Legislature:
Category:
Reset
Active:

Traffikar u pussess ta’ droga – persuni li tressqu l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti b’mod separat fuq traffikar u pussess ta’ droga, matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien hemm sebgħa u tmenin (87) persuna li tressqet quddiem il-Qorti minħabba pussess ta’ droga. Ħafna każi għadhom sub judice u fil-każijiet fejn ingħatat is-sentenza, il-persuni konċernati weħħlu ħabs, multi, probation, sentenzi sospiżi jew ġew liberati skond il-provedimenti tal-artiklu 22 tal-Kap 446. Kien hemm ukoll ħames mija u tnejn u erbgħin (542) każ ta’ persuni li tressqu quddiem it-Tribunal tal-Gustizzja minħabba pussess ta’ droga. Hemm każijiet li huma sub judice, pero fil-każijiet deċiżi, il-persuni kkonċernati weħħlu ‘penali’. Fl-istess perjodu kien hemm disgħin (90) persuna li tressqet jew ser titressaq il-qorti fuq traffikar ta’ droga. Fejn il-każijiet ġew deċiżi is-sentenzi mogħtija kienu jinkludu priġunerija, liberati bis-saħħa tal-artiklu 22 tal-Kap 446, multi u sentenzi sospizi.

Qbid ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsja? X'tip ta’ droga kienet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2016 kien hemm dawn iil-qabdiet ta’ Droga: Drug type Quantity Cocaine 18051.9354g Heroin 178.328g Cannabis Resin 104250.604g Cannabis Grass 6361.331g Ecstasy 1463 Cannabis joints 59 Crack Cocaine 7.538g Legal highs 108.377g Cannabis plants 84 MDMA Powder 443.927g LSD 2 Ketamine 8.515g Tramadol 36,050,000

Każijiet ta’ vjolenza domestika psikoloġika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika psikoloġika li ġew investigati u kemm persuni tressqu l-Qorti fis-sena 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2015 kien hemm ħames mija u erba’ u ħamsin (554) każ ta’ vjolenza domestika psikoloġika li ġew irrapurtati u investigati mill-pulizija. Fil-kazijiet kollha fejn irri¿ulta ksur tal-liġijiet relatati, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu l-Qorti. Ma tinżamx sistema ta’ data elettronika ta’ kemm minn dawn il-każijiet, tressqu diġa.

Mġarr Malta – skola – konġestjoni tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jieqaf l-inkonvenjent tat-traffiku u kaos ħdejn l-iskola tal-Imġarr Malta waqt il-ħinijiet tal-bidu u t-tmiem tal-iskola minħabba li l-karozzi qegħdin jieqfu f'nofs tat-triq sabiex iniżżlu u jtellgħu t-tfal tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ħdejn l-iskola Primarja ta’ l-Imġarr qed ikun hemm kuntistabbli kuljum waqt id-dħul kif ukoll waqt il-ħruġ tat-tfal biex fost doveri oħra jikkontrolla it-traffiku. Infurmat ukoll li l-Pulizija ma jirriżultaliex li jkun hemm kaos ħdejn din l-Iskola f’dawn il-ħinjiet u saru diversi spezzjonijiet li minnhom irriżulta li t-traffiku miexi aħjar mis-snin ta’ qabel. L-ispezzjonijiet ser ikomplu.

Każijiet ta’ Traffikar ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar ta' droga li nqabad mill-Pulizija, ġew minn barra l-pajjiż bl-ajru, kien hemm matul l-2015 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin it-titjiriet? X’tip ta’ droga nqabdet u kemm kien l-ammont? Kemm kien hemm persuni arrestati? Ta’ liema nazzjonalità kienu l-persuni arrestati? Kemm huwa maħsub li kien il-valur fit-triq tad-droga maqbuda skont it-tip tad-droga maqbuda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm tlett każi ta’ traffikar ta’ droga li nqabdu mill-Pulizija u li ġew bl-ajru. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati każijiet ta’ vjolenza domestika u kemm tressqu persuni l-Qorti fis-sena 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2015 kien hemm elf, mitejn u ħames (1205) rapporti ta’ vjolenza domestika li ġew investigati u fil-każijiet kollha fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu persuni l-Qorti. Ma tinżamx sistema ta’ data elettronika ta’ kemm minn dawn il-każijiet, tressqu diġà.

Ħal Qormi – Triq il-Ħammieri – karru pparkjat

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex karru li ilu pparkjat diversi xhur fi Triq il-Ħammieri ġewwa Ħal Qormi jitneħħa minn fuq il-post, għax ilu jiġi rrapurtat kemm-il darba imma qatt ma ttieħdet l-ebda azzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post, il-Pulizija ma rriżultaliex li hemm karru pparkjat fi Triq il-Ħammieri ġewwa Ħal Qormi.

Buġibba u l-Qawra — negozju fuq il-front

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari W449, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm instabu li kien hemm persuni li qed jarmaw fuq dan il-front mingħajr m’għandhom permess? Fejn hemm il-permessi, minn min huma maħruġa dawn l-istess permessi? Kemm kien hemm każi li ttieħdu passi fil-konfront ta’ dawk li kienu qed jaħdmu mingħajr ma kellhom il-permessi meħtieġa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – vjaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25874 dwar kemm saru spejjeż tul is-sena li għaddiet u din is-sena sa Mejju 2016 in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer f’dan il-perjodu u għal liema raġuni jew inizjattiva?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża totali mill-Ministeru fis-sena 2015, eskluż l-entitajiet kienet ta’ € 134,030.07. Filwaqt li bejn Jannar u Mejju 2016 l-ispiża kienet ta’ € 119,899.94. Tajjeb jingħad li safar tal-AVSEC u l-uffiċju tar-Ref Comm huma nklużi f’dawn l-ammonti. Ninfurmak li sifirt 28 darba. Ir-raġunijiet kienu marbuta mal-unjoni ewropea u laqgħat bilaterali.

Każijiet ta’ pickpocketing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ pickpocketing fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet seħħew? Jista’ jgħid x’kienu l-affarijiet misruqa? Jista’ jgħid kemm tressqu nies il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija u kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija? Fil-każ tan-nazzjonalità barranija, jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu? Jista’ jgħid x’kienu s-sentenzi mogħtija mill-Qorti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li in-numru ta’ rapporti ta’ serq ta’ pick-pocketing rrapurtatti lill-Pulizija minn Jannar 2015 sa Diċembru 2015 kien jammonta għal-elfejn u tletin każ. Bejn Jannar u Awwissu 2016 l-ammont kien ta’ elf, tmien mija u tnejn u disgħin. Dettalji dwar il-lokalitajiet fejn seħħew dawn il-każijiet ta’ pick-pocketing u x’kienu l-affarijiet misruqa, jinsabu fuq it-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. L-ammont ta’ persuni li tressqu il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet kien ta’ disa u tletin u dawn kienu sebgħa Maltin u tnejn u tletin Barrani, ċittadini tal-pajjizi li jidhru fit-tabella. Persuni mressqa l-Qorti Maltin Barranin 2015 8 1 7 Kaz (2 Libyani - 2 Rumeni - 3 Bulgari) 2016 * Sa Awwissu 31 6 25 Kaz (13 Bulgaru 8 Rumeni 1 Mexico - 2 Somalia - 1 Spanjol) Total 39 7 32

Rapporti ta’ persuni nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ persuni nieqsa lill-pulizija fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn instabu jew irritornaw u kemm persuni baqgħu ma nstabux? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2016, kien hemm ħames mija u tletin persuna li kienu rpportati nieqsa. Minnhom ħmistax għadhom nieqsa . Tlett mija tnejn u sittin persuna kienu ta’ sess femminili filwaqt li mija tmienja u sittin kienu ta’ sess maskili. L-etajiet tagħhom kien jvarja hekk kif jidher fit-tabella aktar l-isfel: Eta 0-15 15-20 20-25 25-30 30-35 35-40 40-45 45-50 50-55 55-60 60-65 65-70 70-75 75-80 80-85 85-90 Mhux maghrufa Total 103 256 22 30 26 16 14 16 10 11 10 4 3 2 3 1 3 Ghadhom nieqsa 1 2 4 4 1 1 1 0 0 1 0 0 0 0 0 0 0

Reati ta’ Hold ups

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni quddiem il-Qorti akkużati b’hold ups fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni hija kif ġej: Fis-sena 2013 kien hemm għaxar persuni, ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akku¿ati b’hold ups. Minnhom, seba’ kienu Maltin filwaqt li tlieta minnhom ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn il-wieħed u għoxrin sena u t-tlieta u ħamsin sena. Fis-sena 2014 kien hemm tlettax – il persuna, waħda ta’ sess femminili u tnax ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akkużati b’hold ups. Minnhom, ħdax kienu Maltin filwaqt li tnejn minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn it-tnejn u għoxrin sena u l-erba’ u ħamsin sena. Fis-sena 2015 kien hemm tlettax – il persuna, ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akku¿ati b’hold ups. Minnhom, sitta kienu Maltin filwaqt li seba’ minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn id-dsatax u t-tmienja u tletin sena Fis-sena 2016 (sa Awwissu) kien hemm seba’ persuni, ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akku¿ati b’hold ups. Minnhom, erba’ kienu Maltin filwaqt li tlieta minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn it-tmintax u t-tmienja u erbgħin sena.

Rapporti ta’ reati fil-konfront ta’ Sindki, Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi jew impjegati ta’ Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ reati rraportati lill-pulizija fil-konfront ta’ Sindki, Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi jew impjegati ta' kunsilli lokali bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u lokalità b’lokalità? Kemm kienu l-każi li fuqhom tressqu nies quddiem il-Qorti, sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ reati twettqu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Persuni ta’ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni taħt it-18-il sena quddiem il-Qorti bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din l-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u dwar xiex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Persuni ta taħt it-18 –il sena mressqa l-Qorti: 2006 – 259 2007 – 259 2008 – 250 2009 – 260 2010 – 328 2011 – 281 2012 – 282 2013 – 234 2014 – 238 2015 – 296 2006 (sa Awwissu) – 201 Ir-raġuni għalfejn dawn tressqu l-Qorti kienu varji u jinkludu: offiżi ta’ serq – offiżi relatati ma’ droga – frodi ħsarat volontarji u nvolontarji – kkaġunaw feriti – theddid u nsulti – ksur tar-regolamenti tat-traffiku – ksur tar-regolamenti dwar liġi tal-armi – tipjip f’postijiet projbiti – ħruq – ksur tal-ordni pubblika – dagħa u kliem oxxen – pussess ta-pornografija – m’obdewx l-ordni min uffiċċjali pubblici – offiżi u/jew vjolenza kontra uffiċċjali pubbliċi – theddid - telefonati anonimi – vjolenza fuq il-pudur – użu hażin ta’ computer – offiżi relatati ma prostituzzjoni, fost oħrajn.

Każijiet ta’ Suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ suwiċidji bejn l-2006 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jagħti l-etajiet tal-persuni li kkommettew suwiċidju sena b’sena b’mod separat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Anger Management — programm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat mill-programm tal-Anger Management offrut mit-Taqsima tal-Psikoloġija ġewwa d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) minn meta ġie mniedi dan il-programm?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infrurmat li sa minn meta ġie mniedi l-programm tal-Anger Management offrut mid-Dipartment tal-Probation u Parole; Ġew referuti speċifikament għall-Anger Management programm: 62 offenders Ikkompletaw il-programm: 34 offenders Għadhom qed jingħataw trattament għall-problema ta’ rabja: 23 offenders Ma terminawx it-trattament: 5 offenders

Qrati ta’ Malta u Għawdex – rapporti qabel sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw rapporti ta’ qabel is-sentenza jiġifieri SIR/PSR/VR mill-Qrati ta’ Malta u dawk ta’ Għawdex minn Jannar 2016 sad-data li qed tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 sal-lum, mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex ħarġu: VR – 16 SIR – 66 PSR - 63

Taqsima tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiġu segwiti mit-Taqsima tal-Parole fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole hemm 32 persuna li qegħdin jiġu segwiti waqt li qed jinkiteb rapport ta’ qabel ir-rilaxx u 32 persuna li ingħataw il-Liċenza tal-Parole.

DPP — minuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ minuri bejn l-14 u t-18-il sena li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ minuri bejn l-14 u t-18 –il sena li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole huwa ta’ 98 li minnhom 27 huma ta’ sess femminili.

DPP – sentenzi bbażati fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) qed isegwi persuni li ngħataw sentenza bbażati fil-komunità? Kemm hu n-numru ta’ rġiel u n-numru ta’ nisa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole qed isegwi 861 persuna li ngħataw sentenza bbażati fil-komunità. 153 minn dawn huma nisa.