Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet il-problema li kien hemm biex issir Triq il-Lampuka, Wied il-Għajn? X'passi qed jittieħdu biex din il-problema tiġi solvuta u t-triq imsemmija ssir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-parti t'isfel ta' Triq il-Lampuka u l-parti tan-nofs diġa' tlestew. Il-parti ta' fuq ta' din it-triq li tmiss ma' Triq Patri Wistin Born mistennija li ssir mal-batch li jmiss tal-Period contract fil-gimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex is-servizz ta' l-open top buses li għadu kif beda jopera twaqqaf?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fiz-zmien li saret il-mistoqsija, dan is-servizz kien waqaf sakemm ġew ċċcarati xi kundizzjonijiet fil-kuntratt. Izda min dak inhar is-servizz reġa beda jopera regolari.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27119 u t-tweġiba tagħha dwar is-sistema tat-trasport pubbliku fis-Siġġiewi, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tad-diversi laqgħat bejn l-ADT, il-kunsill lokali u l-ATP sabiex ir-rotta 89 tas-Siġġiewi tiġi devjata bejn Wied Hesri u taqdi lil dawn l-inħawi, kif semma fit-tweġiba tiegħu?
Meta se ssir laqgħa oħra sabiex jiġu ffinalizzati dawn id-diskussjonijiet u jingħata servizz aħjar fis-Siġġiewi, li semma fit-tweġiba tiegħu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li kien hemm qbil fuq id-devjazzjoni ta’ din ir-rotta bejn l-ATP, l-ADT u l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi wara li saru diversi laqgħatJien infurmat li kien hemm qbil fuq id-devjazzjoni ta’ din ir-rotta b bejn it-tlett partijiet konċernati. L-ADT qeda tistenna l-konferma mingħand il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
Jista' l-Ministru jgħid l-ADT kemm issussidjat l-Omnibus Pool matul dawn l-aħħar għaxar snin, kull sena separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ sussidju li thallas lill omnibus Pool mill-1999 lil hawn kien kif jammonta kif gej:
Sena Ammont
1999 Lm73,000
2000 Lm63,371
2001 Lm70,000
2002 Lm85,000
2003 Lm85,000
2004 Lm90,000
2005 Lm100,000
2006 Lm100,000 *
2007 Lm100,000
Jista' l-Ministru jara li dak il-bus shelter li kien hemm imwaħħal f'Imdina Road, H'Attard u li ilu maqlugħ għal aktar minn tlett snin, liema bus shelter kien jinstab viċin l-industrial estate jerġa' jitwaħħal peress li n-nuqqas tiegħu qed joħloq inkonvenjent kbir lil kull min juża dan il-bus stop?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-Bus Shelter imsemmi filfatt ilu sena u xahrejn maqlugħ. L-ADT għamlet talba lill-Faces Ltd li huma inkarigati mit-twaħħil tal-Bus Shelters sabiex tiftaħ applikazzjoni mal-Mepa sabiex jerġà jitwaħħal dan il-Bus Shelter. Il-MEPA oġġezzjonat li dan il-bus shelter jerġà jitwaħħal fl-istess post u għaldaqstant, l-ADT reġgħet applikat mal-MEPA u indikat post alternattiv iżda fl-istess inħawi sabiex jerġà jitwaħħal dan il-Bus Shelter.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex Triq tas-Sisla, B'Kara tiġi asfaltata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi ser issir site inspection biex tiġi evalwata l-possibilita li l-parti ta’ Triq is-Sisla li għadha ma ġietx asfaltata tiġi nkluża fil-programm ta’ Bini ta’ Toroq tal-ADT.
Jista' l-Ministru jitlob l-Awtorita' dwar it-Trasport tikkonsidra li tieħu ħsieb tirranġa c-centre stripta' Mdina Road (l-parti faċċata tas-Shopwise/ħdejn it-taraġ) li jidher li tinsab mitluqa b'ġebel mitluq fin-nofs, kurduna mkissra u mingħajr tisbiħ ta' siġar u pjanti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret minn uffiċċjali tal-ADT ma stabetx il-kundizzjoni kif deskrita fil-mistoqsija parlamentari. Għaldaqstant l-Onorevoli Nterpellant huwa mitlub jispeċifika eżatt liema parti tas-centre strip.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir studju biex il-problema serja ta' għarar fi Triq il-Lunzjata, Zebbuġ, Malta tiġi solvuta? Din it-triq hija magħmula minn daħla u ħarġa madwar kappella u żewġ cul de sac waħda fuq il-lemin u waħda fuq ix-xellug tal-kappella. L-għarar isir speċjalment fuq in-naħa tal-lemin (tħares lejn il-kappella minn Triq il-Kbira) u dan b'dannu kbir għar-residenti.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ser tagħmel studju tal-livelli madwar din il-kappella sabiex tkun tista’ tanalizza il-problema msemmija ta’ għarar.
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili li jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Guzeppi Agius, Paola, tiġi asfaltata fil-futur qarib, in vista tal-prijoritajiet ta' l-ADT f'dan ir-rigward u in vista ta' l-inkonvenjent kbir u sever li r-residenti tagħha ilhom isofru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-imsemmija triq ma tagħmilx parti mill-lista ta’ toroq li ser jinbnew mill-ADT sal-2008.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex it-trailor li jintuża mill-ADT sabiex isiru t-testijiet fuqu m'huwiex tal-miżura ġusta u fil-fatt huwa wieħed żgħir? Ma jidhirlux li dan it-trailor huwa żgħir sabiex jakkomoda xi terza persuna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li jintużaw żewġ trailers għat-testijiet tas –“C+E” minn zewġ skejjel tas-sewqan.
Il-miżura (tul, toqol eċċ) tagħhom hija konformi mal-Liġi Sussidjarja 65.18 (it-Tielet Skeda) skond AL 14/2004. Il-Liġi Sussidjarja 65.18 ġiet sussegwentament amendata permezz ta' AL 25/2007 fil bidu ta' din is-sena kurrenti.
Il-vetturi li jintużaw għat-
test
(inkluz Trailers) li ma baqgħux jissodisfaw il-kriterji minimi msemmija fl-AL 25/2007, imma kienu jissodisfaw l-AL 14/2004, jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta' Dicembru 2010.
Jaf il-Ministru li l-persuna li jtella' n-nies għall-ispecial licence tat-trailor qed juża cameramwaħħla mat-truck biex iqabbdu t-trailor mat-truck?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-camera li qed tintuza hija permessibbli peress li tezisti ostruzzjoni bejn il-platform tat-Truck u t-Trailer.
L-uzu tal-camera huwa permessibli wkoll fuq vetturi kbar ohra bhal coaches.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari li kont għamilt ftit tax-xhur ilu, jista' l-ministru jara għaliex il-barrier fi Triq Mrabat, Sliema għadha ma saritx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din il-barrier qed tiġi rranġata din il-ġimgħa mill-Koperattiva tat-Tabelli u Sinjali.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi biex jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiġi ndirizzata d-diffikulta' serja li hemm għall-ħafna familji u individwi fl-area ta' Mdina Road, Qormi, popolarment magħrufa bħala ta' ħdejn is-Shopwise, minħabba li t-traffic lights li hemm installati f'din il-parti tat-triq huma f'distanza konsiderevolment 'l bogħod mill-bus stop fuq in-naħa l-oħra ta' Mdina Road? Peress li din id-distanza tikkawza problemi b'mod li ħafna jagħżlu li ma jaqsmux minn fuq it-traffic lights u għaldaqstant ir-riskju u l-periklu għal ħajja ta' nies għadu jipprevali, jista' jara li jittieħdu passi biex isiru faċilitajiet ta' ħarsien fil-qsim ta' din it-triq qrib dan il-bus stop, bħala per eżempju, zebra crossing eċċ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Awtorita’ tat-Trasport ta’ Malta ser tikkunsidra l-proposta mressqa mill-Onorevoli Nterpellant biex tara jekk huwiex possibli li jinstab post alternattiv għal ‘bus stop’ imsemmija fil-perametri ta’ diżinn u sigurta’ fit-triq.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hux permess li l-kunsill lokali jagħmel reserved parking bays personalizzati fejn ikun hemm numru ta' vettura partikolari u allura tkun tista' tipparkja din il-vettura biss? L-Awtorita' dwar it-Trasport tapprova reserved parking bays personalizzati għall-persuna b'diżabilita' jew il-policy ta' l-ADT hi li r-reserved parking area tkun għall-persuni li huma reġistrati bħala disabled?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-policy ta’ l-Awtorita’ Dwar it-Trasport hi li kull parkeġġ riservat għal persuni b’disabbilita’ jista jintuza minn kull minn għandu Blue Badge tal-persuni b’disabbilita’. L-awtrorita’ ma tapprovax parkeġġi riservati għal persuni b’disabbilita’ li jkunu personalizzati.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jinbeda x-xogħol fuq il-footway bridge propost fi Triq is-Sebħ f'Ħal Qormi wara li kien intqal li se jsir f'Awissu 2007?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ‘it-tender’ għax-xogħolijiet fuq il-‘footway bridge’ għadu ma nbediex, għax il-permess min-naha tal-MEPA għadu ma nħariġtx.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir l-installazzjoni ta' traffic lights proposti fi Triq l-Imdina fil-parti ta' l-inħawi ta' Triq Dun Ġorġ Fenech f'Ħal Qormi minħabba li diversi residenti qed ikollhom periklu kbir biex jaqsmu din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Nterpellant illi l-istima għal dan ix-xogħol ġiet preparata u tender għandu jinħareġ fil-ġimgħat li ġejjien.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhi l-iskeda tal-ħinijiet tal-karozzi tal-linja numru 91 li jitilqu mill-Venda ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi u r-rotta li tgħaddi minnhom din il-linja? Jista' jgħid hemmx xi ħsieb li din il-linja tiżdied il-frekwenza tagħha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda dokument bil-ħinijet tar-Rotta kif ukoll t-toroq minn fejn tgħaddi.
Jien infurmat li m’ hemm l-ebda ħsieb li jiżdiedu l-ħinijiet ta’ din ir-rotta u infurmat ukoll li l-ADT qatt ma rċiviet talba sabiex il-ħinijiet ta’ din ir-rotta jiġu estiżi.
Jista' l-Ministru jgħid x'konkorrenza kien hemm sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija għall-buses bejn l-ajruport tal-Gudja u ċ-Ċirkewwa? Kemm saru vjaġġi sakemm ġiet sottomessa din il-mistoqsija? Huwa minnu li ħafna mill-buses lanqas kellhom spazju biex iġorru l-valiġġji?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi ix-shuttle tat-trasport pubbliku bejn l-ajruport tal-Gudja u ċ-Ċirkewwa qed jiġi operat taħt arranġament speċifiku bejn il-Gozo Channel Ltd. u min qed jipprovdi dan is-servizz tat-trasport. Qed tiġi mitlub biex jekk jogħogbok issaqsi din il -mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informażżjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.