Ministeru għall-Affarijiet Barranin — żieda fil-fees of office
Question
In vista ta’ dak li ntqal mill-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit f’paġna 14 li ‘Se jkun hemm żieda relattiva fil-fees of office mid-dipartimenti tal-Gvern”, jista’ l-Ministru jgħid liema fees of office ta’ dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu diġà għolew u liema huma dawk li huma mistennija li jogħlew matul is-sena 2015? F’kull każ, kemm kienet il-fee fis-sena 2014 u kemm hija issa jew se tkun wara li togħla?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt :-
Service
Old Fee
New Fee
1
Administering an Oath or receiving a declaration or affirmation with or without attestation of signature.
€1.75
€2.00
2
Affixing a signature to an exhibit referred to in an affidavit or declaration.
€1.16
€1.30
3
(a) Authentication of certificates at Head Office:
(i) authentication of a document of an educational nature and of other documents of a non-commercial nature.
€11.65
€12.90
(ii) authentication of certificates of a commercial nature.
€16.31
€18.00
(iii) authentication of certificates and, or documents for adoption of children from foreign countries as authorized by the Central Authority appointed by the Overseas Adoption (Definition) Order -
(b) Authentication of certificates or documents by Maltese embassies and consulates provided that the authentication of certificates and, or documents for adoption of children from foreign countries that are authorized by the Central Authority appointed by the Overseas Adoption (Definition) Order are exempt from this tariff.
€16.31
€18.00
4
Affixing a consular signature, and seal if required, to a declaration of existence.
€1.16
€1.30
5
Drawing a declaration of existence.
€1.16
€1.30
6
Legalising or attesting a signature.
€2.33
€2.60
7
Uniting documents and attaching the consular seal to the fastening.
€1.16
€1.30
8
Affixing a seal to a document when no signature is required.
€1.16
€1.30
9
For receiving a will under the provisions of article 679 (2) of the Civil Code (Chapter 16)
€2.33
€2.60
10
For the signature of any certificate required by article 14 of the Food, Drugs and Drinking Water Act (Chapter 231).
€4.66
€5.20
11
For effecting any registration not otherwise provided for.
€1.16
€1.30
12
For affixing a consular signature, and seal if required, not otherwise provided for.
€2.33
€2.60
13
National Long-Stay Visa (Category D)
€60.00
€66.00
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il applikazzjoni għal visa (schengen area) saru minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza minn ċittadini mill-pajjiżi tal-Afrika li applikaw tramite l-Ambaxxata Maltija fi Tripli jew f’xi wieħed mill-konsolati tagħha f’pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq (eż. Marokk, Alġerija)? Kemm minnhom ġew approvati? Kemm minn dawk li ġew approvati, kien hemm parir mill-Korp tal-Pulizija jew entitajiet oħra kontra li tingħata l-visa?
Response (VELLA, GEORGE)
It-tabella hawn taħt imsemmija tindika viżi pproċessati mill-Konsulati ta' Malta li jinsabu fl-Afrika ta' Fuq. L-istatistika turi n-numru ta' applikazzjonijiet sottomessi, kemm minnhom ġew approvati u viża inħarġet, u minn dawk li ġew approvati, kienu approvati kontra l-parir mogħti mill-pulizija tal-immigrazzjoni.
KonsulatNru. ApplikazzjonijietApprovati u mogħtijaRifjutati mill-Pulizija
Benghazi3917350662
Tripoli5056839267326
Cairo2721225088
Tunis77855821859
Algeria68713450461
Tajjeb li wieħed jinnota li l-aħħar li ħarġu viżi Benghazi kien Ottubru 2013 u Tripoli sa Ġunju 2014. L-istatistika ta' hawn fuq ma tinkludix viżi maħruġa direttament mill-pulizija tal-immigrazzjoni, l-ajruport, u fil-portijiet. Dawn it-tip ta' viżi ma jiġux ipproċessati mis-sistema tal-viżi li jużaw il-konsulati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11298 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – spejjeż relatati ma’ safar
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispejjeż kollha relatati ma’ safar li kellu, flimkien ma’ dawk li akkumpanjawh minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (VELLA, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt lill-Onor. Kollega tiegħu għal-Mistoqsija Parlamentari Nru 12111.
L-informazzjoni mid-data tar-risposta li qed nirreferi għaliha qegħda tinġabar u tingħata risposta sħiħa f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – spejjeż relatati ma’ riċevimenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispejjeż kollha relatati ma’ riċevimenti li saru mill-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, klassifikati bl-isem ta’ kull riċeviment?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qed tiġi miġbura. Risposta sħiħa tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ma liema pajjiżi (esklużi dawk tal-Unjoni Ewropea) saru ftehim bilaterali bejn Malta u l-pajjiżi rispettivi? Fuq xiex kienu dawn il-ftehim rispettivi, u dan għall-perjodu minn Marzu 2013 u llum?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta' ftehim bilaterali, għal-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, li ġew iffirmati ma' pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropeja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Legal Unit fi ħdan il-Ministeru tiegħu tinsab f’uffiċini mingħajr lanqas tieqa waħda? Kemm hemm uffiċjali jaħdmu f’dan l-ambjent?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-ewwel sular hemm kamra li m'għandiex twieqi għal barra u fil-preżent hemm żewġ persuni f'dan l-uffiċċju. Pero' din il-kamra għandha tlett bibien: wieħed jagħti għat-taraġ komuni, ieħor għall-uffiċċju biswit li għandu twieqi, u l-ieħor li jagħti għall-kuritur fejn hemm tieqa kbira li tagħti għal ġol-bitħa nterna.
Fl-amministrazzjoni preċedenti, l-istess uffiċċju kien okkupat mit-Taqsima tal-EU u l-printing and collection tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru li d-Direttorat għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta jinsab jaħdem f’kamra b’tieqa magħluqa bil-mutur tal-arja kkondizzjonata u għalhekk mingħajr arja?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għandu tieqa żgħira li għalkemm hemm kompressur tal-arja kondizzjonata fiha, tista' tinfetaħ meta jkun hemm il-bżonn. Barra minnhekk bħalissa qed jiġi pproċessat proġett fejn eventwalment se tiġi nstallata sistema ġdida ta' VRF Airconditioning u b'hekk il-kompressur in kwistjoni se jitneħħa minn din it-tieqa.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-uffiċċju kienu jaħdmu uffiċċjali tal-Ministeru anki fi żmien amministrazzjoni preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ġabu Malta l-Konsli Onorarji mid-9 ta’ Marzu sal-31 ta’ Ottubru 2014 hekk kif mitlub minnu fil-laqgħa tal-Konsli Onorarji li saret fis-Sajf 2013? Jista’ jagħti elenku ta’ dawn il-proġetti u jgħid kemm ħolqu impjiegi f’Malta u Għawdex?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 7541, mill-istess interpellant, għadha tgħodt għall-Mistoqsija Parlamentari tal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu s-Segretarji Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin bejn Ottubru 2012 u Ottubru 2014?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kien hemm 3 Segretarji Permanenti u Aġent Segretarju Permanenti bejn Ottubru 2012 u Ottubru 2014. Dawn kienu:
Dr John Paul Grech Segretarju Permanenti
Ms Vanessa Frazier Aġent Segretarju Permanenti
Mr Joseph Cole Segretarju Permanenti
Ms Fiona Formosa Segretarju Permanenti
Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru tiegħu, fit-tliet binjiet fil-Belt Valletta u fil-Missjonijiet diplomatiċi kollha barra minn Malta, kemm hemm uffiċini li fihom hemm jaħdmu uffiċjali u/jew diplomatiċi, liema uffiċini huma ħafna iżgħar minn kif stabbilit bil-Liġi tal-Health and Safety u l-istess kmamar jew huma mingħajr twieqi jew għandhom twieqi ta’ daqs mhux adekwat jew anke mingħajr ventilazzjoni adekwata? Kemm minn dawn il-kmamar kienu jintużaw bħala stores u llum hemm uffiċjali diplomatiċi jaħdmu fihom?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ambaxxata f’Ġinevra u New York – kontijiet tal-bank ta’ ex uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ex uffiċjali, bħal Ambaxxaturi u familjari tagħhom li jkunu jakkumpanjawhom waqt il-posting, għandhomx id-dritt li jkollhom il-kont tal-bank bl-indirizz tal-Ambaxxata f’Ġinevra u New York?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ex-uffiċjali bħal Ambaxxaturi u familjari tagħhom li jkunu jakkumpanjawhom waqt il-posting, m'għandhomx id-dritt li jkollhom il-kont tal-bank bl-indirizz tal-Ambaxxata f'Ġinevra u New York , ħlief f'każijiet eċċezzjonali.
Jista’ l-Ministru:
a. jippreżenta s-CV tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, impjegata bħala
locally engaged staff
fir-Rappreżentanza Maltija f’Ġinevra;
b. jgħid kemm ħadet leave u sick leave mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011, mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013 u mill-1 ta’ Jannar 2014 sad-9 ta’ Diċembru 2014;
c. x’inhi l-paga preżenti tagħha u l-benefiċċji kollha li qed tieħu; u
d. jpoġġi l-kopja tal-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba raġunijiet ta' Data Protection ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni mitluba f'paragrafi (a) u (b).
Il-paga u l-benefiċċji eżistenti tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw mill-Onorevoli Interpellant huma:
Paga: CHF52,440 fis-sena
Benefiċċji: allowance ta' CHF4,370 ta' darba fis-sena
Ir-Rappreżentanza tħallas ukoll nofs l-assigurazzjoni medika ta' din il-persuna.
Qed inpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Customer care – ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Is-sistema tal-customer care fis-Segretarjat tal-Ministeru, hija bbażata fuq il-kunfidenzjalità u l-privatezza tal-informazzjoni mogħtija.
Inħoss għalhekk li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tmur kontra dawn iż-żewġ prinċipji u allura m'għandhiex tispiċċa fid-dominju pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — rwol ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi rwol kellu fis-segretarjat privat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barrain l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn l-2009 u l-2013? Jista' jgħid f'liema skala kien is-salarju tiegħu u kemm kien jammonta sena b'sena? Jista' jgħid x'allowances kien jirċievi mas-salarju tiegħu u kemm kienu jammontaw sena b'sena? Jista' jgħid kienx igawdi minn xi benefiċċji oħra u x'kienet l-ispiża li tħallset fuq dawn il-benefiċċji, b'mod separat, sena b'sena?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2009 u d-9 ta' Marzu 2013 l-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament tħallas l-ammont ta' Ewro 136,527.65.
Id-dettalji jinsabu fil-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-miżati se jiġu kif jidher fit-tabella hawn taħt:-
Service
Increase
1
Administering an Oath or receiving a declaration or affirmation with or without attestation of signature.
+
€0.25
2
Affixing a signature to an exhibit referred to in an affidavit or declaration.
+
€0.14
3
(a) Authentication of certificates at Head Office:
(i) authentication of a document of an educational nature and of other documents of a non-commercial nature.
+
€1.25
(ii) authentication of certificates of a commercial nature.
+
€1.69
(iii) authentication of certificates and, or documents for adoption of children from foreign countries as authorized by the Central Authority appointed by the Overseas Adoption (Definition) Order -
(b) Authentication of certificates or documents by Maltese embassies and consulates provided that the authentication of certificates and, or documents for adoption of children from foreign countries that are authorized by the Central Authority appointed by the Overseas Adoption (Definition) Order are exempt from this tariff.
+
€1.69
4
Affixing a consular signature, and seal if required, to a declaration of existence.
+
€0.14
5
Drawing a declaration of existence.
+
€0.14
6
Legalising or attesting a signature.
+
€0.27
7
Uniting documents and attaching the consular seal to the fastening.
+
€0.14
8
Affixing a seal to a document when no signature is required.
+
€0.14
9
For receiving a will under the provisions of article 679 (2) of the Civil Code (Chapter 16)
+
€0.27
10
For the signature of any certificate required by article 14 of the Food, Drugs and Drinking Water Act (Chapter 231).
+
€0.54
11
For effecting any registration not otherwise provided for.
+
€0.14
12
For affixing a consular signature, and seal if required, not otherwise provided for.
+
€0.27
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — taxxi, tariffi jew miżati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (VELLA, GEORGE)
Fl-2007 kien ġie revedut il-ħlas għall-awtentikazzjoni ta' dokumenti u ċertifikati għal skop ta' adozzjoni skont Avviż Legali 35.01 - (Regolamenti dwar id-drittijiet li jitħallsu fid-dipartimenti tal-Gvern), fejn minn bi ħlas ta' Lm5 dan is-servizz ġie b'xejn. Barra minn dan ma kien hemm ebda ċaqlieq ieħor.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11013, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta' min wieħed jinnota illi hija prassi stabbilita li jinġabru kwotazzjonijiet għall-kull titjira, iżda meta l-ammont jaqbeż is-sitt-elef ewro, tiġi mitluba l-awtorita' finanzjarja mingħand il-Ministeru tal-Finanzi.
Nixtieq inżid ukoll illi l-lukandi qatt ma jiġu bbukkjati minn aġenziji tal-ivjaġġar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – nisa u rġiel f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11006, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm irġiel f’dawn fl-istess gradi? Kemm hemm bordijiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru? Minħabba l-unika mara li nħatret minn dan il-Gvern u “mhux f’pożizzjoni ta’ Chairperson”, kemm hemm irġiel fuq dawn il-bordijiet?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-gradi 1, 2, 3, 4, b’kollox hemm disa u għoxrin (29) raġel. Il-gradi tagħhom huma:
· Grad 1 (0)
· Grad 2 (0)
· Grad 3 (26)
· Grad 4 (3)
Għal mistoqsija dwar kemm hemm bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jara r-risposta għal-Mistoqsija Parlamentari Nru 11395.
In-numru ta’ rġiel fuq dawn il-bordijiet huwa kif imnizzel hawn:
National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention
· Direttur (1)
·
Inspector
(0)
· Membru (2)
Council of Maltese Living Abroad/ Kunsill tal-Maltin li Jghixu Barra minn Malta
·
Chairperson
(1)
· Membru (12)
International Institute for the Ageing (INIA)
·
Chairperson
(1)
· Membru (5)
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?
Response (VELLA, GEORGE)
Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex tispecifika ghal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta' programmar.