Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #21903 Sitting 462 2006-11-14 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — ex-chairman

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif u għal liema raġuni partikolari ex-chairman tal-MTA baqa' jitħallas meta spiċċa mill-kariga? Fuq liema premessa partikolari dan baqa' rikonoxxut mill-gvern u baqa' jitħallas ta' xejn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-eks Chairman ta’ l-MTA kellu kuntratt definit ta’ sentejn u li fiż-żmien tar-riżenja kien fadallu sitt xhur biex jiskadi. Il-Gvern iddeċieda li, a bażi ta’ dan il-kuntratt, l-eks Chairman jibqa’ jitħallas is-salarju sa l-iskadenza tiegħu.
Leg 10 PQ #22016 Sitting 462 2006-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ċentru Malti għar-Restawr

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21826 dwar dak li kien iċ-Ċentru Malti għar-Restawr?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #21906 Sitting 461 2006-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Wirt Kulturali Reliġjuż

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir biex jiġi attirat it-turiżmu reliġjuż biex b'hekk jitgawda aktar il-wirt kulturali reliġjuż? Kien hemm kuntatti ma' l-awtoritajiet tal-knisja f'dawn l-aħħar xhur dwar dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fi Frar 2006, sar kuntatt uffiċjali mill-MTA ma' l-organizzazjoni Turiżmu Reliġjuż immexxijja minn Mons. Philip Calleja. Aktar tard fl-istess xahar, L-MTA bagħtet rappreżentant biex jipparteċipa fil-fiera RELIGIO li saret Pariġi. Saru wkoll zewħ press trips, wieħed f’Ġunju u l-ieħor f’Settembru 2006 fejn fuq stedina ta’ l-MTA ġew żahru Malta u Għawdex numru ta’ ġurnalisti speċjalizzati fil-qasam reliġjuz, minn Franza (Homme Nouveau, France Catholique, Feu & Lumiere, KTO TV), mill-Olanda (Quinta, Katholiek Nieuwsblad), u mill-Belgju (L’Evenement) sabiex jippromwovu il-wirt reliġjuz tagħna. Barraminnhekk, l-MTA qed tipparteċipa fi-proġett finanzjat mill-Unjoni Ewropeja – Med Mission li jitratta dwar l-itinerarju ta’ San Pawl fil-Mediterran. Ta’ min jgħid ukoll illi l-MTA għanda kuntatt kontinwu mal-Fondazzjoni tal Kon-Katidral ta’ San Gwann fejn spiss jittieħdu ġurnalisti biex jiffilmjaw u jirrappurtaw dwar il-Katidral. L-istess isir fil-każ tal-Katidral ta’ l-Imdina, il-Katidral ta’ Għawdex, il-Katakombi ta’ San Pawl u postijiet oħra ta’ interess turistiku-reliġjuz. L-MTA għanda wkoll kuntatti mal-membri tal-Missione Archeologica Italiana fejn jiġu segwiti l-iskavi ġewwa San Pawl Milqi. Dan jgħin sabiex it-turiżmu reliġjuz kif ukoll arkeoloġiku jiġu promossi fl-Italja.
Leg 10 PQ #21907 Sitting 461 2006-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Mużewijiet fil-Parroċċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jagħmel biex il-mużewijiet li hemm kważi f'kull parroċċa jinfetħu aktar biex jitgawdew kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dawn il-mużewijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant jappartjenu għall-Knisja u ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta’ Heritage Malta jew tal-Gvern.
Leg 10 PQ #21920 Sitting 461 2006-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Karnival — Tender

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21822 u jgħid jekk ħarġitx xi tender jew expression of interest għal xi servizz jew ieħor marbuta mal-karnival? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk din għadha ma ħarġitx, hemm xi ħsieb li dan isir fil-futur qarib? Jista' jgħid ukoll jekk sarux kuntatti formali jew informali mal-kumpannija Where's Everybody?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, f’ isem il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor ħareġ diversi kwotazzjonijiet għal servizzi marbuta mal-Karnival 2007. Dawn huma Il-Karru tar-Re tal Karnival, Mużika Background, Innu Karnival, Parata, Booklet, Sistema ta’ PA fl-enclosure u l-Furjana, Cranes u Tower Ladders. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn is-sejħiet. Il-Kummissjoni Folklor fi ħdan il-Kunsill għamlet ukoll tlett sejħiet ta’ expression of interest. L-ewwel waħda li għalqet fit-22 ta’ Awissu kienet biex jintrama stand f’ Misraħ il-Ħelsien, Valletta. Waqt li it-tieni sejħa kienet għall-loġistika kollha ta’ l-enclosure f’ Misraħ il-Ħelsien, il-Belt, Valletta u din għalqet fl- 10.00 ta’ filgħodu ta’ nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru 2006 u kienet publiċizzata permezz ta’ stqarrija għall-istampa u deheret f’ avviż speċifiku fil-ġurnali ewlenien tal-Ħadd 29 ta’ Ottubru 2006. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tas-sejħiet imsemmija. It.tielet expression of interest kienet tirrigwarda il-poster tal-Karnival. Fl-aħħar nett ninsab infurmat ukoll li minn naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ma saru ebda kuntatti formali jew informali mal-kumpannija Where's Everybody.
Leg 10 PQ #21927 Sitting 461 2006-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Villaġġ tal-Karnival

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21825 dwar il-villaġġ tal-karnival?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma jkunx etiku li wieħed jagħti dettalji ta' x'ġie rakkomandat fil-kumitat kif indikat mill-Onor interpellant, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li dawn ir-rakkomandazzjonijiet eventwalment ikunu referiti lill-Kabinett tal-Gvern.
Leg 10 PQ #21862 Sitting 460 2006-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Howard Gardens

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21557 u jagħti breakdown tan-nefqa għax-xogħlijiet ta' upgrading ta' Howard Gardens, Mdina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija numru 21821.
Leg 10 PQ #21889 Sitting 460 2006-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Sptar Sir Paul Boffa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21819 u jikkonferma li l-isptar Sir Paul Boffa se jsir lukanda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-isptar Sir Paul Boffa se jibqa jintuża bħala sptar ta' l-onkoloġija sakemm jittlesta l-isptar ta' l- onkoloġija ġdid ġewwa Zammit Clapp. Huwa jkun prematur illi wieħed joqgħod jispekula x'se jsir wara u f'kull każ il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-Awtorita' tat-Turiżmu m'għandhom l-ebda applikazzjoni għal żvillup ta' lukanda f'dan is-sit.
Leg 10 PQ #21929 Sitting 460 2006-11-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Moonlight Festivals

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-istess bħalma jsiru moonlight festivals kull tliet xhur waqt qamar kwinta fejn it-tempji ta' Stonehenge fl-Ingilterra, bi żfin b'kostumi antiki u laser shows, issir xi ħaġa simili fejn it-tempji f'Malta u Għawdex sabiex it-turisti jkunu jistgħu jaraw xi ħaġa interessanti u divertenti anke bil-lejl?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor Interpellant għas-suġġeriment, ninfurmah li festivals ta’ din in-natura mhux qed jiġu kkunsidrati fil-programm ta’ Events għas-sena li ġejja.
Leg 10 PQ #21930 Sitting 460 2006-11-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tempji ta' Ħal Tarxien — Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li d-dħul fit-tempji neolitiċi ta' Ħal Tarxien huwa aċċessibbli wkoll għal persuni b'diżabilita'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi ftit xhur ilu, ġiet installata rampa fid-daħla tat-Tempji Neolitici ta’ Ħal Tarxien, li tiffaċilita l-aċċess kemm għal-persuni b’diżabilita` kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali, b’mogħod speċjali meta tagħmel ix-xita. Ġewwa it-tempji infushom, hemm pjattaformi ta' l-injam u rampi li jippermettu lill-min juża wheelchair biex jagħmel iż-żjara bħal ħaddieħor. Hemm xi punti fejn minnħabba fid-djuq fl-istruttura prejistorika, li naturlament ma tistax tinbidel, il-passaġġ huwa aktar dejjaq milli wieħed jixtieq, pero` xorta waħda jippermettu li xi ħadd fuq wheelchair jagħmel iż-ħjara kollha. Ta’ min jinnota li il-kmamar tal-banju f’dan is-sit huma wkoll mgħammra biex jilqgħu nies b’dizabilita`. Fil-preżent, bħala parti mill-proġett BOV Tarxien, hemm ukoll applikazzjoni quddiem il-MEPA għal ċentru ġdid ta’ viżitaturi, li ġewwa fih ser ikun hemm il-faċilitajiet kollha li wieħed jistenna li jsib fuq sit ta’ patrimonju dinji, inkluzi dawk għall-persuni b’diżabilita`. Qegħdin jitfasslu wkoll passaġġi ġodda biex jgħaqqdu iċ-ċentru mal-fdalijiet arkejoloġiċi infushom. Dan kollhu qed isir f’konsultazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilita`, sabiex jiġi żgurat li l-patrimonju kulturali li huwa ta’ kulħadd ikun tassew aċċessibli għal kulħadd.
Leg 10 PQ #21931 Sitting 460 2006-11-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Żjajjar f'postijiet turistiċi

Question

Jikkonsidra l-Ministru li dawk it-turisti li jkunu ġew iktar minn darba f'Malta jingħataw skont għad-dħul f'mużewijiet, wirjiet eċċ. bħala inċentiv?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi Heritage Malta taqbel li għandha taghti inċentivi. Fil-fatt qed jiġu preparati numru ta’ inċentivi għal kull min iżur is-siti kollha taghħa. Din il-proposta ukoll ser tiġi ikkunsidrata.
Leg 10 PQ #21983 Sitting 460 2006-11-13 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21850, Seduta nru. 456, fejn il-Ministru qal li jinsab informat li l-bibien ta' Dar il-Mediterran jinfetħu skond il-bżonn u l-esiġenzi tas-saħħa u s-sigurta', xi jrid ifisser b'din it-tweġiba? Huwa qal ukoll li l-bord tat-tmexxija jimplimenta regoli stretti dwar il-ftuħ ta' uħud mill-bibien sabiex jevitaw inkonvenjenza mill-ġirien. X'inhuma dawn ir-regoli stretti? Jistgħu jsiru xi reċipjenti apposta fejn jintremew is-sigaretti? Informat li qed joħorġu numru ta' gruppi jpejpu barra u bl-istorbju tagħhom qed joħolqu inkonvenjent għar-residenti, apparti l-ħmieġ għax jarmu s-sigaretti barra.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21821 Sitting 459 2006-11-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Howard Gardens — Xogħol ta' Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21557 u jagħti breakdown tan-nefqa għax-xogħlijiet ta' upgrading ta' Howard Gardens, Mdina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-proġett f’Howard Gardens huwa kkalkulat li ġie jiswa madwar Lm350,000 Din l-ispiża hija maqsuma kif gej: Demolition/Alteration/Renovation Lm 8,000 Groundwork Lm 9,800 Infrastructure Lm 46,000 Masonry Lm 3,500 Windows/Doors Lm 4,600 Surface finishes Lm 4,600 Furniture/Equipment Lm 2,500 Paving/Planting/Fencing/Site furniture Lm 161,000 Disposal systems Lm 40,500 Irrigation – main pipe network Lm 6,000 Electrical supply/power lighting systems Lm 2,000 Mechanical and electrical services Lm 11,500 __________ Lm 350,000
Leg 10 PQ #21871 Sitting 458 2006-11-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Lukandi/ristoranti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lukandi f'Għawdex? Kemm hemm sodod fihom? Kemm hemm ristoranti f'Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'Għawdex u Kemmuna hemm 11-il lukanda b'total ta' 1147 sodda, 6 guesthouses b'total ta' 162 sodda u 2 hostels b'total ta' 30 sodda. F'Għawdex hemm ukoll 129 ristoranti u snack bars.
Leg 10 PQ #21826 Sitting 457 2006-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ċentru Malti għar-Restawr

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti li saru fuq dak li kien iċ-Ċentru Malti għar-Restawr u l-operat tiegħu bit-tmexxija li kellu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #21860 Sitting 457 2006-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Tourism Satellite Accounting

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tiġi żviluppata l-metodoloġija tat-tourism satellite accounting (TSA) li kellu jsir mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi wara li kienet saret feasibility study (permezz ta' fondi mill-Unjoni Ewropeja) fl-2004 fejn ġew identifikati l-prioritajiet u l-apsetti li kien fadlilhom jiġu żvillupati sabiex Malta tibda tipproduċi Tourism Satellite Account, inbdew diskussjonijiet bejn l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika sabiex jitfassal pjan ta' azzjoni f'dan ir-rigward. Intalbet ukoll l-għajnuna teknika ta' l-Organizzazzjoni Mondjali tat-Turiżmu (UNTWO) li esprimiet ruħha li lesta tagħti t-taħriġ neċessarju lit-team mill-MTA/NSO f'dan il-qasam. Fix-xhur li ġejjin jitlesta l-eserċizzju ta' assessment ta' sorsi ta' data li se jintużaw għal dan il-għan sabiex Malta tkun tista' tippreżenta l-ewwel Tourism Satellite Account tagħha.
Leg 10 PQ #21866 Sitting 457 2006-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Gwidi

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-gwidi turistiċi li għamlu xogħol għall-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? Għaliex qed idumu daqshekk biex jitħallsu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dawn il-pagamenti qed jiġu proċessati u l-gwidi ser jitħallsu fl-iqsar żmien possibli.
Leg 10 PQ #21867 Sitting 457 2006-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Gwidi turistiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandhom jitħallsu b'kollox gwidi turistiċi li għamlu xi xogħol għall-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dawn il-gwidi għandhom jitħallsu s-somma ta' Lm 1,758.84 bejniethom.
Leg 10 PQ #21869 Sitting 457 2006-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Gwidi turistiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm gwidi turistiċi li għandhom jitħallsu għal xogħol li għamlu l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm 17 -il gwida li għandhom jitħallsu għal xogħol li għamlu ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu.