Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — Triq il-Knisja - bankini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'permessi kien hemm biex isiru tibdiliet fil-bankini ta' Church Street, f'San Pawl il-Baħar? X'kienu r-raġunijiet għal dan it-tibdil? X'konsiderazzjoni ngħatat lill-konsegwenzi ta' dawn it-tibdiliet fuq it-triq u l-ġirien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bankina fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali.

Ħ'Attard — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li jirrakkomanda li Triq in-Nebbieta, Ħ'Attard, tingħata wiċċ xieraq peress li ħafna minn din it-triq ilha żviluppata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fi-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Burmarrad — Tal-Qlejja Roundabout

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija numru 182 u cioe' jgħid meta se jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta fuq it-triq ta' Burmarrad, il-parti li tagħti minn San Ġużepp tat-Tarġa fejn saret roundabout f'Tal-Qlejja? Kemm tħallsu flus lill-kuntrattur s'issa? Dan il-ħlas ikopri x-xogħol kollu li sar s'issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 182.

Salina — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 184 u cioe' jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu fuq it-triq li tagħti mis-Salina sa l-Iklin? Kemm tħallas s'issa l-kuntrattur fuq dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 184.

Mosta — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 185 u cioe' jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fuq il-Mosta ringroad? Kemm tħallas il-kuntrattur sal-lum għax-xogħol li għamel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.185.

Raħal Ġdid — Reserved Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti biex isir reserved parking f' Sacred Heart Street, Raħal Ġdid u quddiem liema residenza?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immanigjar tat-Traffiku ma nstabet l-ebda applikazzjoni pendenti għal reserved parking f'Sacred Heart Street, Raħal Ġdid.

Swatar l/o Birkirkara — Triq it-Torri - zebra crossing

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir iz-zebra crossing (anke waħda temporanja) li tant hi meħtieġa sabiex jiġu evitati inċidenti stradali fi Triq it-Torri, fis-Swatar l/o Birkirkara biswit l-istabiliment magħruf il-Price Club? Jaf il-Ministru li din iz-zebra crossing tneħħiet mingħajr raġuni valida u li r-residenti ġabru petition - kopja tagħha qed tintbagħat separatament - sabiex l-istess zebra crossing terġa' issir fl-istess post? Din it-triq saret waħda traffikuża u diversi familji li għandhom ulied għadhom żgħar huma preokkupati ħafna.

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi fi Triq it-Torri bħalissa qed isir xogħol ta' rikostruzzjoni tat-triq. Hekk kif dan ix-xogħol jitlesta tkun tista terġa ssir iz-zebra crossing ħdejn il-post fejn qabel kien hemm il-Price Club. Fir-rigward ta' l-ammont tat-traffiku li qed jinġemgħa f'din it-triq b'detriment għar-residenti tat-triq, jien infurmat illi t-traffiku mistenni jiġi ddevjat hekk kif titlesta l-underpass li tagħti għal San Ġwann, u jerġa jibda jiffunzjona l-Bypass, peress li t-triq hija ntenzjonata li tintuża biss bħala service road.

MIA — Flight path ta' l-ajruplani

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jissuġġerixxi li l-flight path ta' l-ajruplani neżlin fil-mitjar ta' Ħal Luqa ma jgħaddix minn fuq built-up areas bħalma huwa Misraħ Kola f'Ħ'Attard?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li normalment l-ajruplani tat-trasport ikollhom jitniżżlu fuq waħda mir-runways prinċipali. Waħda minn dawn ir-runways hija r-runway 14 u li l-ajruplani javviċinawha mill-majjistral. Din ir- runway hija mgħammra b'Instrument Landing System (ILS) li tipprovdi lill-bdott bi flight path elettroniku preċiż ħafna sabiex tkun żgurata s-sigurta tat-titjir. Dan it-tgħamir ta' l-ILS huwa wieħed standard utiliżżat fuq kull ajruport internazzjonali. Il-karatteristiċi tekniċi ta' l-ILS ma jippermettux li l-flight path elettroniku tagħwġu jew iddawru b'xi mod għaliex irid ikun alinejat mal-linja ċentrali tar-runway li t-tgħamir ikun iservi. Għalhekk is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ma jistax jitwettaq minħabba raġunijiet tekniċi.

Attard — Triq Peter Paul Rubens

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq Peter Paul Rubens f'Ħ'Attard peress li ilha żviluppata ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awortita Dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Attard — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jsiru traffic lights fil-cross road li hemm bejn Triq Notabile u Triq Ħaż-Żebbuġ, f'Ħ'Attard?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku qçgħed f'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard rigward numru ta' Junctions li għandhom bżonn upgrading fil-lokalita'.

Żejtun — Triq id-Daħla ta' San Tumas

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid minn min se jitħallas ix-xogħol li qed isir bħalissa fi Triq id-Daħla ta' San Tumas, fiż-Żejtun? Kemm se jigi jiswa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din it-triq hija waħda mit-toroq identifikati mill-Kunsill Lokali Żejtun f'kuntratt li l-Kunsill daħal ma' l-ADT. Għalkemm il-ħlas ser isir mill-Kunsill, l-Awtorita' ser tirrifondi l-ammonti (sa Lm75,000) kif maqbula fil-kuntratt lill-Kunsill għalhekk il-ħlas finalment ser isir mill-ADT.

Naxxar

Question

B'referenza għar-residensa "l-Għorfa" li tinsab fi Triq Margaret A Murray, Naxxar, u wara li titlesta l-Bypass li fiha diġa qed isiru x-xogħlijiet, jista` l-Ministru jgħid kif il-familja li toqgħod fir-residensa hawn fuq imsemmija se tgawdi dawk id-drittijiet ta` safety meta l-membri ta` din l-istess familja jiġu biex joħorgu mid-dar tagħhom bil-vettura ladarba, kif jidher sal-lum, se jkunu kostretti joħorgu direttament ġol-main road? Jarax il-Ministru li għandha ssir xi forma ta` service road bħalma jidher li diġa sar iktar `l isfel fit-triq u dan bħala protezzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant jinsab qrib il-junction li tgħaqqad il-bypass mad-dħul għall-Għargħur. L-Awtorita' trid tara li dan il-junction ikun wieħed skond kif suppost, u dan mingħajr ma jinħoloq periklu żejjed la għar-residenti u lanqas għall-vetturi li jgħaddu mill-inħawi.

Attard — Triq Victor Vassalli - traffic calming measures

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda l-introduzzjoni ta' traffic calming measures fi Triq Victor Vassalli, f'Ħ'Attard peress li ġieli qed ikun hemm overspeeding perikoluż f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li fit-23 ta' Mejju 2000, id-Direttorat kien laħaq ftehim sabiex il-Kunsill Lokali ta' H'Attard jiftçhem mal-Malta Environment and Planning Authority u li l-MEPA kellha tagħmel surveys u tirrakomanda lill-Kunsill Lokali rigward proposti għall-traffic calming. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Kunsill Lokali.

Burmarrad — Tal-Qlejja - roundabout

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta fuq it-triq ta' Burmarrad, il-parti li tagħti minn San Ġużepp tat-Tarġa fejn saret roundabout f'Tal-Qlejja? Kemm tħallsu flus lill-kuntrattur s'issa? Dan il-ħlas ikopri x-xogħol kollu li sar s'issa?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Salina — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu fuq it-triq li tagħti mis-Salina sa l-Iklin? Kemm tħallas s'issa l-kuntrattur fuq dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Mosta — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu fuq il-Mosta ringroad? Kemm tħallas il-kuntrattur sal-lum għax-xogħol li għamel?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

San Ġiljan — Tiswija ta' toroq

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru f' B'Kara Road, San Ġiljan, liema xogħlijiet ilhom għaddejjin b'detriment għar-residenti, jista' l-Onor. Ministru ġentilment jgħid meta bejn wieħed u ieħor se jispiċċaw dawn ix-xogħlijiet? Din it-triq se tingħata wiċċ ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fi Triq San Ġiljan qed isir xogħol fit-tibdil tas-servizzi ta' l-ilma, tibdil f'partijiet mis-sistema tad-dranaġġ, rikostruzzjoni tal-pedamenti kif ukoll il-wiċċ tat-triq. Minħabba d-djuqija tat-triq u l-konġestjoni tas-servizzi li hemm taħt l-istess triq mhux possibli li dawn ix-xogħlijiet isiru fiż-żmien li kien stipulat. Għalhekk ix-xogħol kollu fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellan mistenni jitlesta' sa l-aħħar ta' Lulju.

Lija — Triq Geraldu Azzopardi

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq Geraldu Azzopardi, f'Ħal Lija peress li din it-triq tinsab f'kondizzjoni ħażina ħafna u dan b'detriment għar-residenti ta' l -istess triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Ġeraldu Azzopardi hija waħda mid-diversi toroq li qed jiġu spezzjonati mill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tiġi nkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat. Ix-xogħol f'dawn it-toroq ser isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Attard — Triq Santa Katerina - traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu t-traffic lights fi Triq Santa Katerina f'Ħ'Attard?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fi Triq Santa Katerina hu ppjanat li ssir Pelican Light u mhux Traffic Lights kif semma l-Onor. Interpellant. Ix-xogħol ta' twaħħil tal-Pelican Light fit-triq imsemmija, mistennija tiġi nkluża f'tender li għandha toħroġ aktar 'l quddiem