Jista' l-Ministru jara jekk dak li għaddej fil-premises li ġew mgħoddija mill-parlament b'riżoluzzjoni parlamentari lill-Birżebbuġa Waterpolo Club, fejn huwa maħsub li jsir żvilupp u fejn jidher li hemm affarijiet li mhux ċari kif jidher minn ċerti artikli li dehru fil-ġurnali, huwiex skond il-kuntratt li kien ġie ffirmat wara li għaddiet l-istess riżoluzzjoni? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra nota dwar dak li hemm propost li jsir u kif dan se jsir fid-dawl ta' l-istess kuntratt?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor. Membru l-water polo pitch Club House hu spazju pubbliku kif delineat fil-pjanta relattiva fi Triq il-Bajja s-Sabiħa, B'Buġia, kien ġie mgħoddi b'ċens temporanju għal 49 sena lil B'Buġia Sports Club b'kuntratt pubbliku tal-11 ta' Settembru, 2000, wara diskussjonijiet u approvazzjoni ta' Riżoluzzjoni fil-Parlament. Il-B'Buġia Acquatic & Sports Club hija affiljata regolarment fl-Acquatic Sports Association - Malta.
Il-Kunsill Malti għall-iSport ġie konsultat kif titlob il-liġi dwar applikazzjoni lill-MEPA (PA1590/03) biex l-għaqda spotiva konċernata twettaq żvilupp skond pjan intenzjonat biex jirriabilita' u jimmodernizza l-faċilita'.
Il-KMS irrisponda li ma jkollux oġġezzjoni sakemm jiġu osservati l-kondizzjonijiet tal-kuntratt u tal-MEPA.
Qed inkompli nsegwi l-iżviluppi tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet fuq il-bini ta' l-iskola Verdala Bormla u jekk hux mexjin skond il-programm inizjali? Meta jaħseb li din l-iskola tibda tilqa' fiha l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni beda u x-xogħol għaddej kif pjanat. L-iskola pjanata li tilqa' fiha l-istudenti għas-sena skolastika 2008/2009.
Jista' l-Ministru jgħid mit-twaqqif ta' l-MCAST, sena b'sena sa din is-sena, x'investiment fiżiku sar u f'liema bini? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol każ b'każ?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea, minbarra l-ESF u l-ERDF, qed tipparteċipa fihom l-Universita' ta' Malta u l-Junior College? Min huwa nkarigat/i min-naħa ta' l-Universita' u min-naħa tal-Junior College biex jamministra dawn il-fondi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' tieħu sehem fil-programm Erasmus (Lifelong Leraning Programme), u li minnu jibbenefikaw kemm studenti u kif ukoll għalliema ġewwa l-Universita'. Il-fondi jiġu mgħoddija lill-Universita' mill-European Union Programmes Unit (l-EUPU fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Xogħol) li min naħa tagħha tqassam il-fondi ta' l-Erasmus kemm lill-Universita' u lill-MCAST. Fl-Universita', il-programm Erasmus huwa amministrat mill-International and EU Office, skond il-proċeduri u kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea u mill-EUPU. It-tqassim ta' fondi (grants) isir mill-International & EU Office bl-approvazzjoni tal-Finance Office fl-Universita' stess, dejjem skond il-proċeduri u kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea u mill-EUPU.
L-istudenti u għalliema fil-Junior College ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn il-fondi peress li l-Programm Erasmus huwa ristrett għal Degree/Higher Diploma Awarding Higher Education Institutions.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea, minbarra l-ESF u l-ERDF, qed jipparteċipa fihom l-MCAST? Min huwa nkarigat/i min-naħa ta' l- MCAST biex jamministra dawn il-fondi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-MCAST jipparteċipaw fil-programm ta' Leonardo da Vinci, Comensius, Erasmus u Grundtvig.
Jeżisti mekkaniżmu ċar u trasparenti biex jinkisbu u jiġu amministrati proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Il-proġetti kollha sottomessi huma approvati mill-Prinċipal u Kap Eżekuttiv u l-fondi huma amministrati mil-Uffiċju ta' Programmi Internazzjonali bi ftehim mad-Dipartiment tal-Finanzi tal-Kulleġġ.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea, minbarra l-ESF u l-ERDF, qed jipparteċipa fihom l-ITS? Min huwa nkarigat/i min-naħa ta' l-ITS biex jamministra dawn il-fondi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ITS qegħda tipparteċipa f’dawn il-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea :-
Structural Funds Programme for Malta 2004-2006 – Community Initiative Interreg IIIA Italia-Malta.
Saperi e Sapori Project
Prisma Project
Leonardo Da Vinci Programme
New (No-Borders European Workers) Hospitality – Analysis and Development of a European System of Qualifications and Competences in the Hospitality Sector for Transparency and Recognition without Borders.
Comenius
Healthy Food for Healthy Youth in a Future Europe
Comenius 2
In-service Training
The Media Programme:
Erasmus Charter
Teachers and Students Exchanges with
University of Almeria
Erasmus Hogesschool – Brussels
Higher Hotel Institute – Cyprus
University of Applied Sciences Worms - Germany
Informat ukoll li min naħa ta’ l-ITS hija l-Amministrazzjoni Taqsima ta’ l-Accounts li tamministra il-fondi.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programmi ta' l-Unjoni Ewropea, minbarra l-ESF u l-ERDF, qed jipparteċipa fihom il-Higher Secondary? Min huwa nkarigat/i min-naħa tal-Higher Secondary biex jamministra dawn il-fondi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena il-Giovanni Curmi Higher Secondary School ħadet sehem fi proġetti tal-Comenius u Euroscuola.
Informat ukoll li l-għalliema mdaħħlin fil-proġett jieħdu ħsieb l-amministrazzjoni tal-fondi u jiġu verifikati taħt id-direzzjoni tal-Kap ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' nies barranin li għandhom permess li jaħdmu? Ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont totali ta' persuni li għandhom permess li jaħdmu sas-7 ta' Lulju 2007 kien hekk :
EU NON EU Totals
2,947 3,663 6,610.
Informazzjoni mil liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26874 u jgħid f'liema stadju waslet t-talba għall-facilitator ta' l-istudenta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenta li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament dehret quddiem il-Bord f'Novembru 2006. Il-Bord irrakkomanda Occupational Therapy sessions u support mill-FES (Foundation for Educational Services). Ma kien hemm l-ebda talba biex issir review. Is-segretarja tal-bord kellmet lill-omm u spjegatilha x'għandha tagħmel biex isir review tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi tip ta' allowance għall-uffiċjali tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol, li m'għandhomx għad-dispożizzjoni tagħhom karozza ta' l-awtorita'? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm minn dawn l-uffiċjali li jieħdu din l-allowance, u min huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, ma hawn l-ebda uffiċjal li għandu dan it-tip ta' allowance. Izda kull uffiċjal għandu għad dispozizzjoni tiegħu karozza ta' l-Awtorita' u dan biex iwettaq x-xogħol tiegħu ta' kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-peripatetic service għas-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma jekk il-peripatetic service hux se jibqa' taħt il-curriculum management?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-peripatetic service għas-sena d-dieħla ser jersaq aktar qrib l-amministrazzjoni tal-kulleġġi. Għadu prematur li wieħed jindika b'mod konkret f'dan l-istadju taħt liema Direttorat ser jaqa' dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħatriet saru fl-MCAST matul din is-sena? Min huma l-persuni li ġew magħżula u xi kriterji ntużaw? Kien hemm sejħa għal dawn il-karigi? X'inhu l-ħlas f'kull każ u x'benefiċċji għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli jiġi ffirmat il-ftehim ma' l-MUT dwar ir-riforma fl-istruttura fl-edukazzjoni ħalli fost affarijiet oħra jiġi assigurat li dawk impjegati bħala instructors mad-dipartiment u li għandhom il-kwalifiki meħtieġa jkunu jistgħu javvanzaw fil-karriera tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-diskussjonijiet dwar il-ftehim ma' l-MUT waslu fil-fazi konklussiva tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk impjegati bħala instructors mad-Dipartiment u li għandhom ħafna kwalifiki fil-qasam edukattiv ma ngħatawx l-opportunita' li japplikaw għall-post ta' assistenti kapijiet ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sejħiet għall-applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet fil-Klassi ta' Edukazzjoni huma regolati mill-ftehim li jidħlu fih Gvern u Unions.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda il-kors għad-diploma għall-kindergarten assistants u hemmx xi ħsieb li tingħatalhom warrant flok temporary warrant?
Response (GALEA, LOUIS)
L-ewwelnett il-liġi dwar l-edukazzjoni ma tipprovdi la għal warrant u lanqas għal temporary warrant għal kindergarten assistants. Dwar il-kors ta' Diploma f'early childhood education and care iridu jsiru d-diskussjonijiet meħtieġa ma' l-Universita'.
Jista' l-Ministru jgħidilna xi kemm hemm psikologi tal-edukazzjoni (educational psychologist) jaħdmu mat-tfal li jmorru l-iskejjel tal-Gvern, kemm primarji u kemm sekondarji? Kemm irriżenjaw psikologi ta' l-edukazzjoni f'dawn l-aħħar sentejn mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent hemm psikologu ta' l-edukazzjoni wieħed mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni filwaqt li jinxtraw is-servizzi ta' psikoloġiċi skond il-bżonn.
Informat ukoll li fl-aħħar sentejn irrizenjaw minn din il-kariga tlett psikoloġi.