UE? X'se jiġri jekk Malta tkun membru sħiħ u l-industrija titlef dawn is-sussidji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #8276 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trab tal-ħalib — Importazzjoni

Question

Peress li prodotti bħat-trab tal-ħalib li minnu jsiru ġobnijiet, ħelu, eċċ huwa sussidjat b'madwar 795 sterlina t-tunnellata meta mpurtat mill-industrija lokali mill-pajjiżi membri ta' l-UE, dan ifisser li jekk Malta ssir membru sħiħ l-industrija lokali titlef dan l-inċentiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.

WSC — IT Unit - Head

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8934, jista' l-Ministru jispjega kif il-kuntratt għall-pożizzjoni ta' Head tal-MIS Department fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġie ffirmat fl-4 ta' Mejju, 1999 u jkopri l-perijodu 6 ta' Marzu, 1996 - 31 ta' Mejju, 1999, jiġifieri effettivament madwar tlett ġimgħat biss sa wara d-data tal-firma tal-kuntratt? X'sens tagħmel klawsola 3 "termination" li tgħid li l-korporazzjoni tista' ttemm il-kuntratt mhux anqas minn xahar mill-firma tal-kuntratt meta lanqas kien fadal dan il-perijodu mid-data meta l-kuntratt ġie ffirmat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9140 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna ta' Malta — Dock No. 1

Question

B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 8636, jista' jgħid, issa li l-bieb tat-Tarzna No. 1 ġie wweldjat, kif sejjer wieħed jilqa' għall-ilmijiet li jkun hemm fi Pjazza G. Gulia kull meta jkun hemm xi maltempata? Peress li dan il-bieb kien jinfetaħ kull meta jkun hemm maltempata, anke bil-lejl, jaħseb il-Ministru li l-flaps li saru taħt il-bieb m'humiex biżżejjed biex Pjazza G. Gulia u Triq ix-Xatt f'Bormla, ma jegħrqux wara kull maltempata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9141 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna ta' Malta — Dock No. 1

Question

Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf is-subway li hemm jagħti għal Dock 1 peress li hu mimli b'materjal bħal fliexken tal-plastic, kaxxi tat-take away, etc? Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex ma jibqax jinġabar materjal f'dan is-subway u b'hekk meta jkollna xi maltempata ir-residenti fi Triq ix-Xatt u d-dawra ta' Pjazza G. Gulia, Bormla ma jegħrqux?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lit-Tarzna sabiex tieħu l-passi meħtieġa.