Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31262 Sitting 692 2002-02-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta li fil-ħlassijiet tal-pensjonijiet ta' dan ix-xahar sar qtugħ esaġerat tat-taxxa? X'wassal għal dan il-qtugħ esaġerat? X'passi ttieħdu biex jirrimedjaw għall-iżbalji li saru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk qed jirreferi għall-pensjoni tat-Teżor, ma jirriżultalix li tnaqqset xi taxxa esaġerata matul ix-xahar ta' Jannar, 2002.
Leg 9 PQ #31199 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Frindge Benefits

Question

Jista' l-Ministru jgħid minħabba fl-emendi għal-liġi tal-fringe benefits, tista' tgħid kif u jekk hux ser jiġi affettwat pożittivament, u jekk iva, kif, ħaddiem tal-Gvern, li jkun 24 hours on call li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħħu modified pick up commercial vehicle tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta' Jannar, 2002 l-użu ta' van kif deskritt fir-regola 8 tar-Regoli ta' l-2001 dwar Benefiċċji minn Impjieg jew Kariga m'għadux jikkostitwixxi fringe benefit. Għaldaqstant kull min, skond il-provedimenti tar-Regola 16 tar-Regoli tal-2001 dwar Benefiċċji minn Impjieg jew Kariga, kien jiġi meqjus li kellu fringe benefit ta' Lm200 fis-sena li fuqu kellu jħallas it-taxxa, minn issa 'l quddiem mhux se jkun mitqies li qed igawdi minn fringe benefit għalkemm jibqa jagħmel l-istess użu mill-vann.
Leg 9 PQ #31202 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li cheques tar-refunds ta' l-income tax li waslu għand it-tax payers illlum kienu datati 25/9/01?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li d-Dipartiment matul Jannar ħareġ xi cheques tar-refunds bid-data tal-25 ta' Settembru, 2001. Madankollu m'hix eskluża l-possibilita' li seta' kien hemm xi każi ta' ittri rritornati lura mill-posta u mpostati mill-ġdid mid-Dipartiment. Jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtini d-dettalji tal-każ inkun nista' nitlob lid-Dipartiment biex jagħti iżjed informazzjoni.
Leg 9 PQ #31188 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Xiri ta' Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, meta u mingħand min inxtrat l-art li hemm qrib l-MFSC mċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji nnifsu? Kemm kienet tiswa din l-art meta l-MFSC oriġinarjament daħlu f'dan il-post? Kemm kienet inxtrat l-art li l-MFSC operat fuqha f'dawn l-aħħar snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab regolarment rekordjata fir-Reġistru Pubbliku, kif trid il-liġi.
Leg 9 PQ #31191 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Staff Complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-istaff complement tal-MFSC bħalissa? Kemm ġew impjegati mill-Bank Ċentrali? F'liema gradi huma? Kemm għad baqa' postijiet vakanti x'jimtlew minħabba r-rwol il-ġdid li assuma ċ-ċentru? F'liema karigi huma?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' ħaddiema mpjegati ġewwa l-MFSC (fil-21 ta Jannar 2002) huwa ta' 93 li huma full time, waqt li 4 huma part time. Sbatax il-impjegat "full time" minnhom ġew mill-Bank Ċentrali reċentement wara r-rwol ġdid li assumiet l-MFSC mill-1 ta'Jannar 2002. Dawn l-impjegati jokkupaw gradi diversi skond ir-responsabbiltajiet mogħtija lilhom kif jokkupaw impjegati fil-Units Regolatorji oħrajn li għandha l-MFSC. Bħal ma tagħmel dejjem, ukoll issa li assumiet rwol ġdid, l-MFSC, minn żmien għal żmien tevalwa l-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta' postijiet vakanti li jista' jkun hemm. Jekk jinħass il-bżonn, dawn jimtlew skond il-provvedimenti stabbiliti mill-liġijiet relevanti u l-proċeduri relatati magħhom. Infatti, fil-preżent, iċ-Ċentru qiegħed fil-proċess li jkompli jsaħħah dan il-Unit ġdid permezz ta' sejħa għal numru ta' managers, kif jidher anke minn sejħa pubblika għal applikazzjoniniet li saret dan l-aħħar jiem fil-gazzetti lokali.
Leg 9 PQ #31151 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Konsulenti Mhux Legali — Ħlas

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31003, min huma l-konsulenti involuti?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31157 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fit-taqsimiijiet differenti tad-Dipartiment tat-Taxxi li tul Novembru u Diċembru 2001 u Jannar 2002 qed jingħataw xogħol ta' sahra? Kif jintgħażlu dawn il-persuni biex jagħmlu s-sahra? Kemm hemm impjegati li ma ngħatawx sahra? Kemm siegħat ta' sahra nħadmu fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2001 u Jannar 2002?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ impjegati fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li ħadmu s-sahra huwa dan: Novembru 2001 - 114 Diċembru 2001 - 101 Jannar 2002 - 50 Impjegati li ma kienx hemm bżonn li jingħataw sahra: Novembru 2001 - 181 Diċembru 2001 - 194 Jannar 2002 - 245 Siegħat ta’ sahra li nħadmu: Novembru 2001 - 4009 Diċembru 2001 - 3293 Jannar 2002 - 1207 Is-sahra tinħadem f’kull sezzjoni tad-Dipartiment fejn ikun hemm il-bżonn għaliha u tiġi approvata minn quddiem mill-management. Normalment, in-nies tas-sezzjoni partikolari jaħdmu s-sahra fis-sezzjoni tagħhom għax huma jkollhom l-aqwa esperjenza u sengħa fix-xogħol partikolari. Id-Dipartiment tat-Taxxi qed jagħmel ħiltu biex, kemm jista’ jkun, jonqos il-bzonn tal-overtime fid-Dipartiment billi jdaħħal sistemi ta’ alternattivi għal iżjed effiċjenza fix-xogħol.
Leg 9 PQ #31169 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif iċċaqlaq il-ħlas tal-bolla tan-National Insurance għall-kategorija differenti (impjegati/self-employed) tul dawn l-aħħar 10 snin?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għad-diversi kategoriji ta' mpjegati u self-employed/self-occupied għas-snin 1992 sa l-2002.
Leg 9 PQ #31003 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Konsulenti Mhux Legali — Ħlas

Question

Liema huma il-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #30893 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT

Question

Jista' jgħid il-Ministru x'passi ser jieħu d-Dipartiment tal-VAT biex jitranġawl-anomaliji li nħolqu fil-konfront tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sad-Dipartiment tal-VAT u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #30989 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Investment Registration Scheme — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm ġew reġistrati fondi taħt l-iskema tal-Investment Registration Scheme? Kemm minnhom tħallew barra? Kemm minnhom ġew ripatrijati f'Malta? Kemm kien hemm individwi kkonċernati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għadu kmieni wisq biex wieħed jibda' jgħati statistika fuq din l-iskema. L-aħjar hu li din tingħata wara l-31 ta' Marzu 2002.
Leg 9 PQ #30560 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Depositu tad-Deheb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi stmat l-prezz tad-deheb li jiġi depositat fil-Monte di Pieta? X'inhu l-valur li jingħata lil min jiddeposita d-deheb? X'kien il-valur tnax-il xahar ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-flus mislufa fuq depożitu ta' deheb fil-Monte huma bbażati fuq il-prezz intrinsiku maħruġ mill-Konslu. Tnax-il xahar ilu l-ammont hekk misluf kien tlieta u tletin fil-mija tal-prezz intrinsiku minħabba żieda sostenuta fl-ammont ta' deheb depożitat inħass il-bżonn li r-rata tiġi ridotta għal ħamsa u għoxrin fil-mija.
Leg 9 PQ #30590 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Refunds — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qed jiġu mogħtija refunds ta' l-income tax? Kemm fadal refunds biex jingħataw, sena b'sena? Kemm ingħataw refunds minn Settembru 1998, sena b'sena u għal liema sena f'kull sena li ingħataw?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif ingħad f'diversi interpellanzi fis-snin l-imgħoddija mis-sena ta' stima 1999 'l hawn, ir-refunds qegħdin jitħallsu fi żmien 6 xhur skond il-liġi. Refunds dovuti għas-snin preċedenti jitħallsu skond diversi kriterji fosthom għall-liema snin jirreferi, jekk humiex dovuti lil xi pensjonanti, f'każijiet umanitarji inkluż ta' mard, jekk it-taxpayer ikunx bagħat il-formoli kollha ta' taxxa u ċirkostanzi simili oħra. Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji dwar ir-refunds li tħallsu bejn 1997 u l-2001, u x'ammonti għad iridu jitħallsu sas-sena 1998.
Leg 9 PQ #30606 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tal-Finanzi

Arretrati ta' Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jara li l'persuna li armla id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tirċievi l-arretrati ta' taxxa li ilhom pendenti snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #30431 Sitting 673 2001-12-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi passi li ttieħdu mill-MFSC dwar dawk li kellhom polza ta' l-assigurazzjoni mal-kumpanija Micallef u għandha l-ammont ta' flus li ħallsu dawn il-policy holders? Hemm xi ħsieb li l-policy holders jirkupraw il-flus li tilfu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanbt li ċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“iċ-Ċentru”) kien ħareg tlett avviżi li jġibu d-data tal-20 ta’ Ġunju 2001, 4 ta’ Lulju 2001 u 11 ta’ Awissu 2001. B’ dawn l-avviżi, id-detenturi ta’ polza ta’ Independent Insurance Company Limited (“Independent”), li kienu rappreżentati f’Malta minn l-aġent ta’ l-assigurazzjoni Micallef Insurance Agency Ltd. ġew avżati illi: a) l-High Court of Justice ta’ l-Ingiliterra ħatret il-PricewaterhouseCoopers ta’ Plumtree Court London EC4A 4HT bħala Stralċjarji Provisorji ta’ Independent; b) Li l-assi li Independent għandha hawn Malta eventwalment jiġu użati biss biex jitħallsu l-obbligi marbuta mal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li Independent mexxiet f’ Malta fosthom ir-return premiums u claims. F’ kaz li l-assi tal-kumpannija ma jkunux biżżejjed biex jitħallsu l-obbligi kollha tad-detenturi ta’ polza u kredituri oħrajn, isiru ħlasijiet fuq bażi “pro-rata”. ċ) Li l-ebda ħlas ma jista’ jsir sakemm l-obbligi, kollha li Independent għandha f’Malta jkunu magħrufa.
Leg 9 PQ #30161 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni tal-Laħam Abjad

Question

Peress li PQ 29866 tikkonferma ċ-ċifra globali, jista' l-Ministru ġentilment jgħati d-dettal mitlub f'PQ 29959?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 30130 f'seduta 663.
Leg 9 PQ #30162 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni fuq Pjanti u Xtieli — Levy

Question

Peress li f'PQ 29866 l-Ministru tani tweġiba biċ-ċifra globali, jista' ġentilment wieġeb PQ 29958 bid-dettalji mitluba?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 30130 f'seduta 663.
Leg 9 PQ #30163 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni tal-laħam tal-Majjal

Question

Peress li l-PQ 29866 tirreferi għaċ-ċifra globali, jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb għat-talba skond PQ 29965?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 30130 f'seduta 663.
Leg 9 PQ #30164 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni tal-Ħxejjex u Frott

Question

Peress l-PQ 29866 tirreferi għal-ċifra totali, jista' l-Ministru ġentilment jagħti d-dettal mitlub f'PQ 29960?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 30130 f'seduta 663.
Leg 9 PQ #30144 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.