Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29311 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28390 u tliet każijiet indikati, fejn saru l-każijiet, fi x' ħin, sarx rapport lill-pulizija dwarhom u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 05.06.00 Il-karozza kienet misjuqa mill-Kummissarju, meta karozza oħra baqgħet dieħla fuq il-ġenb tal-karozza tas-servizz. Dan l-inċident kien seħħ fl-Imsida għal ħabta tas-6.45pm u kien sar rapport l-Għassa ta` l-Imsida. 22.11.00 Il-karozza kienet misjuqa mid-driver u baqgħet dieħla ġol-karozza ta` quddiema. Dan l-inċident kien seħħ fil-Pieta` għal ħabta tas-7.30am u kien sar rapport l-Għassa ta` l-Imsida. 18.05.01 Il-karozza kienet misjuqa mid-driver, meta karozza oħra baqgħet dieħla fuq wara tal-karozza tas-servizz. Dan l-inċident kien seħħ f`Ħ`Attard għal ħabta tat-8.30am u kien sar rapport l-Għassa ta` B`Kara.
Leg 9 PQ #29316 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-mistoqsija parlamentari nmr. 28395 u l-każ imsemmi, x' kienet qegħda tagħmel id-delegazzjoni barranija f' Malta? X' policy teżisti min-naħa tal-Ministeru tiegħu dwar rigali li jingħataw minn delegazzjonijiet barranin bħal dawn?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28395, din id-delegazzjoni kienet Malta għal taħdidiet mal-Pulizija Maltija. Ma teżisti l-ebda policy minn naħa tal-Ministeru dwar il-materja imqajjma mill-Onorevoli Interpellant, iżda kull impjegat pubbliku għandu jiggwida ruħu f`ċirkostanzi bħal dawn mill-Kodiċi ta` Etika.
Leg 9 PQ #29318 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn min kienu x-xufiera assenjati mal-Kummissarju? Għaliex wieħed minnhom kien trasferit lejn l-Għassa ta' Ħaż-Żabbar?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ma nħossx illi tagħrif personali dwar membri tal-Korp għandu jkun ippublikat. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid kull moviment ta` membri fil-Korp isir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp.
Leg 9 PQ #29378 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Isla — Mħażen

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru 28941 u 29189, jista' l-Ministru jirrispondi dwar dik il-parti l-antika li qiegħda tiġi okkupata mingħajr ma hija konnessa bl-ebda mod man-negozju ta' l-inkwilini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-parti l-antika li qegħda tiġi okkupata, hija remissa li allegatament ġiet allokata lill-okkupant mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet minflok żewġt ikmamar li ġew imwaqqa` meta saret it-triq. F`din il-kamra l-okkupant jaħżen materjal li għandu bżonn in konnessjoni max-xogħol tiegħu u għandu wkoll sitt itjur.
Leg 9 PQ #29389 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

VRT testing stations

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna kemm hemm VRT testing stations li għandhom permess maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jekk sarux xi enforcement notice/stop notices għal xi garaxxijiet li inbnew bla permess u qed joperaw xorta waħda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 14-il applikazzjoni għal VRT Testing Stations li ġew approvati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar filwaqt illi l-Enforcement Unit ħarġet żewġ stop/enforcement notices fuq garages li qegħdin joperaw mingħajr permess ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #29434 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Firem tar-Residenti

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari nru. 26726 fejn il-każ deskritt jintalab in-neighbours consent li jkollhom djarhom sa tmintax-il metru bogħod mil-ħanut li għalih issir l-applikazzjoni, jaf l-Ministru li l-ġirien saħansitra ta' bieb ma bieb qatt ma ġew mitluba biex jiffirmaw jew jagħmlu xi tip ieħor ta' dikjarazzjoni biex juru l-approvazzjoni jew id-disapprovazzjoni tagħhom? F'każijiet bħal dawn x'għandu jsir? Qiegħed nibatt ritratti relevanti separatament.

Response (BORG, TONIO)

Peress li ma ngħatax tagħrif dwar liema liċenzja l-Onor. Interpellanti qed tirreferi għaliha, m`hinix f`pożizzjoni li nikseb it-tagħrif mitlub. Pero`, ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti ta` l-1991 dwar Proċeduri rigward Liċenzja tal-Pulizija, applikazzjoni għall-għoti, tiġdid jew trasferiment ta` liċenzja tista` tiġi kontestata minn xi persuna oħra li jkollha interess.
Leg 9 PQ #29447 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Built Up Areas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-area ta' kull lokalita' f'Malta u Għawdex, x'inhi l-built up area tagħha llum, kemm mill-built up area hi residenzjali, kummerċjali jew industrijali, u kemm mill-area totali mhux għall-bini u kemm mill-area li mhix għall-bini hi raba eċċ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-iskeda li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-figuri ta`: i) l-art totali li tappartjeni għal kull kunsill lokali ii) l-art li hija diġa` mibnija (built-up areas) Built-up area, għall-iskop ta` dawn il-figuri tinkludi l-bini kollu li ġie żviluppat sal-lum sal-limiti ta` l-iżvilupp u teskludi l-art vakanti li tista` tiġi mibnija fl-istess limiti. Dawn il-figuri jinkorporaw bini fiż-żona residenzjali kif ukoll areas bħal ġonna, toroq, postijiet meħudin minn infrastruttura, eċċ, pero` jeskludu areas ta` użu nazzjonali bħal l-ajruport u areas industrijali. Wieħed jinnota li kull art fil-Limiti ta` l-iżvilupp potenzjalment tista` tiġi żviluppata kemm għal skop residenzjali, kummerċjali u industrijali, skond kif ġiet allokata fl-iskema ta` l-iżvilupp. Il-figuri li ntalbu rigward l-użu ta` l-art fuq livell ta` kunsilli lokali ma jistgħux jiġu provduti peress li normalment dawn huma miġbura f`total u bħala floorspace. Fil-każ ta` art industrijali, hemm: Art privata allokata għal skop industrijali fl-iskemi temporanji ta` l-iżvilupp - 592,877 metri kwadri Art industrijali taħt il-kontroll ta` l-MDC - 1,107,913 metri kwadri Total ta` floor space industrijali vakanti - 160 etari Rigward l-area totali li mhix għal bini urban (barra minn skemi temporanji ta` l-iżvilupp) din tammonta għal 25,682 ettari. L-ammont ta` art li hija meħuda għall-użu agrikolu jammonta għal 10,738 ettari (News release 35/2001 NSO). Din il-figura, pero`, tinkludi art agrikola li hemm fl-Iskemi ta` l-iżvilupp (ma jeżistux figuri separati għal ODZ u skemi temporanji ta` l-iżvilupp. Eżerċizzju li għaddej mill-Mapping Unit għal Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd ser jgħin biex ikollna dawn il-figuri).
Leg 9 PQ #29461 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Anthrax Hoaxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiġi stmata li tiswa kull operazzjoni li qed issir f'kull każ ta' Anthrax hoaxes, meta tqis in-nies kollha involuti f'kull operazzjoni inkluż l-apparat, kimika, ilbies protettiv w affarijiet oħra? Jikkunsidra l-Gvern li jagħmel pieni aktar ħorox għal min jinqabad jagħmel dawn it-tip ta' hoaxes kif għamlu pajjiżi oħra?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jikkonċerna d-dekasteru tiegħi, ninsab infurmat mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li mhux possibli li tingħata stima realistika ta` kull operazzjoni li qed issir f`kull każ ta` Anthrax hoaxes. Li huwa ċert pero` huwa li l-istima tlaħħaq għal eluf ta` liri. Is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant fl-aħħar parti tal-Mistoqsija qed jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #29476 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Fortizzi

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm għad hemm fortizzi li jinsabu presentement f'idejn il-privat sal-31 ta' Ottubru 2001 u jistax jiġi indikat liema waslu sabiex jingħataw lura jew qegħdin f'trattativi sabiex jingħataw lura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm 9 fortizzi li huma mogħtija lill-privat b`kera jew ċens temporanju. Infurmat ukoll illi m`hemm l-ebda fortizza li waslet biex tingħata lura lill-Gvern, għalkemm hemm diversi nkwilini li lesti jċedu l-kirja tagħhom basta jingħataw post alternattiv. Dan mhux faċli għaliex il-Gvern ħafna drabi ma jkollux postijiet tajbin għal dan l-iskop.
Leg 9 PQ #29477 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Fortizza ta' San Anard

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti jinforma l-Kamra jekk kienx hemm żvilupp 'l quddiem għal dak li għandu xżjaqsam mal-Fortizza ta' San Anard, x-Xgħajra u din tistax lura f'idejn id-dipartiment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda żvilupp dwar il-każ tal-Fortizza ta` San Anard.
Leg 9 PQ #29486 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċident tat-Traffiku

Question

B'referenza għall-inċident tat-traffiku fil-Furjana xi xhur ilu li kellha persuna li isimha qiegħed nibgħat separatament ma' din il-mistoqsija parlamentari, jista' l-Ministru jgħid: 1) X'tip ta' investigazzjonijiet saru? 2) Kemm il-persuna ġiet interogata u x'irriżulta min kull interogazjoni? 3) Ġiet identifikata l-karozza li l-persuna allegat li rassitha 4) Fost l-investigazzjoni li saret sar x'użu minn video cassette ta' xi close circuit camera? 5) Jekk fl-affermativ, x'irriżulta minn dan il-cassette? 6) Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-każ imsemmi sarx breathalyser test mill-pulizija fuq il-persuna? 7) Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-każ imsemmi sarx breathalyser test fl-isptar fuq il-persuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċident tat-traffiku li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, qiegħed ikun investigat skond il-liġi. Matul il-kors ta` din l-investigazzjoni l-Pulizija kellmet xi persuni, kif ukoll sar stħarriġ ieħor, fosthom użu ta` video recordings ta` security cameras fl-inħawi ta` fejn seħħ l-inċident. Kif jien infurmat, minn dawn kien ikkonfermat li fil-ħin li seħħ l-inċident, kienu għaddejjin xi vetturi minn din it-triq, pero` minħabba l-kwalita` tar-recordings, dawn il-vetturi ma setgħux ikunu identifikati. Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija, skond il-liġi breathalyser test isir meta uffiċjal tal-Pulizija jkollu suspett raġonevoli li persuna taħt l-effett tal-alkoħol, tkun qed issuq vettura. Ninsab infurmat illi f`dan il-każ ma kienx hemm dan is-suspett u għalhekk ma sarx il-breathalyser test.
Leg 9 PQ #29173 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Parking

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex aċċess tal-parking li kellhom is-sidien ta' l-istabilimenti kummerċjali u restoranti, fil-parti ta' Marfa road il-Mellieħa li tiġi bejn iċ-Ċimiterju tal-Jugoslavia fil-Mellieħa sa qabel ir-round about tal-By pass, issa tneħħa bix-xogħlijiet tal-bankina l-ġdida li saret? Jekk f' affermattiv meta? Billi dan tellef ħafna mill-kummerċ ta' dawn is-sidien jista' l-Ministru jinvestiga l-każ u jirrimedja b' soluzzjoni tal-parking li fuq kollox kien diġa jeżisti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret mill-Ispetturi tal-Bini inkarigati mill-area, jirrizulta li dan l-ahhar saru bankini godda fl-inhawi tal-Mellieha. Peress li n-naha tat-triq li tmiss mac-cimiterju tal-Jugoslavja taqa’ barra z-zona ta’ l-izvilupp, dan mhux permess bid-DNO ta’ 2001. Ghaldaqstant inhareg Avviz biex Tieqaf u ta’ Twettieq b’referenza ECF1110/01. Ta’ min jinnota li hemm ‘Outline Development Application’ pendenti, b’referenza PA1082/99, ghall-immanigjar tat-traffiku f’din iz-zona. Wara konsultazzjoni pubblika kien hemm xi suggerimenti godda u ghalhekk il-perit ghandu jibghat pjanti godda rigward l-immanigjar tat-traffiku.
Leg 9 PQ #28997 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kisja Cold Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proġett ta' kisja cold tarmac li kellu jsir fuq l-għalqa ta' Kola r-Rabat? X'ġara mit-talbiet tal-kunsill lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dwar il-post imsemmi fil-Mistoqsija, kienet saret applikazzjoni bir-referenza PA 3707/95 (to construct parking for private cars). Deċiżjoni favorevoli għal dan l-iżvilupp ittieħdet fit-22 ta` Novembru 1999 mill-Kummissjoni għal Kontroll ta` l-Iżvilupp. Wara kien sar appell minn terzi persuni fuq l-istess applikazzjoni, id-deċiżjoni nqalbet u ġiet "upheld" mill-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar fil-25 ta` Ottubru 2001.
Leg 9 PQ #29212 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' permessi hemm mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex bini li sar bħala ħwienet jinbidlu f' garaxxijiet fi Triq iż-Żenqa fin-Naxxar? Liema bini li ħareġ bħala ħwienet ingħatalu permess għal change of use mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex isiru garaxxijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond il-permess originali PA2024/99 gew approvati seba' hwienet fil-pjan terran ta' din il-blokka. Minn dawn erbgha diga qeghdin joperaw bhala hwienet, waqt li tlieta ohra ghadhom maghluqin.
Leg 9 PQ #29213 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ajruport

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru kemm kien hemm persuni li waslu fl-ajruport ta' Malta u ma tħallewx jidħlu Malta? Mil-liema pajjiżi ġew? X' ċittadinanza kellhom? Kemm kienu nisa? Kemm irġiel? X' kienu r-raġunijiet varji li jgħalihom intbagħtu lura? Min jieħu d-deċiżjonijiet biex persuna tintbagħat lura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena, matul ix-xahar ta' Settembru kien hemm 192 persuna li waslu fl-ajruport ta' Malta u ma thallewx jidhlu Malta, filwaqt li fix-xahar t'Ottubru (sal-25), in-numru ta' dawk li ma thallewx jidhlu kien ta' 87. Minn dawn il-279 persuna, 249 huma rgiel u 30 huma nisa. Minn rekords disponibbli ninsab infurmat illi n-nazzjonalita ta' dawn il-persuni hija kif tidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-ragunijiet li ghalihom dawn in-nies intbaghtu lura kienu principalment li: Ma jkollhomx mezzi bizzejjed bien imantnu lilhom infushom f'Malta Jigi stabbilit li ma jkunux gew Malta ghal skop genwin ta' Turizmu Ma jkollhomx id-dokumenti kollha necessarji Jkunu suggetti ta' xi struzzjonijiet biex ma jithallewx jidhlu Malta minhabba xi kaz precedenti jew xi raguni ohra. Dwar l-ahhar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegibiet li jien tajt ghall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 22326 u Nru. 22595.
Leg 9 PQ #29225 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għall-PQ 28934 x' kienu l-każi li dwarhom l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġu l-avviżi kontra persuni li kisru l-Att dwar l-Iżviluppi? Fuq x' hiex ħarġu dawn l-avviżi? Meta ħarġu b' kull każ? X' passi ttieħdu mindu ħarġu dawn l-avviżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-kazi ta' infurzar li dwarhom hadet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-lokalitajiet imsemmija fil-Mistoqsija, hu kif jidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nitlob l-Onorevoli Membru jinnota li r-risposta ghall-mistoqsija tieghu jista' facilment jaraha fuq il-Map Server ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar fuq il-website www.pa-malta.org.
Leg 9 PQ #28943 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għal-liċenzja tan-nassaba u kaċċaturi ġiet approvata bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienu t-talbiet approvati għall-istess perjodu għas-snin 2000 u 1999 separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-hrug ta' licenzji ghal kacca u insib hu kif jidher hawn taht:- Hrug ta' licenzji godda 1999 2000 2001 Jannar - Settembru Jannar - Settembru Jannar - Settembru Kacca 288 308 371 Insib 44 89 270
Leg 9 PQ #28944 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru pendenti ta' talbiet għal liċenzji tal-kaċċaturi u nassaba li għandu d-Dipartiment kkonċernat fil-mument?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29042, ninsab infurmat illi bħalissa hemm 694 applikazzjoni pendenti għal liċenzji tal-kaċċa u 253 għal liċenzji ta` nassaba.
Leg 9 PQ #28945 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi u Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex qed ikun hemm dewmien esaġerat sabiex il-kaċċaturi u nassaba jingħataw il-liċenzja?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29042.
Leg 9 PQ #28973 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi u Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-proċess ta' l-applikazzjonijiet il-ġodda tal-kaċċaturi u nassaba minħabba li jeżistu każijiet fejn kaċċaturi u nassaba qed jispiċċaw jistennew madwar sena sabiex tinħarġilhom il-liċenzja?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29042.