Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise – skemi ta’ xiri ta’ makkinarju għall-industrija tal-manifattura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise għandhiex xi skema fis-seħħ li toffri għajnuna finanzjarja lill-Impriżi Żgħar u Medji għal xiri ta’ makkinarju għall-industrija tal-manifattura?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Malta Enterprise toffri numru ta'skemi immirati lejn kumpaniji żgħar biex jinvestu f'makkinarju u investiment. L-Investment Aid tasssiti intrapriżi biex jagħmlu investiment li jwassal għal ħolqien ta’ kumpaniji ġodda jew tkabbir fl-operat tagħhom. Minkejja li din l-ghajnuna tingħata primarjament b’forma ta’ kreditu ta’ taxxa, għotja ta’ flus kontanti tista tingħata f’kas li l-Korporazzjoni jidrilha li l-proġett huwa ta’ benefiċċju għal ekonomija ta’ Malta. Il-Korporazzjoni tassisti wkoll lil dawn l-intrapriżi permezz tal-Micro Invest. Din l-iskema hija miftuħa għall kumpaniji u self employed li jimpjegaw anqas minn 30 ħaddiem u jinvestu fil-kumpanija taghħom, jixtru vetturi jew jimpjegaw nies ġodda. Permezz tal-Micro Guarantee, il-Korporazzjoni tippprovdi garanzija sa 80% fuq self ta’ mhux aktar minn €100,000 biex jiffinanzjaw proġetti li għandhom għan Ii jizviluppaw l-intrapriża tagħhom.

Commerce Department – Business Care Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assistiti klijenti mill-Business Care Unit tal-Commerce Department bejn is-sena 2013 sal-lum?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-publiku ġie assisit mill-Business Care Unit tal-Commerce Department permess ta’ telefon,e-mails kif ukoll mill-offiċini. Bejn is sena 2013 sa l-aħħar t’Awissu ġew assisti total ta’ 31,922 klijent.

MITA Innovation Hub — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru jew qegħdin isiru permezz tal-MITA Innovation Hub?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-MITA Innovation Hub (MIH) tgħin lil żagħżagħ u studenti jiżviluppaw ideja li tista’ twassalhom biex iwaqqfu startup, jew intrapriża żgħira fil-kamp diġitali. Dan isir permezz ta’ sejħiet kompetittivi li għalihom l-istatups ikunu jridu jippreparaw proposta ta’ kif isolvu xi problema partikolari permezz tal-użu tat-teknoloġija. Il-MIH tagħtihom għajnuna teknika, taħriġ u gwida biex jirnexxu fis-soluzzjoni tagħhom. S’issa ġew żviluppati tlett mobile apps: · L-app tal-Park Majjistral biex tintuża bħala gwida għal min iżur il-park · App biex tgħin liċ-ċittadini biex jistħarrġu dwar applikazzjonijiet għall-iżvulupp u l-ippjanar ta’ bini, u biex jirrapurtaw illegalitajiet · App biex tħarreġ lit-turisti u ttejjeb l-esperjenza lil kull min iżur it-tempji megalitiċi ta’ ħal-Tarxien. L-app tal-Park Majjistral kienet imnedija f‘Ottubru li għadda, waqt li tnejn l-oħra ser ikunu imnedija aktar tard din is-sena. Barra minn hekk, bħalissa qegħdin jinbnew żewġ logħbiet elettroniċi ta’ natura edukattiva, għal studenti tal-iskola sekondarja. Waħda hija bit-tema tal-bioloġija u l-oħra dwar l-Assedju il-Kbir. Huwa ppjanat li aktar tard din is-sena se tinbena logħba elettronika oħra ta’ natura edukattiva, din id-darba dwar l-għarfien għal bżonn tas-sigurta tal-informazzjoni.

Servizz Pubbliku — servizzi online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi online ġew imnedija mis-sena 2013 sal-lum sabiex is-servizz pubbliku jitjieb?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li fis-sena 2014 kompliet ittejjeb is-servizz online biex liċenzji għall-użu ta' apparat tar-radjukomunikazzjoni jkunu jistgħu jitħallsu mis-sit elettroniku tal-MCA. Dan is-servizz iffaċilita l-ħlasijiet ta' dawn il-liċenzji kemm mill-pubbliku kif ukoll minn entitajiet kummerċjali.

Ta’ Qali Crafts Village — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett tal-Crafts Village f’Ta’ Qali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn l-aħħar sentejn u nofs il-proġett ta' Ta Qali ħa spinta l-quddiem. Tlestew id-disinji kollha relatati mal-proġett, saru konsultazzjonijiet estensivi ma tenants li kellhom konvenji fuq l-art gewwa Ta’ Qali, saret ħidma estensiva fuq l-aspett legali, ġew ippreparati u ffirmati l-kuntratti ma’ tenants, għamilna konsultazzjoni mal entitajiet pubbliċi u privati minħabba servizzi bħal komunikazzjoni, ilma, dawl u dranaġġ, applikajna u ġibna l-permess tal-MEPA biex il-proġett jkun jista’ jseħħ u applikajna għall fondi tal-Unjoni Ewropeja skond is-sejħa li ħarġet dan l-aħħar. Bħallissa qedgħin nistennew li jiġu approvati l-fondi sabiex nkunu nistaw nibdew inwettqu l-proġett.

Ipparkjar ta’ karru tat-trailer – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21726, jista’ l-Ministru jara li jerġa’ jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kellu jerġa’ jiġi kkuntattjat mid-dipartiment rispettiv, iżda baqa’ mingħajr risposta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-individwu.

Malta Communications Authority – project enter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm attendew individwi għal Project Enter li kien provdut mill-Malta Communications Authority?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li għal Project ENTER s'issa attendew 4,022 persuna. Sa l-aħħar ta Settembru in-numru ta' individwi se jitla' għal 4,400.

WI-FI access points

Question

Jista’ l-Ministru jagħti update ta’ numru ta’ wi-fi access points ġewwa Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li s‘issa hawn 198 WIFI access points madwar Malta u Għawdex. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet fejn qed jiġu installati aktar Wifi hotspots f’diversi lokalitajiet bl-għan li jintlaħaq in-numru ta’ 300 connection sas-sena id-dieħla.

MITA – STEM summer clubs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm attendew studenti fl-iSTEM Summer Clubs tal-MITA?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li madwar 450 student tal-età bejn il-5 snin u l-14-il sena, u madwar 30 edukatur u youth worker ipparteċipaw fl-iSTEM Club li l-MITA nediet dan is-sajf. Permezz tal-iSTEM Club, dawn l-istudenti għamlu attivitajiet prattiċi biex b’hekk jifhmu aħjar u jinġibdu iktar lejn il-matematika u suġġetti xjentifiċi, tekniċi u ta’ inġinerija.

Liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni mis-sena 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2013 u l-31 ta 'Awissu 2015 nħarġu 4051 liċenzji ta importazzjoni u 310 liċenzji ta’ esportazzjoni.

Installazzjoni ta’ lift – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex jiggwidawh xi skema ta’ finanzi hemm rigward installazzjoni ta’ lift fin-negozju tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li sar appuntament mal-individwu indikat nhar il-Ġimgħa 8 ta' Jannar fejn ġew diskussi miżuri ta' assistenza fuq investimenti u spejjez relatati.

MITA – benefiċċju minn fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2014 il-MITA ibbenifikatx minn xi Fondi Ewropej? Jekk iva, kemm kienu u kif intużaw?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill Onor. Interpellant li fis-sena 2014 il-MITA ibbenifikat min fondi mill-Unjoni Ewropea, dawn kienu jammontaw għal kwazi mitejn u għaxart elef ewro (€210,000) Parti min dawn il-fondi ntużaw biex il-MITA pparteċipat f’proġetti pilota f’diversi oqsma tas-servizz pubbliku elettroniku u proġetti oħra li kienu jinkludu kampanji ta’ għarfien għall-ħiliet u mpjiegi fis-setturi tal-ICT u f’networks tematiċi, kif ukoll biex ġiet akkwistata parti mill-eLearning Platform għall-iskejjel tal-Gvern.

Student Advantage Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bbenefikaw mill-iStudent Advantage Scheme?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-iskema “Student Advantage Scheme” bbenifikaw madwar 40,000 student,dawn kienu eleġibli b’mod awtomatiku. Dan kien possibli wara li ġie milħuq ftehim bejn il-MITA u Microsoft, fejn wara li għal perjodu li l-istudenti setghu jirregistraw b’mod faċli online għal din l-iskema, din l-istess skema ġiet estiża għall-istudenti kollha illi jattendu skejjel tal-Istat, MCAST u Giovanni Curmi Higher, filwaqt li is-skejjel tal-Knisja u dawk indipendenti kellhom iċ-ċans illi jagħmlu l-arrangamenti meħtiega direttament mal-kumpanija Microsoft. Skond statistika hekk kif provduta sal-bidu ta’ Ġunju 2015, jirriżulta li dan is-software ġie mniżżel madwar 72,000 darba. Dan peress illi kull student kellu l-opportunita li jinstalla dan is-software b’xejn sa massimu ta’ 5 darbiet.

Digital Malta Strategy

Question

Jista’ l-Ministru jagħti update rigward id-Digital Malta Strategy?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-attivitajiet prinċipali li saru jew qed isiru tul din l-aħħar sena huma: - Fil-bidu tal-2015, inġabar il-program ta’ inizzjattivi għas-sena 2015. F’dan il program hemm iktar min 200 inizjattiva li bħalissa qed isir xogħol fuqhom minn diversi dipartimenti u entitajiet. - Dan ifisser li fl-2015 kien għaddej xogħol fuq 56 azzjoni (79%) mill-71 azzjoni tal-istrateġija. - Sa nofs is-sena 2015, 62 mill-inizjattivi kienu 75% jew aktar kompleti. - Fid-9 u l-10 ta’ Settembru 2015 ġew organizzati żewġ workshops ta’ konsultazzjoni. L-iskop ta’ dawn il- workshops kien biex partijiet interessati jinżammu aġġornati b’dak li qed isir, kif ukoll ikollhom ċ-ċans li jagħtu l-idejat taħhom għal program ta’ inizzjattivi tal-2016. Għal dawn il- workshops kien hemm mistiedna rappreżentanti tal-ġvern u entitajiet pubbliċi, kumpaniji privati, kif ukoll ċittadini u l-pubbliku ġenerali. - Bejn Jannar u Frar 2016, qed jinġabar il-program ta’ inizzjattivi għas-sena 2016 u qed isir ir-rapport tax-xogħol li sar fuq l-inizjattivi li kienu qegħdin jitwettqu fl-2015.