Jista’ il-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar xahrejn kienx hemm xi żviluppi fin-negozjati mal-Libja dwar id-deċiżjoni min-naħa tal-Libja li tiddikjara żona għall-konservazzjoni tas-sajd?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-taħdidiet bejn Malta u l-Libja għadhom għaddejjin bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar din il-materja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jaħseb li se tkun in-nefqa totali biex Malta tospita ċ-CHOGM u kemm minn din in-nefqa se tkun koperta minn sponsorships?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-allokazzjoni għaċ-CHOGM fil-budget ta' din is-sena hu ta' Lm1.5 miljun. Għadu kmieni biex wieħed jgħid kemm se tkun in-nefqa totali għalkemm kull sforz qiegħed isir biex kemm jista jkun din iċ-ċifra ma tinqabisx.
Id-dħul ta' flus mill-isponsorships qiegħed jiġi allokat kemm jista jkun għal inizjattivi biex issir promozzjoni għal marketing ta' Malta; naturalment offerti ta' sponsorships "in kind" imorru biex jgħinu fil-preparazzjonijiet loġistiċi taċ-CHOGM, bħal per eżempju f'karozzi bix-xufier għal kull Kap ta' Stat li se jattendi.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed jipproponi l-Gvern Malti bħala issues għad-diskussjoni fuq l-aġenda taċ-CHOGM? X'inhuma jipproponu pajjiżi ewlenin tal-Commonwealth bħar-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja, l-Indja, il-Pakistan u l-Afrika t'Isfel biex jiġi diskuss waqt iċ-CHOGM?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Id-diskussjoni dwar l-issues li mistennija jkunu diskussi waqt iċ-CHOGM għadha għadejja f'konsultazzjoni mas-Secretarjat tal-Commonwealth u s-Segretarjat Generali tal-Commonwealth. Il-Gvern Malti ppropona t-tema għaċ-CHOGM li hija "Networking the Commonwealth for Development"u din mistennija tkun tema centrali fic-CHOGM,
Fi żmien qrib, is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth għandu jikteb lill-Kapijiet ta' Gvern tal-Commonwealth dwar dan.
Wara li dan l-aħħar saret sejħa għall-offerti biex isir programm għal waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ taċ-CHOGM, jista' il-Ministru jgħidilna jekk din l-offerta tteħditx u jekk iva, min hija l-kumpannija li ħadet l-offerta, min huma d-diretturi ta' din il-kumpannija u kemm se tiġi tiswa din l-offerta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Kienu żewġ kumpanniji li tefgħu offerta għat-tender biex isir avveniment kulturali waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ taċ-CHOGM, Welcomevents and Sunrays Travel and Tourism Ltd. Twaqqaf kumitat sabiex jivvaluta l-offerti u fl- 24 ta' Gunju rrikmanda lid-Direttur General tal-Kuntratti li l-għażla tal-kumitat kienet favur l-offerta ta' Welcomevents,. Din ir-rikomandazjoni ġiet approvata mill General Contracts Committee, u jekk ma jkun hemm l-ebda oggezzjoni f'perijodu ta' 14 il-jum, din titħabbar. Dan hu previst għal-21 ta' Lulju. L-ammont indikata fl-offerta ta' Welcomevents hi ta' Lm 49,500.
Jista' il-Prim Ministru jgħid xi preparamenti qed isiru biex hu u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jieħdu l-okkażjoni taċ-CHOGM biex jagħmlu laqgħat bilaterali mal-counterparts tagħhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Gvern ta' Malta diġa beda bil-Kuntatti biex matul il-Laqgħa għall-Kapijiet tal-Gvern tal-Pajjiżi tal-Commonwealth li sejra ssir f'Novembru li ġej, isiru taħdidiet bilaterali mal-pajjiżi membri tal-Commonwealth biex jitakttru relazzjonijiet kemm politiċi kif ukoll kummerċjali ta' Malta ma dawn il-pajjiżi, u biex nieħdu l-aqwa benefiċċju mill-fatt li ser ikun hawn daqshekk Kapijiet tal-Gvern u Ministri ta' l-Affarijiet Barranin f'Malta.
Jista' il-Ministru jgħid xi preparamenti qed isiru biex hu u l-Prim Ministru jieħdu l-okkażjoni taċ-CHOGM biex jagħmlu laqgħat bilaterali mal-counterparts tagħhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Gvern ta' Malta diġa beda bil-Kuntatti biex matul il-Laqgħa għall-Kapijiet tal-Gvern tal-Pajjiżi tal-Commonwealth li sejra ssir f'Novembru li ġej, isiru taħdidiet bilaterali mal-pajjiżi membri tal-Commonwealth biex jitakttru relazzjonijiet kemm politiċi kif ukoll kummerċjali ta' Malta ma dawn il-pajjiżi, u biex nieħdu l-aqwa benefiċċju mill-fatt li ser ikun hawn daqshekk Kapijiet tal-Gvern u Ministri ta' l-Affarijiet Barranin f'Malta.
Jikkonferma l-Prim Ministru li l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-kunsill tas-sigurta' tal-Ġnus Magħquda hi li Malta favur żieda fin-non permanent seats ħalli jkun hemm kunsill tas-sigurta' akbar u b'aktar rotation?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nikkonferma li l-pożizzjoni ta' Malta dwar it-tkabbir fil-Kunsill tas-Sigurta' hi favur żieda fin-non-permanent seats.
Fil-fatt, Malta hija favur il-pozizzjoni tal-grupp imsejjaħ Uniting for Consensus li jinkludi lill-Italja, Spanja u Argentina.
Jikkonferma l-Ministru li l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-kunsill tas-sigurta' tal-Ġnus Magħquda hi li Malta favur żieda fin-non permanent seats ħalli jkun hemm kunsill tas-sigurta' akbar u b'aktar rotation?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nikkonferma li l-pożizzjoni ta' Malta dwar it-tkabbir fil-Kunsill tas-Sigurta' hi favur żieda fin-non-permanent seats.
Fil-fatt, Malta hija favur il-pozizzjoni tal-grupp imsejjaħ Uniting for Consensus li jinkludi lill-Italja, Spanja u Argentina.
Affarijiet Barranin — Safar minn uffiċjali pubbliċi
Question
Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-ammont totali ta' l-ispejjeż kollha f'safar minn uffiċċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kif ukoll minn uffiċċjali li jaħdmu f'entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi, huma kif ġej:
2003 2004 2005
LM 489,732.24 LM 450,101.61 LM 169,799.63
Il-figura għas-sena 2005 tiġi aġġustata wara li jinħadem ukull skont magħmul mill-AirMalta u rifużjonijiet ta' spejjeż ta' vjaġġi mogħtija mill-EU.
Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru/Dipartimenti, l-ammonti nidkati juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) tal-Estimi.
Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma' laqgħat ta' Unjoni Ewropeja, l-ammount ta' Lm 20774.30 diġa' ġie jew għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'arranġamenti tas-sigurta' qed isiru mill-forzi tas-sigurta' Maltin u x'għajnuna mistennija minn forzi tas-sigurta' barranin waqt iċ-CHOGM?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed issiru l-arrangementi kollha necessarji dwar sigurta għall din il-Laqgħa f'pajjizina.
Jien infurmat li s-servizzi Maltin huma wkoll f'kuntatt ma' forzi ta' sigurta barranin kemm għal xi pariri kif ukoll fuq training programmes u provvediment ta' tagħmir.
L-Onorevoli Membru japprezza li fuq dan is-suġġett ma jkunx għaqli li tingħata nformazzjoni ddettaljata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi m'għandux każi pendenti quddiem il-Public Service Commission.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ma ħassx il-ħtieġa li jiddiskuti l-kwestjoni dwar il-fishing zone mal-Ministru Libjan għall-affarijiet barranin meta kien Malta għall-konferenza ministerjali 5plus5, dejjem skond kif ġie irrapportat mill-media lokali?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-laqgħa tal-5+5 hija laqgħa informali bejn il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' 10 pajjizi tal-Mediterran. Abbozzi ta' Aġenda miftehma bejn il-partijiet kollha. Kwistjoni bħalma hija l-fishing zone ddikjarata mill-Libja, ma tqumx waqt forum"multilaterali" bħal dan.
Naturalment, l-Onorevoli Interpellant żgur li jifhem li, minħabba s-sensittivita' ta' ċerti materji u fl-aħjar interess nazzjonali, ma nkunx dejjem nista' nirrapporta fil-media dwar kull diskussjoni bilaterali informali li kelli ma' diversi Ministri Barranin waqt il-laqgħa tal-5+5.
Fil-fatt, eżatt wara l-Konferenza Stampa tal-5+5, kelli laqgħa privata one-on-one mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Libja Abdel Rahman Salgam.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13312 u jgħid kemm kien hemm każi fejn ġew miksura r-regolamenti stabiliti mill-Ministeru tal-Finanzi fil-letter circular tal-5 ta' Novembru 2004 lis-segretarji permanenti, diretturi ġenerali u diretturi fir-rigward tal-ministeru tiegħu, l-aktar fejn jidħol EU relataed business? X'passi ttieħdu wara li dawn ir-regolamenti inkisru mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-direttur corporate services? Kemm kien hemm każi fejn ma sarx użu mis-servizz ta' l-Air Malta u ma' min saru dawn il-bookings?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ma kien hemm l-ebda każ fejn il-proċedura stabbilita nkisret jew li sar booking mhux ma' l-Air
Malta mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-Direttur tas-Servizzi Korporattivi u s-Segretarju Permanenti.
Fil-kazi fejn ma ntużax is-servizz ta' l-Air Malta kien hemm raġunijiet validi.
Minn fejn ħareg
il-biljett
Vjaġġ
Data
Raġuni
1. Lufthansa
Malta-Frankfurt
-Brussels
15/03/2005
-17/03/2005
Ma kienx hemm
connection flight
ma' l- Air Malta
2. Luxair
Malta - Luxembourg
29/05/2005
Irħas mill-Air Malta
u titjira diretta
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru proposti min-naħa tal-Ministeru lil diversi pajjiżi biex jitwaqqfu business councils? Lil liema gvernijiet saru? Kemm minn dawn il-proposti ġew aċċettati? Kemm minn dawn il-business councils ġew imwaqqfa? Minn min huma komposti? Kemm minnhom iltaqgħu u kemm-il darba ltaqgħu minn mindu twaqqfu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Saru proposti minn naħa tal-Ministeru lill-Libya u lill-Tuneż biex jitwaqqfu Business Councils u t-tnejn ġew aċċettati.
Il-Libyan-Maltese Business Council twaqqaf fis-26 ta' Frar 2005 wara li saret konsultazzjoni ma' korpi kostitwenti, u hu magħmul minn dawn il-membri:
Naħa Maltija:
- Mr Alfred Pisani, Chairman, Corinthia Group of Companies (Hotels and Catering);
- Mr Frank V Farrugia, Chairman, Alpha Techs Ltd., (IT and Medical Instruments);
- Mr Alfred Mangion, Chairman, AM Mangion Ltd., (Pharmaceuticals);
- Mr Joe Mizzi, Chairman, Chef's Choice Foods (Food Industries); and
- Mr Paul Vella, Chairman, Ballut Blocks (Constructing Trade & Building Materials).
Naħa Libjana:
- Mr Jebril Karim Al-Reaiyedh, from Mizurata, owner of El-Naseem for Milk and Dairy Products, Manufacturer and Trader of Foodstuff;
- Mr Abdel Razzak Krima, from Zawia, owner of Bahr El-Samah Partnership, a trader in building materials;
- Dr Abdel Naser Muhammed Okouk, from Tripoli, owner of Akida for Household Company, a trader of household and electrical appliances;
- Mr Abdel Azeem Atteya El-Ghoul, of Benghazi, owner of El-Nasr Company for Importation of Workshop Equipment, trader of industrial equipment and workshop requirements; and
- Mr Ibrahim Ahmed El-Darrat, owner of Al-Etkan Detergents, importer of detergents.
Il-Libyan-Maltese Business Council għad irid jiltaqa' iżda diġa kien hemm laqgħa ta' koordinazzjoni għan-naħa Maltija. Huwa mistenni li l-ewwel laqgħa ta' dan il-Kunsill isir fi Tripli aktar tard din is-sena..
Fit-2 ta' Ġunju 2005 tħabbar li ser jitwaqqaf il-Maltese-Tunisian Business Council. Il-ftehim formali dwar dan għandu jigi ffirmat din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-każi ta' laxkezza li saret riferenza għalihom fir-rapport dwar l-investigazzjonijiet dwar ħruġ ta' visas mill-Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina? Jista' jelabora dwar dan f'aktar dettal? X'qed iżomm milli jippubblika l-partijiet rilevanti tar-rapport konċernat meta dan jikkonċerna uffiċjali pubbliċi mħallsin minn fondi pubbliċi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Diġa' saru stqarrijit pubbliċi dwar din il-materja.
Fl-interess tal-kredibbilta' tal-process, gie deċiz li jinbidel l-istaff kollu tal-Ambaxxata Maltija f'Beijing. Ma jidirix li rapporti ta' investigazzjonijiet tal-pulizija għandhom jiġu ppubblikati. Il-każi ta' laxkezza kienu jirrigwardjaw il-proċeduri amminstrattivi dwar dik il-parti tal-proċess tal-ħrug tal-visas li kienet tirrigwardja il-ħidma tal-Ambaxxata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li hawn nies Maltin nominati mill-gvern jaħdmu f'xogħol konness ma' l-Unjoni Ewropea barra minn Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Gvern Malti jinnomina direttament persuni f'dawn il-karigi fl-Istituzzjonijiet Ewropej:
- Membru tal-Kummissjoni
- Imħallef fil-Qroti tal-Ġustizzja
- Imħallef fil-Qorti tal-Prim' Istanza
- Membru fil-Qorti ta' l-Awdituri
Hemm ukoll nominazzjonijeit ohra li mhumiex fuq bazi full-time:
- 5 Membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
- 5 Membri tal-Kumitat tar-Reġjuni
- 5 Membri Alternate tal-Kumitat tar-Reġjuni
- Membru tal-Bank ta' l-Investiment Ewropew
Ma dawn trid tinkludi l-uffiċċjali tal-Gvern Malti li jieħdu sehem fil-laqgħat tal-mijiet ta' Kumitati u Working Groups tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Kummissjoni Ewropea. Wħud minn dawn huma uffiċċjali fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-protokol Taljan li ġab il-gvern Laburista u li permezz tiegħu qed jiġi ffinanzjat il-bini ta' toroq, imma li pero' qed jingħad mill-gvern Nazzjonalista li dawn huma fondi ta' l-EU, hux se jkun l-aħħar wieħed minħabba li issa aħna wkoll membri ta' l-unjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-aħħar Protokoll Taljan ġie ffirmat fl-20 ta' Diċembru 2002 ġewwa Ruma meta f'Malta ma kienx hawn"Gvern Laburista" li spiċċa fl-1998. Daħal fis-seħħ fil-5 ta' Jannar 2004. Dan huwa il-ħames wieħed fis-sensiela ta' Protokolli bejn Malta u l-Italja. L-għan prinċipali ta' dan il-Protokoll huwa li jiffaċilita l-adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u għal dan il-għan qiegħed jiffinanzja proġetti li jikkontribwixxu b'mod dirett għat-titjib kontinwu fis-settur ekonomiku, soċjali u kulturali ta' Malta fid-dawl ta' l-integrazzjoni ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara t-tluq ta' Dr Mario Costa lejn Moska, il-ministeru qed isibha diffiċli biex isib lil xi ħadd adattat biex jimla' il-post ta' direttur għall-affarijiet bilaterali?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-post vakanti ta' Direttur għall-Affarijiet Bilaterali irid jittieħed fil-kuntest tar-ri-organiżżazzjoni meħtieġa fil-Ministeru. Il-Ministeru mhuwiex "qed isibha diffiċli biex isib lil xi ħadd adattat biex jimtela l-post ta' Direttur għall-Affarijiet Bilaterali" kif qed jgħid l-Onorevoli Interpellant.
Ċittadini Maltin jaħdmu f'istituzzjonijiet ta' l-UE
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm Maltin jaħdmu f'istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea illum u fejn?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li sa l-aħħar ta' Mejju 2005 b'kollox kien hemm 114 Maltin li huma impjegati ma' 1-istituzzjonijiet ta' 1-Unjoni Ewropea, u dawn huma mqassmin hekk:
Kunsill 18
Kummissjoni 47
Parlament 24
Qorti tal-Ġustizzja - 20
Qorti ta' l-Awdituri - 05
Dawn il-figuri ma jinkludux id-deputati Maltin fil-Parlament Ewropew kif ukoll l-uffiċjali li ġew innominati mill-Gvern Malti.
Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' kemm saru trips ta' safar matul l-2002, l-2003, l-2004 u l-2005 sal-lum minn persuni fis-settur pubbliku kollu, cioe' persuni li mhux biss jaħdmu fiċ-ċivil imma wkoll fis-settur pubbliku kollu, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onorevoli Membru, li tkopri medda ta' erba' snin, trid ħafna żmien biex tinġabar u naħseb li 1-ħin ta’ 1-uffiċjali li jkunu jridu jitqabbdu biex jiġbruha jista’ jintuża aħjar.