Interuzzjoni fis-servizz tal-ilma — każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jingħata s-servizz tal-ilma, liema servizz ġie sospiż meta għal xi raġuni ġiet interotta il-provvista tal-ilma tal-istess persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li diġà kkuntatjajna lill-konsumatur. Fil-ġranet li ġejjin ħaddiema tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma se jiltaqgħu fuq il-post ħalli jiddentifikaw il-problema.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 372 u jgħid meta se jibda l-proċess li kien imwiegħed sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu l-metodu u l-frekwenza ta' meta jirċievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern huwa kommess li jirranġa l-problemi kbar li sab fit-tmexxija tal-Arms LTD kif ukoll fil-mod kif joħorġu l-kontijiet biex dawn jibdew joħorġu b'mod regolari minħabba li dan il-punt bażiku ma kienx qed jinżamm taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Dan huwa l-bidu tal-proċess li għandu jwassal biex titwettaq din il-wegħda elettorali.
Power Station Ġdida — dokument tal-Expression of Interest and Capability
Question
Jista' l-Ministru jgħid għala, fil-press launch tal-proċess kompetittiv għall-bini tal-Power Station li taħdem bil-gass, qal li kull min ried seta' jitlob u jingħata d-dokument tal-Expression of Interest and Capability, meta llum hu rappurtat fil-media li l-Ministeru tiegħu qed jiċħad li jagħmel dan minħabba l-allegata sensittività kummerċjali tad-data?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 13 ta' Mejju, 2013 f'seduta 17
Enemalta — Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 480, jista' l-Ministru jgħid jekk skont l-espressjoni ta' interess u kapaċità għal Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement, il-Korporazzjoni Enemalta hiex se tixtri biss id-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta se tixtri l-elettriku kif ukoll gass.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — nefqa għall-użu ta' mobiles
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Ministeru għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministru u s-segretarjat privat għall-perijodu bejn 1 ta' Ġunju 2012 u t-8 ta' Marzu 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa għal użu tal-mobiles kollha tal-Ministeru u Segretarjat privat għall-perjodu msemmi kien ta' (€8,951.59) tmint elef disa' mija u wieħed u ħamsin ewro u disa' u ħamsin ċentezmu tal-ewro.
Jista' l-Ministru jara għala Triq il-Prinjoli f'Santa Luċija kienet mitfija kollha kemm hi, li hi triq twila ħafna, nhar it-Tnejn 15 t'April 2013 filgħaxija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill_onorevoli Interpellant illi l-ħsara li kien hemm fit-triq imsemmija ġiet irranġata nhar it-tnejn 16 t'April, 2013
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema kariga huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 694
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja mill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jitneħħew wires biex ikun jista’ japplika biex jissewwa saqaf li waqa’?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar kuntatt bejn l-individwu u d-distrett ta' Raħal Ġdid fejn ġew spjegati lilu l-proċeduri f'dawn iċ-ċirkostanzi.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sabiex tkun ikkunsidrata mill-ġdid it-talba tagħha għal reviżjoni tal-kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ għadda għand l-ARMS Ltd u qed jiġi investigat.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li xi ħadd mill-impjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jikkuntatjaw lis-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kkuntatjat lis-sinjura msemmija dwar il-problema li għandha u ġiet iggwidata x'għandha tagħmel.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi mogħtija b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu il-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tiġi miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-sentejn li ġejjin il-power station ta' Delimara hix se tkun konvertita minn heavy fuel oil għal diesel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern diġà beda bil-proċess ta' espressjoni ta' interess u kapaċità għall-power purchase agreement għall-provvista ta' enerġija ġdida u aktar nadifa kif imwiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali.
Long Term Power Purchase Agreements u Gas Supply Agreement
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 201, peress li l-Ministru, meta ħabbar id-data tal-bidu tal-proċess tal-Espressjoni ta' Interess u Kapaċità għal-Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement lill-media qal li se jippublika il-kopja ta' interess, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jagħmel dan? Jekk le, jista' jgħid għaliex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kopja ta' dan id-dokument tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra it-Tnejn 13 ta' Mejju f'seduta numru 17.
Power Station ta' Delimara — lifespan tal-estensjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 202, peress li fid-domanda tiegħi kont ċar u kont qed nirreferi għall-estensjoni ta' power station ta' Delimara hekk kif proposta mill-Gvern preżenti, jiġifieri dik li għaliha ħarġet l-espressjoni ta' interess u għalhekk, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa ddisinjat/ikkalkulat il-lifespan fi snin tal-operat ta' din il-power station proposta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għad-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-Tnejn 13 ta' Mejju, 2013 f'seduta numru 17.
Power Station Ġdida — studji dwar l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 290 u jgħid xi studji saru jew qed isiru qabel ma tiġi kkummissjonata l-power station il-ġdida mill-Gvern preżenti biex jiġu mħarsa kemm l-ambjent tal-madwar kif ukoll is-saħħa ta' dawk kollha li jgħixu fil-lokalitajiet viċin il-power station proposta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li saru u li għad iridu jsiru f'dan ir-rigward?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kopja ta' dan id-dokument tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra it-Tnejn 13 ta' Mejju f'seduta numru 17.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - servizzi tal-ilma u drenaġġ
Question
Billi fid-domanda għall-mistoqsija parlamentari 761, jien staqsejt dwar servizzi tal-ilma u drenaġġ fi Triq il-Port Ruman, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, u minflok ingħatajt risposta dwar cables tal-high tension, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fid-domanda originali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi triq imsemmija fejn hemm it-tarmac il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha s-servizzi tal-ilma u tad-drenagg mgħoddija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-Gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet bejn Marzu 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid kemm kienu jammontaw il-kontijiet pendenti ta’ dawn il-kumpaniji, lukandi u fabbriki li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat illi ġew sospiżi 189 kont non-residential li l-valur tagħhom huwa ta' €2,618,075.60
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kien sospiż min-naħa tal-ARMS Ltd minħabba kontijiet pendenti bejn Marzu 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid kemm kienu jammontaw il-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab Infurmat illi ż-żewġ korporazzjonijiet issosspendew (293) mitejn u tlieta u disgħin kont domestiku (residential) għal valur ta' (€1,638,283.25) miljun, sitt mija u tmienja u tletin elf, mitejn u tlieta u tmenin euro u ħamsa u għoxrin ċenteżmu tal-ewro.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intuża u nxtara fuel għall-power station għall-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Jista' jikkomparhom dawn mal-ewwel tliet xhur tas-sena 2011 u 2012?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.