Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26311 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Main ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' main tad-drenaġġ f'Malta u f'Għawdex separatament? Kemm minn dawn il-mains huma f'forma ta' galleries?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li huwa ferm diffiċli li wieħed jikkonkludi t-tul eżatt tal-mini u katusi tad-drenaġġ eżistenti f'Malta. Fil-fatt qiegħdin fi proċess sabiex nagħmlu sistema komputerizzata permezz ta' GIS li biha nistgħu nigbru l-informazzjoni kollha fuq is-sistemi eżistenti tad-drenaġġ.
Leg 9 PQ #26076 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jafx bl-emissions kbar li regolarment qed tarmi ċ-ċumnija li għandha l-fabbrika Lowenbrau f'Ħal Qormi, għad-detriment ta' l-ambjent ġenerali kif wkoll b'detriment għal saħħet in-nies? X'qiegħed jagħmel jew x'se jagħmel id-dipartiment biex din id-diffikulta' tiġi mgħeluba mill-aktar fis possibli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Ispetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent sejrin jinvestigaw dan il-każ u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #26077 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Emissions

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġu eliminati emissions li jistgħu jkunu ħerġin minn forn fl-area, għad-detriment ta' saħbet in-nies partikolarment residenti f'Alexandra Square - Ħal Qormi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Ispetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent sejrin jinvestigaw dan il-każ u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #26232 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema vot se jitħallsu s-36 student universitarju li se tħaddem id-diviżjoni tax-xogħlijiet fis-sajf? X'xogħol se jingħataw? X'total ta' ħlasijiet se jingħataw l-istudenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-istudenti universitarji li se tħaddem id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet matul is-Sajf se jitħallsu mill-Vot Rikorrenti tad-Diviżjoni. Dawn se jingħataw xogħol relatat mal-professjonijiet ta' Perizja u Nġinerija Ċivili, Nġinerija Mekkanika/Elettrika, u dik Xjentifika fil-qasam tal-Kimika u Bioloġija. Il-ħlasijiet li se jingħataw dawn l-istudenti huwa skond Ċirkulari OPM Numru 23/2001 ta' l-4 ta' Mejju 2001.
Leg 9 PQ #26202 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Street Furniture

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema street furniture ittieħdet, insterqet jew inbidlet fil-pjazza ta' Buġibba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li street furniture li nbidlet kienet dik kollha li kien hemm fil-pjazza ta' Buġibba u arloġġ quddiem Santana Hotel. Dawn l-items ta' street furniture kienu twaħħlu b'inizjattiva ta' l-Action Committee Buġibba Embellishment u ma kienux jiffurmaw parti mix-xogħol imwettaq mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Dawn l-items ittieħdu f'maħżen tat-Taqsima fil-Qawra. Dwar serq, insterqet bollard waħda mill-ġodda li twaħħlu dan l-aħħar eżattament dik quddiem l-HSBC.
Leg 9 PQ #26208 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

COWI

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema mir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport COWI ġew implimentati s'issa? Liema huma dawk li għad iridu jiġu implimentati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-lista ta' rakkomandazzjonijiet proposti mill-konsulent COWIconsult li ġew implimentati s'issa hija kif tidher hawn taħt. Il-proġetti huma rriferiti bir-referenzi li ntużaw fid-dokument tal-Master Plan tad-Drenaġġ, 1992. Proġetti f'Malta Referenza H1, San Andrija Referenza H4, Sliema East Referenza H5, Sliema West Referenza B2, Mosta - Lija Referenza C2, Żebbuġ - Qormi Referenza M7, Buġibba Referenza M8, Buġibba Referenza M9, Kennedy Grove Referenza M10, Triq San Pawl Referenza M13, Minn tax-Xama Referenza M14 u M15, Pwales u Xemxija Referenza M16, Pwales Pumping Station Referenza S6, Marsascala Referenza S9, Birżebbuġia Tkabbir u titjib fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Sant'Antnin Proġetti f'Għawdex Referenza G5, Mill-Qala Referenza G6, Mġarr Referenza G7, Għajnsielem Referenza G10, Sannat Referenza G12, Victoria Referenza G13, Victoria Referenza G14, Victoria Referenza G15, sa Ras il-Ħobż Il-proġetti li għad iridu jiġu mplimentati bażikament jikkonsistu f'dawn li ġejjin: Tisħiħ tal-pumping stations tal-Gżira u l-Imsida Skema tad-drenaġġ għall-inħawi tal-Baħrija Skema tad-drenaġġ għat-Taqsima Industrijali ta' Ħal Far Skema tad-drenaġġ għall-inħawi tan-Nadur u l-Għarb f'Għawdex Tlett impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ, wieħed Għawdex u tnejn f'Malta Madwar 10 km. ta' mejnijiet ġodda fl-inħawi tar-Rabat, B'Kara, Msida, Marsa, Tarxien u n-Naxxar 9 mini li ser jintużaw għall-ħażna tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Marsa, Santa Venera, Siġġiewi, Luqa, Mellieħa u Żabbar Madwar 26 'retention basin' f'Malta u Għawdex skond ma titlob is-sistema tad-drenaġġ wara li jiġu mplimentati uħud mill-proġetti fuq imsemmija.
Leg 9 PQ #25253 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Advisors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Ambjent hemm: Advisors 7 Board Members 75 SECTION ADVISORS No. Salary Lm. Environment 3 8899.72 Rehab. Projects 1 7233.00 Ministry 1 4520.00 1 9462.36 St. James Cavalier 1 1313.50 ------------ 31428.58 ------------ SECTION BOARD MEMBERS No. Salary Lm. Environment 5 NIL Mason's Board 6 2365.50 Engineering 7 2231.50 Rehab. Projects: V.R.C. 14 NIL C.R.C. 15 NIL M.R.C. 10 NIL B.I.C.C. 17 NIL B.I.C.C. 1 7910.00 ------------ 12506.50 ------------
Leg 9 PQ #25388 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Ambjent saru 109 trasferimenti interni. Ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti kienu: 67 minħabba esiġenzi tas-servizz 42 fuq talba ta' l-impjegati stess. Rigward trasferimenti fis-servizz pubbliku, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ser jagħti l-Prim Ministru għal Mistoqsija Parlamentari numru 25569 (Seduta 554).
Leg 9 PQ #26164 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Peress li l-Kunsilli Lokali tal-Mtarfa, għal bosta drabi lmenta mad-Direttur tat-Taqsima tad-Drenaġġ dwar houses li qed jarmu fi spieri illegali b'detriment għas-saħħa tar-residenti ta' l-inħawi, jista' l-Ministru jintervieni sabiex laqgħa li talab il-kunsilli msemmi mad-direttur issir u tinstab soluzzjoni għal problema ndikata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi d-Direttur qatt ma ntalab personalment jiltaqa' mal-Kunsill ta' l-Imtarfa. Rigward l-ilment imsemmi dan qiegħed jiġi nvestigat u, wara kuntatti li saru issa biex tkun tista' ssir din il-laqgħa, d-Dipartiment għadu qed jistenna risposta min-naħa tal-Kunsill.
Leg 9 PQ #26166 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Final Draft

Question

Jista' l-Ministru jagħti ftit informazzjoni tal-Final Draft tal-proġett tal-Kottonera billi jpoġġi l-pjani finali fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Anke jekk il-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant mhix ċara biżżejjed biex inkun nista' nifhem eżattament xi trid, nixtieq niġbed l-attenzjoni li l-Kuntratt ta' Enfitewsi tal-Proġett tal-Kottonera kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u effettivament approvat minn dan l-istess Parlament fid-19 ta' Mejju 1999. F'dak l-istess kuntratt kien hemm l-obbligu fuq il-Konsortia li jridu jġibu l-permessi neċessarji mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dan qiegħed isir fit-termini tal-kuntratt approvat. Ma jidhirlix li hemm xi dokumenti oħra li nista' nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26167 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Ħaddiema fil-Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-working days u x'ħinijiet (min x'ħin sa x'ħin) jagħmlu l-ħaddiema fil-proġett tal-Kottonera, speċjalment f'dak ix-xogħol ta' madwar Sant Anġlu fil-Birġu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Kuntratturi tal-Konsorzju responsabbli ta' dik il-parti tal-proġett madwar il-Fortizza ta' Sant'Anġlu qegħdin jaħdmu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-sitta ta' filgħodu u s-sitta ta' filgħaxija u nhar ta' Sibt sa nofsinhar. Il-'Construction Management Plan' kif approvata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar tistipula illi l-ġarr ta' materjal tal-kostruzzjoni u ta' skart tal-bini minn fuq is-sit tax-xogħlijiet jista' jsir biss mid-9.00a.m. sas-2.00p.m. mill-1 ta' Ottubru sal-15 ta' Ġunju u mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru mid-9.00a.m. sa 12.00p.m. u mis-2.00p.m. sal-5.00p.m.
Leg 9 PQ #26173 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Mina

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Grupp li qed jagħmel xogħlijiet fuq il-proġett tal-Kottonera u għalaq il-Mina li mix-Xatt tal-Birgu twassal sa Sally Port (it-Toqba), jiftaħ din l-istess mina għall-areas tal-pubbliku kull filgħaxija wara li jieqaf ix-xogħol? Jaqbel il-Ministru li din hi caħda lin-nies tal-Kottonera minn mixja li mdorrijin jagħmlu ħafna residenti tal-Kottonera fis-sajf? Jista' l-grupp jara li, jekk wara kollox l-iskuża hi sigurta', fuq saħħet in-nies u l-inġenji użati, ikollhom nies imqabbda apposta għas-sigurta' tal-inġenji u ilqugħ għall-perikli għal-saħħet in-nies biex il-mina terġa' tinfeteħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal kull proġett ta' din in-natura, ikun hemm ċirkostanzi li joħolqu inkonvenjent fl-inħawi ta' fejn ikun qed isir ix-xogħol. Din hija xi ħaġa temporanja sakemm isir ix-xogħol u allura l-post ikun jista' jitgawda ferm aħjar minn kif kien qabel. Il-kwestjoni li qajjem l-Onorevoli Interpellant hija proprju waħda minn dawn il-każijiet. Allovalja l-mina ma tiffurmax parti mill-Enfitewsi illi għaddiet għand il-konsorzju 'Cottonera Waterfront Group' jibqa' l-fatt iżda, illi kif eżattament toħroġ minn ġol-mina, tiġi fuq art illi tifforma parti mill-Enfitewsi li għaddiet f'idejn l-istess Konsorzju. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant fuq dan is-sit qegħdin isiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni u għalhekk tista' tiġi klassifikata bħala sit ta' kostruzzjoni li normalment siti simili ma jkunux aċċessibli għall-pubbliku. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant illi skond l-istess kuntratt ukoll, il-Konsorzju huwa obbligat illi jerġa' jiftaħ l-aċċess għall-pubbliku, la darba jitlesta x-xogħol.
Leg 9 PQ #26177 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-bankina li qed tikkumplimenta il-ħajt ta' No. 1 Dock ta' Bormla ilu sejjer il-kostruzzjoni fuqu għal din l-aħħar sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bankina msemmija mill-Onorevoli Interpellant inbeda f'nofs Jannar ta' din is-sena. Kien hemm diversi problemi li tawlu ż-żmien ta' din il-biċċa xogħol fosthom: diffikultajiet dwar qlugħ ta' siġar, cables tad-dawl, switchboard ta' l-MDD li tneħħa dan l-aħħar, culvert ta' l-ilma tax-xita u anke bdil fil-pjanta biex ikun hemm aktar parking. Bħalissa qiegħed isir sforz biex din il-bankina titlesta kemm jista' jkun malajr.
Leg 9 PQ #26179 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Legal Notice

Question

Peress li ftit ilu ħarġet legal notice għas-sidien tal-klieb li jħammġu toroq u ma jnaddfux, jista' jgħid jekk din tapplikax wkoll għas-sidien taż-żwiemel u annimali oħra? Jista' jgħid jekk sa issa inqabdux sidien tal-klieb li kienu fit-toroq u kien bla boroż tal-plastic? Kemm kien dawn u kemm weħlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26198 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Second Class Water

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża (operation & maintenance) għall-produzzjoni ta' kull metru kubu ta' second class water mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża (O & M) għall-produzzjoni ta' l-ilma fl-impjant ta' Sant'Antnin, hi kif ġej: PRODUZZJONI PREZZ/METRU KUBU (Lm) 2,000 metru kubu kuljum 0.146 6,000 metru kubu kuljum 0.065 10,000 metru kubu kuljum 0.055 14,000 metru kubu kuljum 0.046 17,000 metru kubu kuljum 0.042 Jiġifieri jekk il-produzzjoni tkun ta' 2000 metru kubu kuljum il-prezz huwa ta' 14c6 kull metru kubu, eċċ.
Leg 9 PQ #26199 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija nru. 26106?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-ħaddiema tas-sitt distrett ħadmu l-overtime li jidher kif ġej: Ġunju 2000 Lm21,806.574 Jannar 2001 Xejn Lulju Lm12,297.077 Frar Lm6,365.949 Awissu Lm 3,532.386 Marzu Lm2,824.000 Settembru Lm 8,987.162 April Lm4,711.588 Ottubru Xejn Mejju Lm5,705.430 Novembru Xejn Diċembru Lm10,748.451 In-numru ta' ħaddiema li ħadmu overtime matul dawn it-tnax-il xahar huma: Ġunju 2000 49 Jannar 2001 47 Lulju 46 Frar 48 Awissu 46 Marzu 48 Settembru Xejn April 47 Ottubru 48 Mejju 32 Novembru 46 Diċembru 46 F'dan id-distrett hemm 63 ħaddiem. L-overtime fost il-ħaddiema jitqassam skond l-esiġenza tax-xogħol.
Leg 9 PQ #25379 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25766 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li residenti fi Triq H. Megizer Naxxar (Birguma) jinsabu bla sistema tad-drenaġġ tant li qed ikollhom jużaw fossa, jista' jara li jinkludi fil-programm tax-xogħlijiet tiegħu l-estenzjon tad-drenaġġ? Jista' jara li xogħlijiet isiru fl-affermattiv ħalli sax-xitwa li ġejja din it-triq tkun tista' tiġi asfaltata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din it-triq tinsab f'area magħrufa bħala Birguma. Din qiegħda f'livell baxx, u trid taqbad ġo Pumping Station li għad trid tinbena aktar tard. L-applikazzjoni għall-kostruzzjoni tal-Pumping Station meħtieġa ntbagħtet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #26130 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Jetting Browser

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 25724?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.