Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtopsja — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' awtopsja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtopsja tal-persuna imsemmija saret fis-6 ta’ Novembru 2015.

Sptar Monte Carmeli – mental welfare officers – social workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20313 u jikkonferma li s-social workers li jaħdmu bħala mental welfare officers fl-Isptar Monte Carmeli jaħdmu mit-8:00am sa kmieni wara nofsinhar? Jista’ jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera li jaħdmu bħala mental welfare officer wara nofsinhar, filgħaxija u bil-lejl? Kemm minn dawn l-infermiera huma fil-grad ta’ Departmental Nursing Officer?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ Infermiera li jaħdmu bħala Mental Welfare Officer wara nofsinhar huwa sitta (6) li jagħmlu xogħol Malta u Infermier ieħor li qiegħed Għawdex. Minn dawn, tnejn (2) huma Departmental Nursing Officers.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – spejjeż għal safar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentair 17565 u jgħid kemm kienet l-ispiża għas-safar għall-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa minn Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid għal kull safra (a) min kienu l-persuni li siefru; (b) minn min kienu akkumpanjati; u (c) x’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ċentru l-Ġdid tal-Onkoloġija – variation fuq il-kuntratti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16707 u jgħid kemm hemm variation fuq il-kuntratti prinċipali tax-xogħol li qed isir fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Sptar Mater Dei – xogħlijiet fuq il-Helipad – drittijiet tal-Gvern fuq l-istruttura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16488 u jikkonferma li x-xogħol fuq il-helipad ġdida fuq Block D1 kien beda wara li ġie ppubblikat it-tender u li dan ix-xogħol kien qed jiġi mmanniġat mill-istess kumpanija ta’ periti li kienu responsabbli għall-istruttura tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jikkonferma li din il-kumpanija tqabbdet mill-Foundation for Medical Services għar-raġuni speċifika li d-drittijiet legali kollha tal-Gvern fuq l-istruttura jiġu mħarsa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2014 ix-xoghol tal-Helipad fuq D1 kien gie temporanjament sospiz sakemm kellu jinbena l-bini taz-zewg swali godda fuq l-emergenza. Wara li minn testijiet fuq il-bini tal-emergenza sar maghruf illi l-istruttura tal-Isptar Mater Dei kella konkrit dghajjef, ix-xoghol ta’ bini fuq l-emergenza kif ukoll tal-helipad fuq il-bejt ta’ D1 twaqqaf kompletament.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15966, 14901 u 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u eżerċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid: (a) x’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; (b) meta tqabbad; (ċ) kemm sewa jew se jiswa; (d) kif intgħażel il-kuntrattur; (e) min għażel il-kuntrattur; u (f) meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15964, 14905, 13241 u 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — impjegati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21660, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u n-neputi tiegħu, humiex impjegati bħala position of trust? Jista’ jgħid f’liema skala taċ-ċivil hu impjegat n-neputi? Jista’ jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux impjegat bħala Transport Officer fi Skala 16 taċ-ċivil bħala position of trust u jekk le jista’ jgħid meta ġiet ippublikata s-sejħa għal dan l-ingaġġ? Jista’ jpoġġi kopja tal-job description ta’ dan l-individwu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21660. Il-persuna fil-ħatra ta’ Transport Officer huwa position of trust u prinċiparjament jirċievi talbiet minn tobba u staff mediku ieħor sabiex jingħataw dan is-servizz.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — bordijiet tal-Appell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tiegħu u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal xiex qed jirreferi.

Persuni li nstabu jisirqu d-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jisirqu d-dawl u kemm minn dawk il-persuni li nqabdu jisirqu d-dawl, tressqu l-Qorti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Enemalta – Annual Report u Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Annual Report u l-Financial Statements tal-Enemalta għas-snin 2012 u l-2013 u dan peress li sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, dawn id-dokumenti kienu għadhom ma tpoġġewx minkejja diversi mistoqsijiet parlamentari fejn intalbet din l-informazzjoni? Jista’ jpoġġi wkoll l-Annual Report u l-Financial Statements tal-Enemalta fuq il-Mejda tal-Kamra għas-sena 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokumenti li qed tgħid li ma tpoġġewx, diġa’ tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dewmin għal kartuna s-safra — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dewmien fil-kartuna s-safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kaz qieghed jigi segwit.

Ingaġġ ta’ nurses

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18173 u jgħid kemm daħlu nurses fis-sena 2015 u jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità huma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mill-ewwel tas-sena 2015 f’MDH dahlu 180 infermier. 167 minnhom kienu Maltin.

Il-Furjana — Ċentru tas-Saħħa – pjan ta’ refurbishing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan għar-refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana? Meta se jibda u meta hu ppjanat li jitlesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li ghaddiet fic-Centru tas-Sahha tal-Furjana sar upgrade tal-Cold Room, inxtara Ophthalmic equipment, ECG Machine, Dressing Trolley, Interferential Unit, Pharmaceutical Fridge u Steel Stair Case. Filwaqt li matul din is-sena ser isir xoghol ta’ refurbishment li jikkonsisti fl-estensjoni tar-Reception. Dan ir-refurbishment jinvolvi bini ta’ hitan godda, aperturi, stallazjoni ta’ l-elettriku, Air Conditioning gdid, tqeghid ta’ madum tibjid u ghamara gdida. Dan ix-xoghol beda fl-4 ta’ Jannar 2016.

Il-Furjana – Ċentru tas-Saħħa — refurbishing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi s-somma li hu ppjanat li tintnefaq għar-refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 21461

Il-Furjana – Ċentru tas-Saħħa – refurbishing – rilokazzjoni tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt li jkun għaddej ix-xogħol ta’ refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, is-servizzi humiex se jkomplu għaddejjin jew humiex se jiġu rilokati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ttiehdu l-passi kollha necessarji biex waqt li jkun għaddej ix-xogħol ta’ refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, is-servizzi kollha se jibqgħu għaddejjin normali.

Il-Furjana – Ċentru tas-Saħħa – Ħaddiema – Kundizzjonijiet tax-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt li jkun għaddej ix-xogħol ta’ refurbishing taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, il-ħaddiema hux se jkollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 21463.

Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa – servizzi ta’ ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz ta’ ambulanzi fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid għandux nurse allokat/a mal-istess ambulanza? Huwa minnu li hemm żewġ EARs allokati ma’ din l-ambulanza li jfisser li f’każ ta’ emerġenza, xorta waħda trid tissejjaħ ambulanza mill-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara nuqqas ta’ snin shah, f’Novembru 2015 rega’gie introdott is-servizz ta’ ambulanza fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid. Dan is-servizz ghandu żewġ EARs allokati ma’ l-ambulanza.

Servizz ta’ dentisti fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda s-servizz tad-dentistrija fil-komunità? Fejn beda dan is-servizz? Kemm ibbenefikaw pazjenti minn dan is-servizz s’issa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tad-dentistrija fil-Komunita’ li qieghed isir f’kollaborazzjoni mal-Universita ta’ Malta u qieghed isir minghajr hlas beda Settembru li ghadda. Sa Dicembru 2015 kienu uzaw dan is-servizz 231 – il pazjent.
Leg 12 PQ #21737 Sitting 344 2016-01-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – petrol u diesel — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21626 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża l-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali fil-perjodu April 2013 sa Novembru 2015 kienet ta’ medja ta’ €69.79 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 52.5 litru fil-ġimgħa. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar leġizlatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal- Ministru tas-Saħħa kienet ta’€99.48 fil-ġimgħa.