Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-frott frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli li tingħata din l-informazzjoni peress li jinżammu dettalji ta’ x’daħal fil-Pitkalija u mhux tal-produzzjoni totali peress li ammont sostanzjali jinbiegħ direttament u m’huwiex reġistrat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-laħam frisk tal-majjal fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni tal-laħam frisk taċ-ċanga matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-laħam frisk taċ-ċanga f'Malta fl-ewwel tliet xhur tas-sena bejn l-2002 u l-2007 kien kif jidher hawn taħt:
Tunnellati (
metric
)
2002
2003
2004
2005
2006
2007
Total
384
351
273.5
378
364
355
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-għajnuna mwiegħda għall-bastiment tiegħu is-sajjied li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sajjied ikkonċernat kellu kuntratt għall-għajnuna li jammonta għal għoxrin elf lira Maltija (Lm20,000) taħt il-programm ta’ Għajnuna għas-Sajjieda mniedi fl-2002. Dan il-programm kien jaħseb biex is-sajjieda Maltin itejbu d-dgħajjes tagħhom ħalli jkunu jistgħu jikkompetu ma’ sħabhom is-sajjieda Ewropej. Dan is-sajjied iffirma il-kuntratt fit-30 ta’ Settembru 2003, fejn intrabat li fi żmien tmintax-il xahar iġib lanċa minflok ir-“Ruggiero Primo” li kienet inkisret ġewwa Manoel Island. Ma’ dan il-kuntratt is-sajjied ingħata avvanz ta’ Lm5,000.
Is-sajjied ġab il-lanċa “Gabbiano I” u, qabel ma ffinalizza r-reġistrazzjoni ta’ din mat-Taqsima għall-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd, ħareġ biha u f’April 2004 għerqet.
Fid-19 ta’ Settembru 2006, l-istess sajjied ingħata ammont ieħor ta’ Lm5,000 fuq l-istess kuntratt biex ngħinuh minħabba d-disgrazzja li kienet gratlu.
Fit-8 ta’ Marzu ta’ din is-sena, id-Divi¿joni għall-Affarijiet Veterinarji u s-Sajd ħarġet kommunikazzjoni fuq talba ta’ l-istess sajjied biex nilqgħu f’Malta bastiment ieħor, “Fratello Marino II” minflok il-“Gabbiano I”.
B’kollox is-sajjied ingħata Lm10,000 lira minkejja li għadu ma ppre¿entax dgħajsa għar-reġistrazzjoni għalkemm għaddew tliet snin u nofs minn meta ffirma l-ftehim. Il-bilanċ ta’ Lm10,000 jkun jista’ jingħata meta dan is-sajjied jirreġistra dgħajsa fir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24554 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li kien ikkummissjona huwa stess bl-isem ta' Assessment of the Macro Economic Impact of the Rationalisation of Scheme Boundaries minn KPMG?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih huwa parti minn dossier li ntuża fil-proċess biex il-Kabinett setgħa jasal għal deċiżjoni. Mhijiex prattika li l-analiżi u l-alternattivi li jkunu kkunsidrati fil-proċess tad-deċiżjoni tal-Kabinett isiru pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrata fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta xahar b'xahar separatament? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tunnellaġġ tal-qabda tal-ħut lokali reġistrat fl-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta bejn l-2002 u l-2007 kien kif ġej:
Qabda (tunnellati)
2002
2003
2004
2005
2006
2007
Jannar
43
18
46
21
43
29
Frar
35
15
31
12
18
23
Marzu
16
38
28
31
22
37
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali ta' bajd frisk reġistrat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-produzzjoni lokali ta’ bajd frisk tiġi kkalkulata skond l-ammont ta’ sussidju li jingħata kull xahar lill-produtturi. Dan għaliex is-sussidju jingħata a bażi tal-produzzjoni ta’ bajd li ssir fuq ir-razzett.
Din hija l-istatistika miġbura li tindika l-produzzjoni ta’ bajd (f’tużżani) matul l-ewwel tliet xhur ta’ dawn is-snin:
2007: (tinġabar sa l-aħħar t’April)
2006: 1,805,921
2005: 1,609,772
2004: 1,535,095
2003: 1,726,625
L-informazzjoni għas-sena 2007 hija ta’ Jannar u Frar biss minħabba li l-produtturi għandhom ċans sa l-aħħar ta’ April biex jirrapportaw l-informazzjoni tal-produzzjoni ta’ Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ ta' magħlef lokali reġistrat matul is-sena 2006 f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tal-magħlef lokali hija f’idejn operaturi privati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-faqqiegħ matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni tal-faqqiegħ hija f’idejn azjendi kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-ħaxix frisk matul l-ewwel tliet xhur tas-sena f'Malta? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin sena' b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produzzjoni attwali tal-ħaxix hija f’idejn operaturi privati.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-ħlas għad-drenaġġ f'każ ta' applikazzjoni lill-MEPA għal bini ta' farm ta' l-annimali jitneħħa peress li dawn it-tip ta' farms mhux permissibbli li jużaw il-main tad-drenaġġ, iżda jridu jagħmlu fossa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-ħlas li qiegħed jirreferi għalih diġà tneħħa.
Jista' l-Ministru jara li jittella' ħajt fejn instabu l-oqbra fi Triq il-Ħidma tax-Xogħol, Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, peress li dejjem ikun hemm nies li jitfgħu żibel u biex jiġi protett dan is-sit?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Membru jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali rispettiv ħalli tiġi użata l-proċedura li ġiet stabbilita mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f’każijiet bħal dawn.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MEPA biex issir ġustizzja ma' dawk li ġew imċaħħda mid-drittijiet tagħhom, speċjalment minħabba li tkun ingħatat informazzjoni żbaljata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar u jispeċifika d-dettalji tal-Mistoqsija tiegħu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24906, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-programm? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' għasafar ta' l-għana li rnexxilhom jiġu mrobbija s'issa skond l-ispeċi differenti tagħhom?
Jista' jagħti indikazzjoni kemm hu l-ammont ta' għasafar li s'issa jistgħu jintefgħu fis-salvaġġ minn dan il-programm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li dan il-proġett issa wasal fit-tieni sena tiegħu. Ir-riżultati miksuba s’issa huma għas-sena li għaddiet, u għalhekk ir-riżultati huma parzjali. Ta’ min iżid li l-ispeċi jinsabu fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli u l-programm jirrikjedi dedikazzjoni u kapaċità fit-trobbija tal-għasafar kif ukoll riċerka u esperimentazzjoni, speċjalment fl-ispeċi tal-ġojjini, l-isponsuni u taż-żebbuġ.
L-Onorevoli Membru diġà ġie mistieden iżur dan il-programm.
Dan il-proġett m’huwiex maħsub biex l-għasafar li jitfaqqsu fil-magħluq jintelqu fis-selvaġġ.
Kummissjoni Ewropea — Infringements relatati mal-kaċċa
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24905, jista' l-Ministru jwieġeb id-domanda kif suppost, cioe' li jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza uffiċjali li ntbagħtet mill-Unjoni Ewropea lill-Gvern Malti dwar l-infringements relatati mal-kaċċa u l-insib?
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-aħħar tas-sena 2007 humiex se jerġgħu jinfetħu l-liċenzji ġodda għall-insib ta' l-għasafar ta' l-għana, kif kien imwiegħed mill-Gvern Nazzjonalista f'ittri personalizzati mibgħuta lin-nassaba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li liċenzji ġodda għall-insib fuq l-għasafar tal-għana ilhom ma jingħataw sa minn Lulju 2002. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema korrispondenza qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji kif qed isir il-proċess tar-reġistrazzjoni ta' l-imnasab li tħabbret dan l-aħħar b'avviż legali u li l-gvern huwa obbligat li jagħmel skond il-ftehim li għandu ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Kumitat Ornis ħatar sotto-kumitat biex jistudja liema hu l-aħjar mod kif dawn is-siti għandhom jiġu rreġistrati. Id-dettalji jingħataw meta s-sotto-kumitat ikun għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kumitat Ornis.
Fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta' l-imnasab, jista' l-Ministru jgħid x'għandu wieħed jagħmel biex jassigura li l-imnasab tiegħu jidhru li huma reġistrati?
Jista' jgħid sa meta hemm żmien biex l-imnasab jiġu reġistrati u x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk li jkunu jixtiequ jagħmlu xi mnasab wara li jintemm il-perijodu tar-reġistrazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 25214.
Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Bordijiet/Kummissjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 24290, jista' l-Ministru jikkonferma jekk ħariġx xi permess f'dawn l-aħħar ġranet? Jista' jara li l-linja ta' żvilupp tonqos peress li hija qrib it-tempju u din il-mistoqsija qed issir minħabba numru ta' ilmenti li qed jidħlu regolarment? Tista' tingħata spjegazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu diskussi mill-Bord għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp fl-1 ta’ Marzu 2007. Il-Bord ma sabx oġġezzjoni għall-proposti ta' żvilupp wara li kellu kjarifika mill-Integrated Heritage Management (IHM) fuq dawn l-applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet ġew diferiti biex ikunu kkunsidrati l-pjanti min-naħa tas-saħħa pubblika skond ir-regolamenti eżistenti tas-saħħa pubblika u biex tkun ikkalkulata l-garanzija bankarja.
Dwar ir-referenza għal linja ta' żvilupp, nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku.