Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni lill-Awtorità tad-Djar, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-irranġar tal-proprjetà?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija li saret fl-1 ta’ Frar 2013 qed tiġi pproċessata. L-Awtorità tad-Djar qed tiġbor informazzjoni dwar l-assi u d-dħul tal-applikant sabiex jiġi stabbilit jekk jikkwalifikax taħt il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentaċċ tal-għajnuna li tikkwalifika għalih. Aktar ‘l quddiem l-Awtorita’ tad-Djar ser tibgħat ukoll uffiċjal sabiex jispezzjona l-post u jiġu identifikati x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru fil-post.
Droga u logħob tal-azzard — direzzjonijiet strateġiċi
Question
B’referenza għall-istqarrija maħurġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-23 ta’ April 2013, b’numru PR0756, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma d-direzzjonijiet strateġiċi ewlenin li l-Gvern se jaħdem fuqhom fl-oqsma tad-droga u tal-logħob tal-azzard?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fejn huwa l-qasam tad-droga, hemm bżonn li tiġi reveduta il-Politika Nazzjonali dwar id-Droga li ġiet ippublikata fl-2008 bil-għan li tiġi aġġornata maż-żminijiet u tiġi implementata. F’dak li għandu x’jaqsam servizzi jiġu investiti aktar riżorsi fil-qasam tal-Prevenzjoni speċjalment dik ta’ natura sekondarja u servizzi ta’ kura li jirrispondu aħjar għar-realtajiet preżenti b’kollaborazzjoni sħiħa mas-servizzi tal-edukazzjoni u tas-saħħa.
Filwaqt li jinħtieġ draft dwar il-politika nazzjonali kontra l-abbuż mill-alkohol li tlesta snin ilu, jerġa’ jiġi rivedut sabiex jiġi aċċertat li jkun relevanti għall-lum u tibda tiġi implimentata.
Sal-lum m’hawnx politika nazzjonali dwar il-Loghob tal-Azzard, għalhekk hemm bzonn tigi mfassla politika nazzjonali bl-involviment tal-i
stake holders
kollha, b’attenzjoni speċjali lejn persuni vulnerabbli.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Transfers
Question
Tista' l-Ministru inkluż s-Segretarju Parlamentari tagħti lista ta' impjegati fis-settur pubbliku li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta' Marzu 2013 'l hawn? Tista' tgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni ta’ din it-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ rigward benefiċċju soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Bord Mediku li ra lill-persuna msemmija, iddeċieda li medikament ma’ hix intitolata għall-Benefiċċju tal-Ħalib (MG). Din l-informazzjoni ngħatat f’ittra bid-data 10/7/2012 li ntbagħtet lil persuna msemmija. Bħalissa għaddej appell dwar dan il-każ quddiem l-Arbitru u fil-fatt dalgħodu stess kien qed jinstema dan l-Appell. Għad ma għandix risposta dwar jekk ittieħditx deciżjoni fil-każ jew le.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li għandha problema minħabba children's allowance?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tar-raħal tagħha għal aktar dettalji.
Tista' l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ma baqgħatx tirċievi ċ-children's allowance?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata u l-pagament imsemmi ħareġ fil-15 t’April 2013.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li applikat biex tidħol fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla però issa lesta li tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba ta’ din il-mistoqsija parlamentari se tingħata aktar tard.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — membri tas-segretarjat
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tagħha, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabbilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom, kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din ir-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar għal Akkomodazzjoni Soċjali fil-31 ta’ Marzu 2013? Tista' tindika kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tgħid xi kriterji u metodoloġiji se jiġu addottati mill-Awtorità tad-Djar biex jiġu allokati postijiet tal-gvern (jew mikrijin mill-privat taħt l-iSkema Kiri) lill-applikanti?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba ta’ din il-mistoqsija parlamentari se tingħata aktar tard.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li xi tliet snin ilu nies fl-army ħadu xi fondi u hi ma ħadet xejn?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Awtorità tad-Djar — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar fi Frar 2013? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi Frar 2013, ic-Chairman u l-Bord tad-Diretturi ta’ l-Awtorita’ tad-Djar kien kompost mis-segwenti:
Onorarja Fix -xahar
Onorarja Annwali
Benefi``ji
Dr. Saviour Gauci
Chairman
€1,358.80
€16,305.6
Petrol Allowance ta’€175 fix-xahar u servizz tal-
mobile.
*
Dr. George Grech
Deputy Chairman
€232.92
€2,795.04
Private Medical Hospital Plan Cover lilu u lill-familja tieg]u.
Borg Cardona Tanya
Member
€232.92
€2,795.04
Cassar Lorraine
Member
€232.92
€2,795.04
Galea Mark Ing.
Member
€232.92
€2,795.04
Grima Maria
Member
€232.92
€2,795.04
Mangion Daniela
Member
€232.92
€2,795.04
Dr. Ray Zammit
Board Secretary
€232.92
€2,795.04
Tista' l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-armla, li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu sepatament minħabba flus arretrati li hi qed tħallas?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-armla msemmija ġiet ikkuntattjatha mill-Customer Care Officer. Wara li iċċekkja l-każ tagħha nstab li l-arretrati li qed tħallas huma ġusti.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba l-problema li għandu dwar ħlas ta' bolol?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tar-raħal tagħha għal aktar dettalji.
Tista' l-Ministru tara li tiġi kkuntattjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li nqatgħulha xi flus meta t-tifla bdiet taħdem?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata mill-Customer Care Officer. Il-każ tagħha qiegħed jiġi rivedut mill-persuni ikkonċernati.
Tista' l-Ministru tagħti n-numru eżatt ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem l-Awtorità tad-Djar? X'inhi l-klassifikazzjoni ta' dawn l-applikazzjoni (struttura perikoluża, homelessness, exchange, eċċ.)? X'inhu t-timeframe tal-Ministru biex taqdi lill-applikanti kollha? Kemm daħlu applikazzjonijeit fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 (sena b'sena) u minn Jannar sat-8 ta' Marzu 2013? Minn liema lokalitajiet daħlu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar għal akkomodazzjoni alternattiva fil-31 ta’ Marzu 2013? Tista' tindika kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra