Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36186 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Medserv — Privatizzazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35799 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u cioe', jista' jgħid kif kien ġie kkalkolat il-prezz għall-privatizzazzjoni tal-Medserv li l-konvenju tiegħu kien sar ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1996? X'passi ttieħdu wara li rriżulta li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ikkonċernat ma ġewx osservati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36248 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDD/Marsa Shipbuilding — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35461, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru, u jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema, diretturi u konsulenti fl-MDD u fil-Marsa Shipbuilding fil-preżent separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

CDAU

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35613, jista' jgħid tistax tiddawwal il-parking area għad-dipartiment CDAU fi triq Zammit Clapp, Pieta`?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li saret id-devoluzzjoni tad-dawl tat-toroq, huwa l-Kunsill Lokali tal-Pieta li għandu jikkunsidra din it-talba.
Leg 9 PQ #36421 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Holiday Inn — Impjegati

Question

Billi l-ħaddiema tal-Holiday Inn xi żmien ilu ngħataw x'jifhmu li jista' ma jkunx hemm bżonnhom wara Ġunju li għadda, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda attwali ta' dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li wara l-avvenimenti traġiċi tal-11 ta' Settembru 2001, l-industrija ta' l-ajru u tat-turiżmu kienet ħadet daqqa ta' ħarta. Biex tegħleb dawn il-problemi, il-Grupp Air Malta, li minnu tifforma parti il-Crown Plaza Hotel, ħa numru ta' deċiżjonijiet biex tissaħħaħ il-qagħda tal-Kumpanija. Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu wara diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Il-Kumpanija kienet wegħdet li dawn il-miżuri jiġu riveduti wara Ġunju ta' din is-sena skond il-qagħda ekonomika kemm tal-Grupp kif ukoll ta' l-industrija in ġenerali. Għalkemm kif jaf l-Onorevoli Interpellant il-qagħda ekonomika għadha ma irpiljatx, nistgħu ngħidu li l-Grupp kien għeleb id-diffikultajiet imminenti li kienu jeżistu fil-bidu tas-sena. Għaldaqstant, dawk il-miżuri li kienu ittieħdu ġew miżmuma b'effett minn Lulju 2002.

WSC

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 34627, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk ix-xogħol li għandu jsir sabiex jneħħi l-inkonvenjent sarx jew le u jekk le x'qiegħed iżomm biex dan isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għal dawn l-aħħar xhur il-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-Ilma għamlet tiftix għal ħsarat fit-toroq imsemmija u kemm il-darba sewwiet ħsarat fil-mains ta' l-ilma. Il-Korporazzjoni bħalissa qed tiddiskuti mal-Kunsill Lokali tal-Birgu u mal-Gvern ċentrali biex isir xogħol ta' dbil tal-mains u s-servizzi ta' l-ilma f'dawn it-toroq peress li jinsabu fi stat ħażin ħafna, tant li jkunu jirrikjedu tiswijiet ta' sikwit.
Leg 9 PQ #36459 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għand l-uffiċjal/i tal-utilities mid-dipartiment tat-toroq (awtorita' tat-trasport) għar-rigward ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ? Liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li qegħdin jistennew ir-rapport mill-utilities section ta' l-Enemalta? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet? Meta hemm il-ħsieb li r-rapport dettaljat fuq dawn it-toroq jasal għand id-dipartiment tat-toroq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma għandha l-ebda talba pendenti għal informazzjoni rigward toroq f'Haż-Żebbuġ.
Leg 9 PQ #36469 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enterprise Board

Question

Billi f'intervista f'The Times tal-24.10.02 ic-chairman tal-MFSA qal li l-awtorita' mhux ser tibqa responsabbli għall-promozzjoni tas-servizzi finazjarji, tistax tikkonferma dak li qal l-enterprise board ser ikun responsbbli għal dan, aktar u aktar billi waqt presentazzjoni li saret lill-opposizzjoni dan l-aħħar mill-promoturi tal-Malta enterprise ingħatajna idea kuntrarja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kemm mill-aspett operattiv kif ukoll fuq livell prattiku, il-Malta Enterprise ser tkun qed tikkoncentra principalment fuq l-integrazzjoni tal-funzjonijiet li fil-prezent huma koperti mill-MDC, il-METCO u l-IPSE. Mistoqsijiet dwar il-funzjoni u l-operat tal-MFSA għandhom isiru lill-Ministru responsabbli għal dik l-entita'.
Leg 9 PQ #36470 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36217: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 36066, jista' il-Ministru jgħid fejn se jinbnew dawn it-tliet substations? Min huma l-iżviluppaturi f'kull każ? Fiex jikkonsisti l-proġett f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm il-ħsieb li l-Korporazzjoni Enemalta tibni sub-station fil-viċinanzi ta' Triq is-Sibbien kantuniera ma' Triq is-Silla, oħra fi Triq is-Silla ħdejn il-Lukanda Cerviola u oħra fi Triq il-Baħħara. L-iżviluppaturi huma s-Sinjuri Santinu Gauci, Peter Montebello u George Vassallo. Ma nħossx li jkun prudenti li nagħti l-informazzjoni mitluba fit-tielet parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #36147 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36160 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma "sugar cane and beet" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 251.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropea għal "Special Supply Arrangements" rigward l-importazzjoni ta' zokkor. In-negozjati dwar din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant mhux possibli għalissa li wieħed jiddetermina liema tariffa ser tkun applikabbli fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti wara li Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #36161 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tal-"Beverages and Tobacco" li qed jiġu mportati fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 8.3% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni "beverages and tobacco" hija waħda wiesgħa ħafna. Din tinkludi, mill-anqas, dawn il-familji ta' prodotti: inbid, birra, luminati, ilma minerali u meraq tal-frott bħala xorb u sigaretti, sigarri u tabakk għall-pipa bħala prodotti tat-tabakk. It-tabella ta' hawn taħt turi it-tariffa ekwivalenti għall-medja tad-dazju applikat mill-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni tal-prodott konċernat mill-pajjiżi terżi li Malta tipikament timporta minn għandhom bħalissa, imqabbla mad-dażju u levy impost fil-preżent minn Malta fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-istess pajjiżi. Familja ta' prodotti Tariffa fil-pajjiżi ta' l-U.E. Dażju u levy attwali F'Malta Inbid Eur 13.1/hl Lm1.50/hl Birra 0% 24% u Lm0.25/litru Luminati 9.6% 15% u Lm0.36/litru Squashes tal-frott 9% u element varjabbli 13% u Lm0.15/litru Ilma minerali 9.6% 15% u Lm0.22,5/litru Meraq tal-frott 9.6% 15% Sigaretti 10% Lm6.15/kg Sigarri 26% Lm18.00/kg (medja) Tabakk tal-pipa 74.9% Lm11.00/kg Naturalment, fil-kaz ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, id-dazju ma japplikax fil-każ ta' prodotti mixtrija mingħand il-pajjiżi l-oħra membri ta' l-istess Unjoni.
Leg 9 PQ #36162 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma t-"Textiles/wearing apparel" li qed jiġu mportati fil-preżent li se jkollhom tariffa ta' 10.2% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni "textiles/wearing apparel" hija waħda wiesgħa. Din tinkludi diversi gruppi ta' prodotti li għandhom tariffi differenti. Dawn il gejjin huma l-gruppi ta' prodotti li jidher li huma l-aktar rilevanti meta wieħed iħares lejn l-importazzjoni attwali minn Malta. Il-lista ta' hawn taħt turi l-medja tad-dazju applikat mill-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mingħand il-pajjiżi terżi li bħalissa Malta tipikament timporta minn għandhom imqabbla mad-dazju fil-preżent impost minn Malta fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-istess pajjiżi. Tariffa fil-pajjiżi dazju attwali Familja ta' prodotti ta' l-U.E. f'Malta Woven fabrics of wool 10 fil-mija 13 fil-mija Woven fabrics of cotton 8.8 fil-mija 10 fil-mija Fabrics of synthetic yarn 9.2 fil-mija 11 fil-mija Man's trousers 12.8 fil-mija 14 fil-mija Woman's blouses 12.8 fil-mija 14 fil-mija Clothing accessories 10.8 fil-mija 14 fil-mija Naturalment, fil-każ ta' pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, id-dazju ma japplikax fil-każ ta' prodotti mixtrija mingħand il-pajjiżi l-oħra membri ta' l-istess Unjoni.
Leg 9 PQ #36163 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-"Bovine meat products" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 88.9% u l-"other meat products" li se jkollhom tariffa ta' 30.9% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropea għal "Speċial Supply Arrangements" rigward l-importazzjoni ta' laħam taċ-ċanga. In-negozjati dwar din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant, għadu mhux possibbli li wiehed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea. Rigward id-definizzjoni "other meat products", din hija definizzjoni wiesgħa ħafna li tista' tinkludi bosta tipi ta' laħam bħal, ngħidu aħna, laħam tal-majjal, tal-ħaruf, tat-tiġieġ, tal-fenek u oħrajn.
Leg 9 PQ #36164 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tal-"wheat" li qed jiġu mportati f'pajjiżna fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 61.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għhamlet talba lill-Unjoni Ewopea għal "Special Supply Arrangements" rigward l-importazzjoni ta' qmuħ. In-negozjati dwar din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant, mhux possibli li wieħed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #36165 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti "Vegetables, fruits, nuts" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 14.5% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni "vegetables, fruits, nuts" hija wiesgħa wisq u vasta biex tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #36339 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Attard — Triq ix-Xarolla - Kurrent Elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq ix-Xarolla, Attard hemm applikazzjonijiet għal kurrent elettriku minn individwi u xi wħud minn dawn l-applikazzjonijiet ilhom tliet xhur pendenti? Jista' jordna li x-xogħol li għandu jsir in konnessjoni ma' l-applikazzjonijiet pendenti jsir bla aktar dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha pendenti applikazzjoni waħda għall-provvista ta' kurrent elettriku għall-proprjeta' fl-imsemmija triq. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata fit-18 ta' Settembru 2002. Ix-xogħol fuq din l-applikazzjoni għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #36343 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bejjiegħa tal-Monti — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn qegħdin jitħallsu l-liċenzji ta' hawkers li jarmaw fuq il-monti peress li l-pulizija mhux qed taċċetta ħlasijiet ta' dawn il-liċenzji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li dawk il-hawkers li jarmaw fuq il-monti li kienu mdaħħlin fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija, intbagħtilhom l-avviż tal-ħlas għal din is-sena mis-Sezzjoni għall-Liċenzji tal-Kummerċ. Dawn jistgħu iħallsu l-liċenzji tagħhom għand il-Kunsill Lokali. Qed isir ix-xogħol biex dawk il-hawkers li ma irċevewx l-avviż tal-ħlas jiddaħħlu fis-sistema kemm jista' jkun malajr biex ikun jista' jintbagħtilhom l-avviż tal-ħlas.
Leg 9 PQ #36356 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

LIĊENZJA GĦAL TRASFERIMENT TA' NEGOZJU

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jiġi ffinalizzat it-trasferiment tal-liċenzja tan-negozju Ref: TL/A/31/02 li issa ilha diversi xhur b'inkonvenjent kbir għall-applikant?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-trasferiment tal-liċenzji tan-negozju imsemmija fil-fatt ġie finalizzat u l-applikant ser jiġi infurmat dwar dan.
Leg 9 PQ #36358 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — STUDJI

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema studji dwar setturi industrijali li saru mill-IPSE ġew iffinalizzati s'issa? Jista' jgħid kemm u liema huma dawk l-istudji li għadhom proġettati u meta hu proġettat li jiġu ffinalizzati? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudji li ġew iffinalizzati s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-istudji dwar is-setturi industriljali li saru mill-IPSE u ġew finalizzati huma dawn: Rapport dwar is-settur ta' l-għamara Rapport dwar is-settur ta' l-inbid Rapport dwar is-settur tal-frott ipproċessat u l-ħaxix Rapport dwar i-settur tal-ġojjellerija Rapport dwar is-settur ta' l-istampar Rapport dwar is-settur tal-materjal tal-bini - metalli bażiċi Rapport dwar is-settur tal-materjali tal-bini - prodotti minerali mhux metalliċi Hemm proġettat studju dwar "rapport dwar is-settur ta' l-ifran". Huwa maħsub li dan l-istudju jiġi finalizzat fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #36359 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Taljani jbigħu ħwejjeġ bil-Wholesale

Question

Jista' il-Ministru jiċċekkja jekk huwiex veru li hawn xi Taljani li qed jabbużaw jinżlu bil-karozzi jbigħu l-ħwejjeġ bil-wholesale lill-ħwienet? Dawn għandhom permessi jagħmlu hekk, jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-Sezzjoni għas-Servizzi tal-Kummerċ ma kellha ebda rapport dwar xi każ bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Meta s-Sezzjoni jaslilha rapport ta' din i-xorta, dan jiġi mgħoddi mill-ewwel lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tittieħed azzjoni immedjata.