Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies Malta bil-visa bil-ħsieb li jagħmlu vaganza u baqgħu Malta? Kif qed jiġu klassifikati bħala dawk li jiġu fuq vaganzi (long stay)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kontinwament tagħmel spezzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalita' barranija li jistgħu jkunu Malta wara li tkun skadietilhom il-visa. Fil-fatt matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 157 persuna li kienu Malta irregolarment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li fil-futur se jiġu ngaġġati eks-suldati u eks-pulizija biex joqogħdu għassa ma' l-immigranti rregolari? Għaliex mhux persuni oħra? Jista' jilqa' s-suġġerimenti li dawk li jinsabu bla xogħol u għamlu l-kors ta' security guard ikunu ntitolati li jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Nikkonferma li hemm il-ħsieb li fil-futur se jiġu ngaġġati fuq bażi każwali eks pulizija u eks suldati biex joqogħdu għassa ma’ l-immigranti irregolari. Il-policy sa issa kienet li dawn in-nies jiġu ngaġġati minn fost dawk li servew f’korp dixxiplinat.
Is-suġġeriment li jiġu ingaġġati nies li għamlu kors ta’ Security Guards biex jagħmlu għassa ma’ immigranti rregolari ġie innotat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga f'liema stadju wasal l-istudju tal-Lands Department fir-rigward ta' l-effett li qed ikollhom is-siġar tal-Ficus fuq il-Kon-Kattidral ta' San Gwann?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet ma hu qiegħed jagħmel l-ebda studju fir-rigward tal-effetti li qed ikollhom is-siġar tal-Ficus fuq il-Kon-Katidral ta' San Ġwann.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-ħajt tal-għassa jistax isir malajr waqt li qed issir it-Triq San Ġuzepp, Birkirkara inkella tkun trid terġa' tinqala' t-triq biex isir il-ħajt?
Response (BORG, TONIO)
Il-pulizija ħadet il-passi neċessarji sabiex isir ir-restawr neċessarju fuq il-ħajt ta' wara l-għassa ta' B'Kara sitwat fi Triq San Ġużepp billi infurmat lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet sabiex tittieħed azzjoni immedjata. Id-Direttur Ġenerali tax-Xogħolijiet u t-Taqsima tal-Construction and Maintenance infurmaw lill-pulizija illi ħarġet "call for quotation" sabiex ix-xogħol ta' tiswijiet u restawr ikun jista' jibda. Sfortunatament sal-lum għadu ħadd ma għamel applikazzjoni mad-Dipartiment tax-Xogħolijiet sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir. Apparti minn dan il-pulizija issuġġerit ukoll lid-Dipartiment tal-Construction and Maintenance sabiex dan ir-restawr isir mid-dipartiment tagħhom stess. Sadanittant fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet sar ħajt temporanju sakemm ikun jista' jibda x-xogħol ta' restawr, u dan bħala protezzjoni għall-persuni li jkunu għaddejjin minn din it-triq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27099 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u jgħid mill-1 ta' Jannar, 2005 sat-30 ta' Ġunju, 2007, xahar b'xahar kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' ċittadini Ċiniżi biex jiġu Malta? Kemm ħarġu visas fl-istess żmien xahar b'xahar? Kemm minn dawn kienu se jiġu jistudjaw f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' applikazzjonijiet għall-visa minn ċittadini Ċiniżi u n-numru ta' visa maħruġa bejn Jannar 2005 u Ġunju 2007 huwa kif jidher hawn taħt. Infurmat ukoll illi r-raġuni mogħtija fl-applikazzjoni ma tinżammx taħt forma elettronika.
2005 2006 2007
Nru. ta' applikazzjonijiet
Nru. ta'
visa
maħruġa
Nru. ta' applikazzjonijiet
Nru. ta'
visa
maħruġa
Nru. ta' applikazzjonijiet
Nru. ta'
visa
maħruġa
Jannar
373
138
74
61
72
71
Frar
146
84
41
36
50
47
Marzu
158
63
36
34
106
101
April
122
45
119
112
60
53
Mejju
89
35
42
39
186
88
Ġunju
42
22
100
90
189
183
Lulju
98
63
77
26
-
-
Awissu
151
128
77
70
-
-
Settembru
183
157
114
83
-
-
Ottubru
52
35
99
56
-
-
Novembru
46
40
112
97
-
-
Diċembru
44
36
34
31
-
-
Jista' l-Ministru jara li l-Wasteserv tpoġġi x'imkien ieħor il-bins li hemm fi Triq l-Istefanotis, f'San Gwann peress li din hija triq prinċipali u huwa ta' periklu li vetturi jieqfu hemm? Jista' jara li dawn il-bins jitqiegħdu f'post alternattiv kantuniera 'l bogħod jew jitqiegħdu iżjed 'il ġewwa, isir passaġġ u jitgħattew bis-siġar ħalli b'hekk jitneħħa l-periklu u titnaqqas il-kruha?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm xi arkati f'Xatt ir-Risq, Birgu li għadhom vojta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn joħorġu għall-kiri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li f'Xatt ir-Risq l-Isla hemm arkata waħda li hija vakanti. Is-sejħa għall-offerti għal kiri ta' din l-arkat ħarġet nhar il-Ġimgħa 4 ta' Mejju 2007.
Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex jitneħħa l-periklu li hemm fuq kerrejja antika fi Triq l-Antika, Birgu?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-mistoqsija mhix ċara għal liema proprjeta' qed tirreferi u peress li fi Triq l-Antika l-Birgu hemm iżjed minn kerrejja antika waħda u li m'humiex kollha tal-Gvern, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħti dettalji iktar preċiżi tal-proprjeta' li qed jirreferi għaliha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold upsf'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 3 u 2 rispettivament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti fatali f'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, kien hemm 22 persuna li tilfet ħajjitha f'inċidenti fatali, wieħed minnhom ikun f'Għawdex.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' visas li nħarġu fl-ewwel sitt xhur tas-sena u minn liema pajjiżi, kemm kienu maskili u femminili u koppji miżżewġa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 26,716 persuna ta' nazzjonalita' barranija li ngħataw visa sabiex jiġu Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-pajjiżi mnejn ġew dawn il-persuni.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mhux disponibbli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati fl-ewwel sitt xhur tas-sena minn karozzi privati u self driveetc?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 147 u 198 rispettivament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 55 u 38 rispettivament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-informazzjoni għax-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 24874, 24876, 24878 u 25834, filwaqt li ninsab infurmat illi l-figuri għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma 17 u 19 rispettivament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x'tip ta' spezzjonijiet saru, minn min u kemm drabi, fi kmamar tan-nar bil-permess li jaħdmu n-nar? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet u x'passi ttieħdu biex joperaw b'ħarsien għas-saħħa u s-sigurta'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kumitat dwar l-esplossivi jagħmel spezzjonijiet fi kmamar tan-nar skond kif ikun meħtieġ.
Ninsab infurmat ukoll illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jagħmel spezzjonijiet fil-kmamar tan-nar kull meta jintalab mill-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija u speċifikament fir-rigward ta' prekawzjonijiet kontra nirien. Kull meta jinstab li ħaġa li trid tkun irranġata, is-sid jintalab li jieħu azzjoni qabel ma tinħareġ il-liċenzja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kmamar tan-nar bil-permessi meħtieġa biex jaħdmu n-nar f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet jinsabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 39 kmamar tan-nar liċenzjati, f'dawn il-lokalitajiet:
Żebbiegħ
Ħal Għaxaq
Naxxar
Qrendi
Mġarr
Rabat
Luqa
Burmarrad
Ħaż Żebbuġ
Qormi
Lija
Żurrieq
Gudja
Siġġiewi
Magħtab
Għargħur
M'Xlokk
B'Kara
Safi
Kerċem
Għarb
Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li mietu persuni fi splużjonijiet u inċidenti tal-kmamar tan-nar f'Malta u f'Għawdex mis-sena 1980 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mis-sena 1980 sal-lum kien hemm 36 persuni li tilfu ħajjithom b'konnessjoni mal-logħob tan-nar.
F'inċident fuq patrol boat fl-1984 kienu mietu 5 membri tal-forzi ta' l-ordni waqt tfigħ fil-baħar ta' logħob tan-nar illegali li kien ġie konfiskat.