Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10197 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-għaqdiet u l-klabbs sportivi Għawdxin li bbenefikaw minn għajnuniet mill-Gvern bejn Mejju 2003 u Marzu 2013 u fl-istess waqt jgħid kemm kien l-ammont għal kull għaqda jew klabb u għal liema proġetti jew inizjattivi kienu ngħataw dawk l-għajnuniet ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10046, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun l-ammont li se jgħaddi fis-sena mill-Ministeru għal Għawdex lill-Gozo Sports Board?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-ftehim li ġie ffirmat nhar l-1 ta’ Marzu 2014, il-Ministeru għal Għawdex intrabat li jagħti għotja lill-Gozo Sport Board fl-ammont ta’ €35,000 fis-sena.
B'referenza għar-risposti mogħtija tal-mistoqsijiet parlamentari 7263 u 10048 jista' l-Ministru jgħid "fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern sabiex il-proġett tal-pixxina f'Ghawdex ikun wieħed vijabbli u fl-aħjar interess ta' kulħadd"? Jista' jagħti garanzija li dan il-proġett effettivament se ssir kif kien ippjanat mill-Amministrazzjoni preċedenti u meta hu mistenni li jitlesta dan il-proġett jekk kemm-il darba verament se jsir ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ma għandi xejn x’inżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7263.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10045, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Sports Board għandux statut? Kif sar dan l-istatut? Jekk il-Ministeru qabel għadda l-fondi biex jiġi mpjegat Chief Executive Officer u part-time clerk talabx kopja tal-istess statut? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja ta’ dan l-istatut fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi meta saret it-talba mill-Gozo Sports Board, il-Ministeru irċieva kopja tal-istatut li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Ministeru ma kellu l-ebda sehem fit-tfassil ta’ l-imsemmi statut.
Gozo Sports Board — persuna nominata bħala observer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna nominata minnu bħala observer fuq il-Gozo Sports Board? Jista’ jgħid jekk dan l-observer kienx preżenti meta saret l-laqgħa ġenerali li fih l-għaqdiet sportivi Għawdxin għażlu dan il-Bord? Dan l-observer tiegħu ċċekkja jekk hux l-għaqdiet kollha sportivi kienu mistiedna u involuti biex jiffurmaw parti minn dan il-Bord?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-persuna nnominata bħal Observer fuq board hi s-Sur George Cini. L-ewwel laqgħa li attenda għalija is-Sur Cini kienet ftit wara li ġie nnominat u cioe` fit-2 ta’ Ġunju 2014, meta l-Board kien diġa’ iffurmat.
Gozo Channel – policy dwar anzjani u persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel għandhiex xi policy li tgħid li anzjani jew nies b’diżabilità li jkunu qed jagħmlu t-traġitt weħidhom għandhom jingħataw l-għajnuna neċessarja mill-ħaddiema tal-Gozo Channel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tal-Kumpanija Gozo Channel rigward assistenza lill-persuni b’diżabilità, b’nuqqas ta’ mobilità u b’nuqqas ta’ smiegħ qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10039, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema tal-priority boarding tal-Gozo Channel hiex se ssir jew le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ma għandi xejn x’inżid ma l-aħħar tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10,039.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra liema kienu l-għaqdiet u klabbs sportivi Għawdxin li bbenefikaw minn għajnuniet mill-Gvern bejn Mejju 2003 u Marzu 2013 u fl-istess waqt il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont għal kull għaqda jew klabb u għal liema proġetti jew inizjattivi kienu ingħataw dawk l-għajnuniet ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra liema kienu l-għaqdiet u klabbs sportivi li bbenefikaw minn għajnuna mill-Gvern bejn April 2013 u Ġunju 2014 u kemm kienet l-għajnuna li ngħatat lil kull għaqda jew klabb ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka liema kienu l-proġetti infrastrutturali b'rabta mal-isport li saru f'Għawdex bejn l-2003 u l-2013 ? Jista' jgħid kemm kien il-valur tagħhom ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-vetturi kollha mikrija jew leased mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament lil kull dipartiment tal-Gvern, awtorità, korporazzjoni jew kwalunkwe entità governattiva oħra fid-dekasteru minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jindika wkoll, f’kull każ, saritx sejħa pubblika għall-offerti u jekk le, jgħid għaliex le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perijodu msemmi, inkrew ħames karozzi mingħand il-kumpanija msemmija, minn naħa tal-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dawn il-kirjiet saru skont il-proċeduri finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Jista’ l-Ministru jghid kemm-il cruise liner huwa ppjanat li jidħol f’Għawdex bejn l-1 ta’ Lulju 2014 u l-aħħar tas-sena 2014?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ippjanat li jidħlu 3 cruise liners barra l-port tal-Imġarr Għawdex u vapur ieħor barra Kemmuna bejn l-1 ta’ Lulju u l-aħħar tas-sena 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq arterjali f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-toroq arterjali li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex huma kif jidħlu fuq l-iskeda li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie maħtur il-Bord dwar l-Isports f'Għawdex? Min huma l-membri (bil-karigi rispettivi tagħhom) li jiffurmaw dan l-istess bord? Fuq liema kriterji intagħżlu dawn l-istess membri ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri jiġu magħżula mill-għaqdiet rispettivi tagħhom. Il-Ministeru innomina persuna sabiex iservi bhala observer.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa il-Bord tal-Isport f'Għawdex u mil-liema vot se jkun qed jagħmel tajjeb jekk kemm-il darba hemm ħlas għal dan l-istess bord? Il-Ministeru għal Għawdex kemm għadda flus s’issa lil dan il-Bord u kemm għandu impjegati l-istess Bord?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex se jkun qed jgħaddi ammont fis-sena sabiex il-Bord jingaġġa CEO fuq paga ta’ skala 7 u skrivan fuq bażi ta’ part-time. Dan it-tip ta’ arranħament hu simili ħafna għal oħrajn preċedenti bħal ma għandu mal-Gozo Tourism Authority u Gozo Business Chamber.
Peress li f'Awwissu 2013, inti, bħala Ministru ta' Għawdex kont rappurtat li l-funzjoni tal-Bord tal-Isport se tkun li jatwa l-policy tal-Gvern dwar l-isport f'Ghawdex, u jekk dan huwa minnu jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-istess policy? Hemm xi xogħol jew responsabilitajiet oħra li dan il-Bord ġew assenjati lilu?
Response (REFALO, ANTON)
Nixtieq inserraħ ras l-Onor. Interpellant li dan l-Gvern qiegħed jerġa’ jagħti l-ħajja lil għaqdiet sportivi Għawdxin u joffrilhom l-assistenza neċessarja permezz tal-board imsemmi minnu. Dan peress li għal dawn l-aħħar snin kienet teżisti telqa u apatija kbira min naħa tal-Gvern preċedenti fil-konfront tagħhom. Iva, dan il-Gvern permezz tal-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jatwa u jagħmel dak li suppost kien isir minn dejjem. Dan iffisser li l-isportivi Għawdxin ikollhom faċilitajiet adekwati u b’hekk aktar tfal u żgħażagħ jithajru ahjar sabiex jinvolvu ruħhom fl-attivitajiet sportivi, kif ukoll biex jigi attirat aktar turizmu sportiv lejn Ghawdex.
Jista' l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra fiex wasal ix-xogħol dwar il-bini tal-Pixxina f'Għawdex? Jista' jgħidilna meta hu mistenni li dan il-proġett jitlesta, liema proġett kellu diġà l-permessi approvati taħt l-amministrazzjoni preċedenti? Jekk kemm-il darba se jkun hemm xi bdil mill-pjanti approvati, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun qed jiġi jiswa dan il-proġett?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10000, jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid għaliex il-magażin 'Lets Gozo' ma baqax jiġi pubblikat fl-aħħar sena? L-għajnuna finanzjarja li kien jagħti l-Ministeru għal Għawdex għal dan il-magażin li kien jippromwovi lill-Għawdex baqgħet tingħata matul l-aħħar sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid ma tweġiba 10,000, għajr li nserraħlu moħħu li f’din l-leġiżlatura qed inkunu nieħdu ħafna aktar inizjattivi favur it-turiżmu fil-gżira Għawdxija milli kien jieħu Gvern preċedenti. Ninfurmah ukoll li dan qed isir dejjem f’sintonija mal-għaqdiet konċernati.