Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li għandu pension number 16/084384 li kien intitolat għall-pensjoni mensili ta' Lm263.99c u li din f'daqqa waħda u proprju f'Ottubru 1998 niżlet għal Lm159.56c?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet u d-dettalji kollha dwar dan l-aġir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba hija ta' natur kunfidenzjali, tlabt lid-Dipartiment biex jinfurmaw direttament il-persuna kkonċernata bl-informazzjoni kollha dwar il-każ tagħha. Jien infurmat li kemm hi u kemm persuni għan-nom tagħha diġa' kellhom xi laqgħat ma' uffiċjali tad-Dipartiment dwar il-każ.
1.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jaqa' xi blokk bini fi Triq San Mark, Bormla bħala kontinwazzjoni tal-proġett ta' slum clearance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn il-ġranet beda x-xogħol ta' kejl tal-bini li jinsab bejn Triq Hanover, Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi u Triq San Mark biex eventwalment ikun jista jsir ix-xogħol tat-tielet fażi tal-progett ta' Sta Liena. Id-deċiżjoni jaqax il-blokk kollu jew parti minnu tittieħed wara li jkun sar 'survey' tal-proprjeta' kollha u jsiru konsultazzjonijiet ma' l-awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali u għalhekk għadu prematur biex wieħed jgħid eżattament x'ser jiġri f'dan l-istadju.
1.2.99
Jista' l-Ministru jgħid meta se tibbenefika l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mir-riforma dwar il-pensjonijiet tas-Servizzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi l-persuna minnu ndikata għandha tiġi infurmata mill-uffiċċjal tad-distrett tagħha dwar ir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qed tirċievi.
1.2.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Fejn kienu dawn il-postijiet u minn fejn kienu l-persuni li ħaduhom? Taħt liema kategorija (jiġifieri evictees, single parents, homeless, eċċ.) jaqgħu dawk li ngħataw dawn il-postijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
1.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hux se jibbenefika mir-riforma dwar il-pensjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qed tirċievi.
1.2.99
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' sid post f'Bormla sabiex titneħħa r-requisition bin-numru R/O 44880?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi s-sid xtara l-post, li kien jaf li hu rekwiżizzjonat u bin-nies fih, mingħajr ma talab il-permess tad-Dipartiment. It-talba għat-tneħħija tal-ordni ma tistax tintlaqa' qabel jiġi aċċertat li l-inkwilin għandu post ieħor fejn joqgħod.
1.2.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3851, filwaqt li: (a) nifhem li l-benefiċċju jrid jiġi kkonsidrat fl-isfond tas-sitwazzjoni finanzjarja; (b) konxja li hawn opinjonijiet differenti fuq din il-proposta; u (ċ) naf x'kienet il-pożizzjoni tal-Partit Laburista qabel l-1996, jista' l-Ministru din id-darba iwieġeb għal dak li staqsejtu jiġifieri x'inhi l-politika tal-Gvern preżenti fir-rigward ta' dak li qal l-Arċisqof ikkwotat f'mistoqsija parlamentari numru 3851?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 3851, ħlief għal fatt illi l-politika ta' dan il-Gvern hi mmexxija mill-prinċipju ta' "Gender Mainstreaming".
1.2.99
Jista' l-Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra jekk l-Iskema Q ta' kumpens għall-okkupazzjoni fuq plots maħruġa taħt l-iskema ta' Home Ownership Scheme mill-Awtorita' tad-Djar tippermettix lill-benefiċjarji jagħmlu kuntratt finali simultanjament mal-fidi taċ-ċens rispettiv?
Jekk le, jista' l-Minsitru jgħid meta l-Awtorita' tad-Djar se tkun f'pożizzjoni li tagħmel dawn il-kuntratti finali ujsemmi time-frame f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema 'Q' hija applikabbli għal dawk il-benefiċjarji li l-kuntratt ta' enfitewsi perpetwa għadu ma sarx peress li l-Awtorita' tad-Djar għad ma għandiex titolu legali fuq l-art. Għalhekk il-kuntratt finali ma jistax isir simultanjament mal-fidi.
Meta d-Dipartiment ta' l-Art jgħaddi t-titolu legali fuq l-art lill-Awtorita' tad-Djar, l-Awtorita' tkun tista tiffirma il-kuntratt finali.
1.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Għawdex, maqsumin raħal raħal li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
1.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma rreġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħaż-Żebbuġ (Malta), is-Siġġiewi, Attard, Ħad-Dingli u l-Qrendi li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
1.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Balzan, Birkirkara u Ħal-Lija li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
1.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonantii ġewwa l-Għargħur, l-Iklin, il-Mosta u n-Naxxar li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
1.2.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gudja, il-Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
1.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy biex isiru spezzjonijiet/żjarat/investigazzjonijiet għall-għarrieda fid-djar privati tal-ħaddiema tal-gvern waqt li dawn ikunu għall-ġurnata tax-xogħol tagħhom, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 8 ta' Jannar fir-Rabat, Malta minn uffiċjali tal-korporazzjoni? Kemm saru spezzjonijiet/żjarat/investigazzjonijiet simili mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Min kienu dawn il-persuni u fuq liema bażi qed isiru dawn l-investigazzjonijiet fuq nies innoċenti bħall-familjarji ta' dawn il-ħaddiema?
Ma' liema unions saru dawn l-arranġamenti u ma' min saru l-konsultazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżisti l-ebda policy biex isiru spezzjonijiet/żjarat/investigazzjonijiet għall-għarrieda fid-djar privati tal-ħaddiema tal-Gvern waqt li dawn ikunu għall-ġurnata tax-xogħol tagħhom.
Fil-kaz indikat, li ġara nhar il-Gimgħa 8 ta' Jannar fir-Rabat, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ irċeviet ittra anonima fejn ġie allegat li persuna - dan inzerta li jaħdem mal-Gvern - qed jagħmel xogħol bla permess. Ġie allegat ukoll li dan ix-xogħol qed isir matul il-ġurnata meta dan l-individwu suppost ikun fil-garaxx tal-Gvern.
Il-Kororazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, bħal ma ġara dejjem, tinvestiga kull allegazzjoni li tirċievi.
27.1.99
Kif jispjega l-fatt il-Ministru li qed issir ġustizzja ma' persuni b'diżabilita' meta ħaddiem li jbati minn diżabilita' permanenti u kritika ġie trasferit minn Kalaxlokk għal mal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd - ittra mibgħuta minn Kalaxlokk lil dan l-individwu qed tintbagħat separatament - meta imbagħad fit-12 ta' Jannar ġie nformat mill-uffiċjali tal-Pitkalija li l-Ministru ma approvax it-transfer tiegħu?
In vista ta' dawn iċ-ċirkustanzi, jista' l-Ministru jinvestiga u jawtorizza lil dan il-ħaddiem jkompli bil-missjoni tax-xogħol tiegħu fil-Pitkalija Ċentrali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli. Ma dana kollu jiena persważ li fil-konsiderazzjoni ta' dan il-każ tingħata attenzjoni xierqa lill-fatt li l-ħaddiem in kwestjoni hu persuna b'diżabilita'.
27.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mibgħuta listi mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ lill-Malta Drydocks għal trainee welders u meta ntbagħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma rċeviet l-ebda talba mill-Malta Drydocks għal "trainee welders". Il-Malta Drydocks għamlet talba f'Lulju 1998 lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għal "certified welders" għal impjieg każwali ta' tmien ġimgħat. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bagħtet tlett listi lill Malta Drydocks biex tissodisfa din it-talba.
27.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol u x'tip ta' għajnuna soċjali jieħdu dawn il-persuni u l-familji tagħhom meta ma jkunux qegħdin jaħdmu u kemm swew lill-pajjiżna s-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol hu ta' 165.
Fejn persuna barranija tkun miżżewġa persuna Maltija, din tiġi nkluża f'din il-familja bħala membru intitolat għall-Għajnuna Soċjali daqs li kien ċittadin Malti. Għaldaqstant mhux possibli li jiġu identifikati persuni barranin.
27.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief li huma separati? Kemm kienet in-nefqa tal-gvern f'relief lil dawn il-persuni sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Numru 1094.
27.1.99