Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni barranija

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li kien talab għall-pensjoni barranija, dik Ingliża, huwiex intitolat għaliha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Allowance ta' korriment

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tingħata allowance ta' korriment fuq ix-xogħol minflok benefiċċju għall-mard u dan billi qiegħed barra mix-xogħol b'konsegwenza ta' korriment waqt ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali dwar il-każ tagħha.

Bord ta' l-invalidita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-bord ta' l-invalidta' se tibgħat għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hix intitolata għal xi forma ta' pensjoni u jekk le, għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Għajnuna soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex intitolata għall-għajnuna billi tieħu ħsieb ommha anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hix qed tħallas kera kif suppost?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-kera tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant hi kif stabbilita fil-kuntratt iffirmat bejn din il-persuna u d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Social

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hiex intitolata għal SA issa li ommha daħlet ġo dar ta' l-anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Korriment fuq ix-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tara li l-każ ta' korriment fuq ix-xogħol jerġa' jiġi eżaminat billi l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadha ma fiqietx għal kollox?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Pensjoni ta' l-invalidita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid min ma jikkwalifikax għall-pensjoni ta' l-invalidita' H.P. (handicapped person)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna tista tikwalifika għall-Pensjoni għal Diżabilita' jekk tiġi ċċertifikata li hija persuna gravement diżabilitata, li għalkemm għad għandha tul ta' ħajja raġonevoli ma tkunx tista żżomm lilha nnifisha b'impjieg jew xogħol għal rasha fulltime, jew li ssir hekk inkapaċi meta jkollha l-eta' li tagħmel hekk, minħabba diżabilita' permanenti. L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Taqsima I) Artiklu 2, jkompli jagħti kundizzjonijiet mediċi li jaqgħu taħt din id-definizjoni. Min japplika għal din it-tip ta' pensjoni jkun irid jidher quddiem bord mediku mwaqqaf apposta.

SKA

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma tikkwalifikax għall-SKA?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hiex qed tieħu l-pensjoni t-tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Wied il-Għajn — Fond

Question

Tista' l-Ministru tara li l-problema ta' umdita' li għandu l-fond tal-gvern, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separtament, f'Wied il-Għajn tiġi rranġata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.

Mosta — Derequisition

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond li jinsab fil-Mosta, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat jew le? Xi jrid isir biex tinħareġ id-derequisition?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-fond indikat mill-Onor. Interpellant kien ġie derekwiżizzjonat fit-23 ta' April 2003.

Anzjan

Question

Tista' l-Ministru tara għaliex anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qed ikollu dħul ta' Lm150 fix-xahar peress li qed joħdulu mid-dħul tiegħu minħabba li għandu l-mara fir-Residenza San Vincenz de Paule u li dan anke mhux qed jieħu l-voucher dwar id-dawl u l-ilma? Jista' jiġi nvestigat dan il-każ u jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali qed jerġa jinvestiġa l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant wara li kien kitbilha fis-17 ta’ Mejju 2007. .

Adult Training Centre — Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' f'kull Adult Training Centre separatament? Kemm hemm applikazzjonijiet ta' persuni mill-iskejjel speċjali sabiex persuni b'diżabilita' jibdew jattendu f'xi wieħed minn dawn iċ-ċentri? Kemm hemm ukoll applikazzjonijiet li ġejjin minn persuni b'diżabilita' li joqogħdu d-dar u allura ma jattendu fl-ebda skola speċjali? Kemm hemm postijiet fl-ATC's għall-persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll n-numru ta’ applikazzjonijiet biex jattendu ċ-Ċentri minn persuni fi skejjel speċjali u minn persuni li ma jattendu ebda skola hu 25 u 54 rispettivament. Preżentement hemm 3 postijiet vakanti fiċ-Ċentri li mistennija jiġu mimlija f’qasir żmien.

Appartament tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsijiet parlamentari 25684, 24763 u 25209 u tgħid jekk post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex battal jew x'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’dan l-istadju m’għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25684 f’Seduta Numru 526.

Lift fi blokk ta' apparatamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar mit-talba għall-istalazzjoni ta' lift fi blokka ta' appartament tal-gvern li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-istallar tal-lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant ġiet rakkomandata mill-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar u qed jiġu kompilati d-dokumenti biex issir l-applikazzjoni meħtieġa lill-MEPA.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tagħha li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Talba ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fi żmien qasir l-Awtorita’ tad-Djar mistennija tinforma lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bid-data għall-iffirmar tal-ftehim dwar l-għotja.

Għaxaq — Kumpens tal-War Damage

Question

Tista' l-Ministru tara li t-talba li għamlu r-residenti Għaxqin, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, rigward informazzjoni dwar kumpens tal-War Damage tkun imwieġba, għax jinħtieġu dik l-informazzjoni b'mod mill-aktar urġenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li diġa’ sar kuntatt bejn in-nutar li qed jirrappreżenta r-residenti ndikati u l-Aġent Direttur tad-Dipartiment responsabbli u ser isiru l-arranġamenti biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa.